Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3642 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru ta’ qablu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari fl-2012? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat jista’ jgħid minn fejn inxtraw u jagħti r-raġuni għaliex?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #3643 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru ta’ qablu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari fl-2012? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat jista’ jgħid minn fejn inxtraw u jagħti r-raġuni għaliex?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru ta’ qablu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari fl-2012? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat jista’ jgħid minn fejn inxtraw u jagħti r-raġuni għaliex?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija f'din l-addenda. Fejn ma jidher l-ebda ammont dan ifisser li l-ispiża tkun tħallset mill-fondi Ewropej. Xahar Data Minn Data Sa Grad Pajjiż Fejn Saret il-Laqgħa Isem tal-Laqgħa Allowance tal-Lukanda Subsistence Allowance Biljett tal-Ajru Ammont Totali Aġent tal-Ivjaġġar Raġuni tal-Għażla tal-Aġent Frar 13 14 Minister Brussels TTE Meeting 132.50 107.50 0.00 240.00 Air Malta L-orħos Frar 13 14 Advisor Brussels TTE Meeting 106.80 0.00 0.00 106.80 Air Malta L-orħos Frar 13 14 MRA Brussels TTE Meeting 150.00 96.80 0.00 246.80 Air Malta L-orħos Marzu 18 20 Minister Brussels Agrifish Council 464.00 193.60 0.00 657.60 Bianchi Travel L-orħos Marzu 18 20 EU Policy Coordinator Brussels Agrifish Council 308.00 0.00 0.00 308.00 Bianchi Travel L-orħos Marzu 18 20 Director General Brussels Agrifish Council 363.00 193.60 1150.00 1706.60 Bianchi Travel L-orħos Marzu 19 20 Director Brussels Agrifish Council 213.00 0.00 0.00 213.00 Bianchi Travel L-orħos April 25 27 Minister Luxembourg Agrifish Council 418.00 189.60 0.00 607.60 Bianchi Travel L-orħos April 25 27 EU Policy Coordinator Luxembourg Agrifish Council 317.60 189.60 0.00 507.20 Bianchi Travel L-orħos April 25 27 Director Luxembourg Agrifish Council 317.60 189.60 0.00 507.20 Bianchi Travel L-orħos April 25 27 Director General Luxembourg Agrifish Council 317.60 189.60 0.00 507.20 Bianchi Travel L-orħos Mejju 2 3 Minister Brussels High Level Energy Meeting 0.00 246.80 850.00 1096.80 Bianchi Travel L-orħos Mejju 2 3 MRA Brussels High Level Energy Meeting 0.00 0.00 850.00 850.00 Bianchi Travel L-orħos Mejju 2 3 Advisor Brussels High Level Energy Meeting 0.00 0.00 850.00 850.00 Bianchi Travel L-orħos Mejju 13 15 Minister Brussels/ Israel Agric. And Fisheries Council/International Agric. Exhibition Agritech 0.00 706.40 2500.00 3206.40 Bianchi Travel L-orħos Mejju 13 15 Director Brussels/ Israel Agric. And Fisheries Council/International Agric. Exhibition Agritech 0.00 506.60 2500.00 3006.60 Bianchi Travel L-orħos Mejju 13 15 EU Coordinator Brussels/ Israel Agric. And Fisheries Council/International Agric. Exhibition Agritech 0.00 493.60 1009.00 1502.60 Bianchi Travel L-orħos Mejju 13 15 Director Brussels /Israel Agric. And Fisheries Council/International Agric. Exhibition Agritech 0.00 493.60 1126.00 1619.60 Bianchi Travel L-orħos Lulju 3 4 Minister Austria Official Familiarization visit to Austria to gain knowledge on renewable energy systems adopted in Austria, particularly wind technology 0.00 245.22 713.55 958.77 Air Malta L-orħos Lulju 3 4 Advisor Austria Official Familiarization visit to Austria to gain knowledge on renewable energy systems adopted in Austria, particularly wind technology 0.00 421.90 713.55 1135.45 Air Malta L-orħos Sett 9 12 Minister Cyprus Informal Meeting of Ministers for Agrifish Council 142.80 397.80 1129.00 1669.60 Bianchi Travel L-orħos Sett 9 12 Permanent Secretary Cyprus Informal Meeting of Ministers for Agrifish Council 466.80 669.87 1129.00 2265.67 Bianchi Travel L-orħos Sett 9 11 Director Cyprus Informal Meeting of Ministers for Agrifish Council 466.80 281.00 1129.00 1876.80 Bianchi Travel L-orħos Ott 20 23 Minister Rome/ Luxembourg Meeting with General Fisheries Commission for the Mediterranean (GFCM) Meeting of the Council of EU Agriculture and Fisheries Ministers 0.00 692.60 1933.18 2625.78 Bianchi L-orħos Ott 20 23 P.S Rome/ Luxembourg Meeting with General Fisheries Commission for the Mediterranean (GFCM) Meeting of the Council of EU Agriculture and Fisheries Ministers 0.00 402.60 0.00 402.60 Bianchi L-orħos Ott 20 23 Director Rome/ Luxembourg Meeting with General Fisheries Commission for the Mediterranean (GFCM) Meeting of the Council of EU Agriculture and Fisheries Ministers 0.00 336.10 0.00 336.10 Bianchi L-orħos Ott 20 23 Director General Rome/ Luxembourg Meeting with General Fisheries Commission for the Mediterranean (GFCM) Meeting of the Council of EU Agriculture and Fisheries Ministers 0.00 941.70 875.00 1816.70 Bianchi L-orħos Ott 20 23 Policy Coordinator Rome/ Luxembourg Meeting with General Fisheries Commission for the Mediterranean (GFCM) Meeting of the Council of EU Agriculture and Fisheries Ministers 0.00 692.60 1590.00 2282.60 Bianchi L-orħos Nov 7 8 Minister Berlin 3rd Dii Desert Energy Conference 0.00 632.40 1985.00 2617.40 Bianchi L-orħos Nov 7 8 Perm Sec Berlin 3rd Dii Desert Energy Conference 0.00 907.00 1985.00 2892.00 Bianchi L-orħos Nov 7 8 Officer Berlin 3rd Dii Desert Energy Conference 0.00 0.00 1890.00 1890.00 Bianchi L-orħos Nov 29 29 Minister Brussels Agricultural and Fisheries Council 0.00 96.80 0.00 96.80 Eurojet Urġenti Nov 29 29 Secreteriat Brussels Agricultural and Fisheries Council 0.00 96.80 0.00 96.80 Eurojet Urġenti Nov 29 29 Officer Brussels Agricultural and Fisheries Council 0.00 96.80 0.00 96.80 Eurojet Urġenti Diċ 17 19 DG Brussels Agricultural and Fisheries Council 0.00 493.60 1983.00 2476.60 Bianchi L-orħos Diċ 17 19 Policy Coordinator Brussels Agricultural and Fisheries Council 0.00 493.60 1483.00 1976.60 Bianchi L-orħos Diċ 17 19 Minister Brussels Agricultural and Fisheries Council 0.00 719.60 1483.00 2202.60 Bianchi L-orħos Din l-informazzjoni se titpoġġa ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel indipendenti u tal-Knisja – nefqa kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali li ġew allokati lill-iskejjel independenti u tal-Knisja fi skemi li kienu maħluqa biex jgħinu lil dan is-settur mill-2008 sal-lum? Min ibbenefika minn dawn l-iskemi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #3718 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skejjel tal-Knisja — fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi li ngħataw għal skop ta’ nefqa rikorrenti sena b'sena li ingħataw lill-iskejjel tal-Knisja mill-2008 sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Segretarju Permanenti — Handover ta' rapporti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1137, jista' Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li s-Segretarju Permanenti kien ipprepara fi tmiem il-leġiżlatura li għaddiet u li kopja tiegħu kienet ingħatat lis-Segretarju Permanenti Ewlieni qabel l-elezzjoni sabiex il-Ministru l-ġdid jista' jkollu handover tal-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Jiena ngħatajt parir li l-proċedura hi li rapport bħal dan ma jitqiegħedx fid-dominju pubbliku.

Klabb 3-16 – użu ta' iskejjel

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistosija parlamentari 2058, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim li kellu jintlaħaq sa nofs Ġunju bejn il-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi u Direttorat tas-Servizzi Edukattivi dwar l-użu tal-Klabb 3-16 hux lest? Jista' jghid kemm-il laqgħa saret bejn dawn l-entitajiet u jekk il-prinċipali u kapijiet tal-iskejjel ġewx ikkonsultati jew jekk hux se jiġu kkonsultati? Jista' jqiegħed kopja tal-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi lestiet abbozz ta' ftehim li ntbagħat lill-iskejjel konċernati. Dawn l-iskejjel jinkludu mhux biss fejn jingħata s-servizz tal-Klabb 3-16 iżda wkoll fejn hemm ċentri tal-Nwar. Il-ftehim qed isir mal-Kapijiet tal-iskejjel konċernati. Kopja tal-abbozz ta' ftehim qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Se ssir konsultazzjoni mal-Prinċipali tal-Kulleġġi jew Kapijiet tal-Iskejjel qabel isir l-abbozz finali tal-ftehim.

ċertifikat tat-tmiem tal-iskola

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-ċertifikat il-ġdid tat-tmiem tal-iskola ġiex imqassam lill-istudenti kollha kemm dawk tal-iskejjel Gvern, kemm tal-Knisja kif ukoll indipendenti? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xi tibdiliet u, jekk iva, għalfejn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li ċ-ċertifikat il-ġdid tat-tmiem tal-iskola tqassam lill-iskejjel kollha involuti, u l-iskejjel qassmuh lill-istudenti skont il-proċeduri li ilhom stabbiliti minn kull skola għat-tqassim tac-ċertifikat tat-tmiem tal-iskola. Inbeda l-proċess previst ta’ evalwazzjoni ta’ din l-ewwel sena ta’ esperjenza ta’ dan iċ-ċertifikat il-ġdid. Dan se jwassal biex sal-aħħar tal-2013 jittieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jekk jirriżulta li hemm bżonn xi bidliet ta’ proċeduri frott din l-ewwel esperjenza.

MCAST – bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bord tal-MCAST ġiex maħtur mill-elezzjoni ’l hawn? Jekk iva, jista' jgħid min hemm fuq dan il-bord? Jekk le, x'qed iżomm lill-Ministru milli jwaqqaf dan il-bord?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord ta' Gvernaturi tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) ġie maħtur u huwa kompost kif ġej:- Chairperson:- Dott. Silvio De Bono Viċi Chairperson:- Dott. Vincent Cassar Membri:- Prof. Mark G. Borg Is-Sur Victor Satariano Is-Sur David Lionel Jones Dott. Ing. Saviour Zammit Is-Sinj. Louisa Grech Dr. Francis Fabri Is-Sur Brian J Farrugia Is-Sur David Degabriele
Leg 12 PQ #4057 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Spiża biex issir mistoqsija parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bejn wieħed u ieħor kemm tiġi tiswa biex titwieġeb mistoqsija parlamentari, inkluż ir-riċerka?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża tvarja minn mistoqsija għall-oħra.

Qari tal-Meter – Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-meter reader mhux imur għandhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ARMS Ltd għamlet kuntatt mal-klijent nhar il-Ħamis 29 t'Awwissu 2013.

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li spiċċa bla pensjoni minkejja li ħadem Malta u anke l-Ingilterra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu giet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha u d-Dipartiment għadu qed jistenna tweġiba għall-ittri li ntbaghtulhom biex jagħti aktar informazzjoni dwar il-qliegħ tiegħu.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ ta’ anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li se tiġi mkeċċija minn darha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-Sinjur m’għandux applikazzjoni għall-akkommodazzjoni alternattiva. Sa dan ittant il-Customer Care se jaghmlu kuntatt miegħu sabiex jiggwidawh biex japplika għall-post bil-kera.

Liċenzja tat-triq – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema ta’ smigħ u għalkemm dan mhux suppost iħallas il-liċenzja tat-triq ilu jħallasha żmien?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta hija f’pussess ta’ eżenzjoni fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni fuq il-vettura tal-istess individwu, kif ukoll fuq il-liċenzja tas-sewqan tiegħu. Infurmat ukoll li Transport Malta m’għandha l-ebda eżenzjoni approvata mill-Ministeru tal-Finanzi għall-liċenzja tat-triq. Sfortunatament, fin-nuqqas ta’ dan, il-klijent jintalab iħallas il-liċenzja tat-triq b’mod regolari. Ninsab infurmat li Transport Malta ser tikkuntattja lil dan l-individwu sabiex tassistih u tigwidah f’dan ir-rigward.

Skema għax-xiri ta’ residenzi – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se toħroġ l-iskema li tippermetti lil dan is-sid, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jixtri d-dar tiegħu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar tinsab għaddejja minn proċess ta’ diskussjonijiet sabiex jiġi deċiż il-ħruġ ta’ skema għax-xiri ta’ residenzi mikrija minnha jew mingħand il-Gvern, u l-kunizzjonijiet relatati ma’ din l-iskema. Meta din tiġi ppublikata, l-inkwilin ġentilment mitlub jirrikorri l-Customer Care sabiex jara jekk jikkwalifikax min dawn il-kundizzjonijiet.

Trobbija ta' annimali — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema minħabba l-bhejjem li trabbi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament, m’għanda l-ebda problema sabiex tkun tista' trabbi l-bhejjem jekk timxi mal-proċeduri stabbiliti. Sfortunatament, minħabba l-marda li tfaċċat f’Malta tal-Q-Fever, kien hemm waqfien fil-movimenti tal-annimali minn razzett għall-ieħor. Minħabba din ir-raġuni dan id-Direttorat, temporanjament, ma setgħax jagħtiha l-permess li xtaqet. Dan kollu kien spjegat lil din il-persuna msemmija.

Fibre to the Home (FTTH) Network

Question

Peress li fi Frar 2012 il-Ministru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kien għamel sejħa ta' interess għall-"Fibre to the Home (FTTH) Network" mifrux ma' Malta u Għawdex u dan kien immirat għall-"Viżjoni 2015", jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni u jgħid min ipparteċipa f’din is-sejħa ta' interess? Fejn wasal dan il-proġett tal-FTTH?

Response (CARDONA, CHRIS)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4071, l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li 15-il intrapriża kienet ipparteċipat fis-sejħa ta’ interess għall-“Fibre to the Home (FTTH) Network” li kienet saret fi Frar 2012 kif ġej: ADTRAN USA, Aggaros Spain, Ericsson Sweden, GO plc Malta, Huawei China, Hydro Rocks Malta, ICT Networks / IFTAC Malta, Innbox Slovenia, ITS Technologies / Greenwood UK, Kabel X UK, Melita plc Malta, Oplan Foundation UK, Sofrecom France, Ventura UK / USA u Vodafone Malta. Il-gvern qiegħed jassigura li flimkien mas-settur privat, jiġi implementat proġett nazzjonali biex kull dar ikollha l-opportunita’ li tagħmel użu minn fibre optic connection. B’dan il-għan il-gvern identifika numru ta’ mizuri li għandhom iwasslu sabiex is-settur privat ikompli jinvesti f’din it-teknoloġija, f’kuntest ta’ suq kompetittiv u b’hekk Malta tkun tista’ tilħaq il-miri stabbiliti f’dan is-suq.

Skejjel — WIFI

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il skola tal-Gvern f’Malta u Għawdex għandha sistema ta' wifi internet connection? F'liema stadju wasal il-proġett tal-Wifi State bi pjan li Malta tkun nationwide connected?

Response (CARDONA, CHRIS)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4072, l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li l-Wi-Fi ġewwa l-iskejjel huwa pprovdut mill-iskejjel rispettivi. Din l-informazzjoni għandha tingħata mill-Ministeru ta’ L-Edukazzjoni. Il-proġett tal-Wi-Fi ser jagħmel parti integrali mill-istrateġija ġdida nazzjonali tal-ICT Digital Malta li ser tkun varata fix-xhur li ġejjin. Il-ħsieb ewlieni huwa li s-soċjeta` u l-intrapriża Maltija jkollha għad-dispożizzjoni tagħha diversi metodi kif taċċessa l-internet irrispetivament mill-post fejn l-individwu jew l-intraprenditur ikun u l-ħtiġijiet li jista` jkollu. Bħalissa għaddejja wkoll reviżjoni tal-190 Wi-Fi hot-spot li jinstabu mxerrdin fi pjazez u ġonna madwar Malta u Għawdex. L-għan ewlieni huwa li Malta tkun aktar connected, fejn iċ-ċittadini jkollhom aċċess aħjar għall-informazzjoni anke meta jkunu barra d-dar jew il-post tax-xogħol tagħhom.

Skejjel — e-learning solution

Question

Peress li f'Ottubru tal-2011, il-Ministru preċedenti nieda e-learning solution għall-iskejjel kollha u peress li f'dan il-proġett ta' €Eur 8.6 miljun, 85% kien iffinanzjat mill-EU Regional Fund Programme u kien hemm kuntratt ta' 7 snin konġunt mal-MITA kif ukoll mal-kumpanija Fronter, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ġiex stallat fl-iskejjel tagħna? Ingħata taħriġ adegwat fuqu? Min qed jieħu ħsieb il-content development tiegħu u x'sehem għandha l-MITA f’dan il-proġett?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-eLearning Solution li tkopri n-naħa tal-‘Management Information System’, ‘Collaborative Tools’ u ‘l-eLearning Platform’ kienet installata f’mija u tlett iskejjel (103). L-installazzjoni fiż-żewġ ‘higher secondary schools’ kemm f’Malta kif wkoll f’Għawdex se jkunu lesti sal-aħħar ta’ Settembru ta' din is sena (2013). Il-persuni fl-amministrazzjoni ta’ kull skola, kif ukoll l-għalliema ngħataw it-taħriġ meħtieġ sabiex jibdew jużaw is-sistema. In-naħa finanzjarja ‘tal-elearning solution’ se tkun installata f’kull skola sal-aħħar ta din is-sena (2013) u persuni fl-amministrazzjoni ta’ kull skola se jingħataw it-taħriġ meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jibdew juzawha. Il-MITA, bħala l-aġenzija tal-gvern li tieħu ħsieb l-IT, qiegħda tikkowordina flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni l-implementazzjoni ta’ dan il-proġett kif ukoll tikkowordina l-amminiztrazzjoni tas-sistema. Il-MITA kienet ukoll responsabbli li ddaħħal l-infrastruttura kollha li kien hemm bżonn sabiex l-eLearning solution tkun tista’ taħdem u tissorvelja l-infrastruttura sabiex tassigura li s-servizz jibqa jopera. ‘Il-content development’ huwa f’idejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Kontroll ta’ sigurtà fuq l-emails

Question

Peress li fl-2009 il-MITA iffirmat kuntratt għal tliet snin ma' kumpanija internazzjonali li qiegħda topera minn Malta rigward is-sigurtà, antivirus, malware, spam protection jew riskji ta' sigurtà fuq kontroll ta' aktar minn 20,000 email users tal-Gvern u entitajiet rispettivi, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-kuntratt ġiex estiż awtomatikament jew inkella ngħatax lil xi kumpanija differenti? F’dan il-każ, min qed jieħu ħsieb is-sigurtà tal-posta elettronika flimkien mal-MITA?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt tal-‘Antivirus’ u ‘Anti-Span Solution’ mal- GFI Software ġie estiż għal sena. Il-GFI Software jipprovdu is-software tal-prodott biss u fl-ebda ħin il-kuntrattur qatt ma kellu jew għandu aċċess għas-sistema tal-email tal-gvern. L-aspetti kollha tas-sistema tal-email tal-gvern, inkluż is-sigurtà, huma taħt ir-responsabbiltà assoluta tal-MITA.