Peress li skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur li twaqqaf f’Mejju li għadda, irid jiltaqa’ mill-anqas darba fix-xahar, tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba ltaqa’ s’issa dan il-Kunsill minn Marzu 2013 sal-lum u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aġenda tal-laqgħat li saru?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur iltaqa’ erba’ darbiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Aġenda ta’ dawn il-laqgħat
Malta National Laboratory – proċess ta’ likwidazzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fejn wasal il-proċess ta’ likwidazzjoni u kemm se jdum l-istess proċess ta’ dak li kien il-Malta National Laboratory li llum jagħmel parti mill-MCCAA? Tista’ tgħid jekk id-diretturi tal-Malta National Laboratory irċevewx ir-remunerazzjoni tagħhom għas-sena 2012 – 2013? Tista’ tgħid x’inhu l-futur tal-Laboratorju Nazzjonali u jekk dan huwiex se jkun parti mill-Bio Science Park kif kien ippjanat?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-likwidazzjoni huwa f’idejn is-Sur John Busuttil li kien appuntat likwidatur. Fil-mument l-awdituri tal-Malta National Laboratory, Busuttil & Micallef qegħdin jagħmlu awditjar biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni finanzjarja fid-data tat-22 ta’ Mejju 2011. Wara dan, il-likwidatur ikun jista jikkonkludi xogholu.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għal kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qatt ma ħallset lid-Diretturi tal-Malta National Laboratory u mhux se tkun parti mill-Bio Science Park.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi mwaqqaf il-warranting board tal-periti peress li hemm diversi gradwati li qegġdin jistennew li jagħmlu l-eżami tal-warrant ħalli jkunu jistgħu jibdew jipprattikaw ta' periti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li bħalissa qiegħdin fil-proċess li jitressaq l-ewwel qari fil-Parlament. Wara li tiġi eżawrita id-diskussjoni fuq l-emenda, immedjatament wara jiġi mwaqqaf il-Warranting Board.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm djar li għandhom:
a) pannelli fotovoltajiċi; u
b) solar water heaters?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 5936 (ħamest elef, disa' mija, sitta u tletin) familja li stallaw pannelli fotovoltajiċi, filwaqt li 7925 (sebat elef, disa' mija, ħamsa u għoxrin) familja stallaw is-solar water heaters.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux skemi ta' għajnuna għal min jistalla insulators jew double glazing fid-djar u jekk fl-affermattiv, x'inhu take up ta' kull skema separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fit-13 ta' Mejju 2013, ġiet imnieda skema ta' għajnuna għal roof insulation u double glazing. In-numru ta' familji li ngħataw grant kien ta' 131 (mija, wieħed u tletin) u 68 (tmienja u sittin) rispettivament.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew intavolati kawżi ġodda fil-Qorti t’Għawdex f’dawn l-aħħar sitt xhur, kemm minnhom tal-familja, superjuri u inferjuri?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
In-numru ta’ kawżi ġodda ntavolati f’dawn l-aħħar sitt xhur fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) jidhru fit-tabella hawn isfel:-
Perjodu
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex),
Sezzjoni Familja
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Ġurisdizzjoni Superjuri
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Ġurisdizzjoni Inferjuri
1 ta’ April 2013 sat-30 ta’ Settembru, 2013
13
51
11
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-budget approvat f’April 2013 għad-dipartimenti kollha u l-kumpaniji li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid b’kemm ġie imnaqqas f’kull kumpanija u f’kull dipartiment u x’inhi r-raġuni għal dan it-tnaqqis?
Response (REFALO, ANTON)
Ghandi pjacir ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li kien hemm żieda kemm fil-Vot Rikurrenti u kif ukoll f'dak Kapitali li kienet tammonta għal €227,000 u €921,000 rispettivament.
Kunbtratti biex jinstabu postijiet fejn jiltaqgħu bands Maltin
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għala ingħata kuntratt lil persuna li ħarġet favur il-Partit Laburista qabel l-aħħar elezzjoni bl-inkarigu li ssib post fejn jiltaqgħu l-bands Maltin, meta dan hu xogħol li faċilment seta’ jsir mit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern? Ma jaħsibx il-Prim Ministru li xogħol id-Dipartiment tal-Artijiet fi ħdan it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern hu proprju li tidentifika l-proprjetà tal-Gvern li tkun idonea għall-proġetti jew skopijiet li jkun irid jilħaq l-istess Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-gvern huwa kommess li jwettaq dak li wiegħed.
Biex jagħmel dan, il-gvern lest jaħdem ma’ kull min irid il-ġid għal pajjiżna u l-bibien huma miftuħa għal kulhadd.
Il-gvern qed jimxi b’mod li jinvolvi lill-oqsma kollha biex pajjiżna jimxi ‘il quddiem b’inqas partiġġjaniżmu u iktar koperazzjoni.
Filwaqt li t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern għandha rwol important biex titwettaq il-wegħda li jinstab, jitranġa u jiġi promoss post fejn jiltaqgħu l-
bands
Maltin, il-persuna li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor Interpellant, bl-esperjenza li għandha fil-qasam tal-mużika, mingħajr dubju li għandha kontribut siewi ħafna x’tagħti f’din id-direzzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Monti tal-Ħadd filgħodu li bħalissa jarma fil-Park and Ride, se jiċċaqlaq għal Strada Merkanti u Triq Nofsinhar fil-Belt?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-partijiet kollha konċernati.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – ċaqliq ta’ personnel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ċaqliq ta’ personnel kien hemm fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Xi trasferimenti saru, ta’ min u ’l fejn fil-perijodu msemmi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Pożizzjoni
Fejn kien/kienet
Fejn mar/marret
1
Operations Manager
Dipartiment tal-Protezzjoni Civili
Servizz tad-Detenzjoni
1
Assistant Principal
Dipartiment tal-Protezzjoni Civili
Dipartiment taċ-Ċittadinanza u Visas
1
Kummissarju tal-Pulizija
Korp tal-Pulizija
Dipartiment tal-Protezzjoni Civili
1
Principal
Ministeru tal-Ġustizzja u Intern
Dipartiment tal-Protezzjoni Civili
3
Detention Service Officers
Servizz tad-Detenzjoni
Dipartiment tal-Protezzjoni Civili
1
Manager
Transport Malta
Dipartiment tal-Protezzjoni Civili
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – klieb għat-tiftix u s-salvataġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kelb għat-tiftix u salvataġġ hemm fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Kemm swew, meta u minn fejn kienu mixtrija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Kemm il-kelb għat tfittxija u salvataġġ hemm fis CPD:
· 2 ismijiet ta Csiki u Dino
Kemm swew:
· € 5805 including vat
Meta inxtraw:
· Agreement sar 7 ta’Marzu 2011
· Waslu hawn Malta: 2 ta’ Mejju 2011
Minn fejn inxtraw:
· The Belgian Rescue dogs International training centre
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Station Officer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-istation officer tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kienx qed jirrapporta li hu sick qabel id-9 ta’ Marzu li għadda u eżatt wara l-11 ta’ Marzu daħal lura u insista li jingħata r-responsabbiltà tat-taqsima tal-klieb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-onorevoli interpellant li l’station officer imsemmi kien fuq sick leave fuq struzzjonijiet ta’ tabib , u dan ġie ivverifikat minn tabib tax-xogħol li ivverifika l-każ u qabel mal-verżjoni ta’ tabib tal-familja.
Il-persuna msemmija irritornat lura għax-xogħol fit-12 ta’Marzu fejn intbagħat lura f’postu fl’istazzjon ta’ Furjana u Kordin. Il-persuna msemmija għandu responsabbilta tas-salvattaġġ kollu, liema parti zgħira minnha hija is-sezzjoni tal-klieb.
Id-direttur preċedenti tad-dipartiment tal-protezzjoni civili kien żied din ir-responsabbilta fi standing order ta 12 ta’ April 2013 nurmru 6/2013, fin-nuqqas ta’ persuna oħra li ma baqgħetx tifforma parti mil-istess dipartiment.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Soċjali — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta' konsulenzi mill-2004 sal-1 ta' Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b'direct order jew b'tender u kemm kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lil-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija 1545
Jista' l-Prim Ministru jgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Prim Ministru ta’ qablu fl-2012? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat jista’ jgħid minn fejn inxtraw u jagħti r-raġuni għaliex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — nefqa fuq safar
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut id-Deputat Prim Ministru ta’ qablu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari fl-2012? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat jista’ jgħid minn fejn inxtraw u jagħti r-raġuni għaliex?
Response (GRECH, LOUIS)
Peress li fil-perjodu msemmi l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru Tonio Borġ kien jinkorpora wkoll l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin.