Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn low-cost airlines reġistrati sabiex joperaw minn Malta? Kemm hija d-domanda tat-turisti kemm inbound kif ukoll outbound?
Response (VELLA, KARMENU)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Foundation for Medical Services – management accounts
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Foundation for Medical Services għax-xahar ta’ Lulju?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni tas-Servizzi Medici tikkompila il-Management Accounts kull tlett xhur. Għaldaqstant il-management account tas-sitt xhur Jannar sa Ġunju huma annessi. Il- management accounts li jmiss ikunu jkopru sa 30 ta Settembru 2013.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir ir-resurfacing ta' Triq l-Arznell peress li din it-triq hija triq prinċipali li minnha joħroġ it-traffiku min Marsaxlokk?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq imsemmija mhix responsabbilta’ ta’ Transport Malta, iżda tal-kunsill lokali kkonċernat.
Madanakollu bħal ma jsir f’kull każ, lest li nagħti il-kontribut sħiħ tiegħi u niġbed l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati biex nara li is-sitwazzjoni titranġa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol biex Triq Lepanto f'Marsaxlokk tingħaqad ma’ Triq Kavalerrizza hux fil-pjanijiet tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, fiex waslu x-xogħlijiet ta' preparazzjoni bħal stimi u disinji tat-triq? Meta se joħorġu t-tenders għal dan ix-xogħol? Meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara diskussjonijiet li saru mal-kunsilli lokali qiegħed jiġi mhejji programm ta’ xogħlijiet fuq toroq għall-perjodu ta’ ħames snin.
Iż-Żejtun – Traffic junction bejn triq Axtart u Triq Melqart — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq it-traffic junction fi Triq iż-Żejtun kantuniera ma’ Triq Axtart u Triq Melqart hijiex fil-pjanijiet tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, fiex waslu x-xogħlijiet ta' preparazzjoni, bħal stimi, disinji tat-triq u applikazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Meta se joħorġu t-tenders għal dan ix-xogħol? Meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din it-traffic junction?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta għandha fil-pjanijiet tagħha li ttejjeb il-junction imsemmija. Bħalissa qegħda fil-proċess li tagħmel disinn ta’ din il-junction. Wara isiru l-istejjem meħtieġa u l-proġett jidħol fil-lista ta’ xogħlijiet li jridu jsiru. Il-proġett isir skont il-budget li jkollha Transport Malta kif ukoll skont il-prijoritajiet li jkollha l-istess Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' resurfacing fi Triq Delimara, Marsaxlokk, li minn fejn il-Kunvent tal-Patrijiet tagħti għall-fanal?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq imsemmija mhix responsabbilta’ ta’ Transport Malta, iżda tal-kunsill lokali kkonċernat.
Madanakollu bħal ma jsir f’kull każ, lest li nagħti il-kontribut sħiħ tiegħi u niġbed l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati biex nara li is-sitwazzjoni titranġa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' restawr fuq is-siti msemmija hawn isfel li jinsabu f' Marsaxlokk humiex imdaħħla fil-programm ta' xogħlijiet ta' restawr tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, meta hu pprogrammat li jibda u jispiċċa x-xogħol ta' restawr fuqhom? Is-siti huma kif gej:
a) Torri Vendome; b) Il-Batterija ta' San Pawl, Delimara; ċ) Il-Batterija ta' Wolesley, Delimara; d) Il-Fortizza tas-Silġ; e) Il-Fortizza ta' Delimara?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill- Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' restawr fuq it-Torri ta' Xutu f'Wied iż-Żurrieq hux imdaħħal fil-programm ta' xogħlijiet ta' restawr tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, meta hu pprogrammat li jibda u jispiċċa x-xogħol ta’ restawr fuq dan it-torri?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill- Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — ħlas lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li minn naħa tal-Ministeru ma sar l-ebda ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-kas ta’ l-MFIN, il-Lottu, it-Teżor, l-IRD, il-VAT, il-Kuntratti u d-Dwana; u kif ukoll fir-rigward tal-MFSA, l-EPD, l-FIAU, l-MSE u l-NSO ir-risposta hija fin-negattiv.
Il-Bank Ċentrali mhux inkluż f’din ir-risposta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti ta’ nurses lejn jew mill-CommCare minn wara l-elezzjoni? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji tan-nurses trasferiti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru illi s-servizzi għall-Kura fil-Komunità jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Membru biex iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.