Jista’ l-Ministru jgħid, kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tiegħu, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4649 u 3882 u jgħid kemm-il direct order ingħata mill-Privatisation Unit mis-sena 1998 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid x’kienu dawn id-direct orders, lil min ingħataw u kemm swew? Jista’ jgħid ukoll fuq liema bażi ngħataw u għaliex intgħażlet il-proċedura ta’ direct order
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4651 u 3862 u jgħid kemm daħlu jaħdmu impjegati ġodda mal-Malta Enterprise taħt it-tmexxija tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Min kienu dawk l-impjegati? Saru interviews? Min għamilhom? Xi rwol ingħataw dawn il-ħaddiema ġodda? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tagħhom flimkien ma’ rendikont tas-salarju tagħhom u l-grad li ngħataw minn dan l-individwu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4652 u 3863 u jgħid jekk iddaħħlux jaħdmu mal-Malta Enterprise persuni li huma relatati, ossija jiġu mill-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fl-istess żmien li hu kien Chairman tal-Malta Enterprise ? Min kienu? Xi rwol ingħataw? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħhom? Jista’ jgħid jekk f’tali proċeduri kenitx iddikjarata l-parentela?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti infrastrutturali li l-Gvern qed jevalwa u li jista’ jwettaq fiż-żona tal-Bajja tal-Għadira? Jista’ jikkonferma jekk hemmx dati stipulati meta jista’ xi xogħol ta’ dan it-tip?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzoni ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-bord il-ġdid tal-Fond għall-Kawżi Ġusti minn April 2013 sal-lum? Liema kienu dawk l-għaqdiet li sarilhom il-pagament dovut lilhom fl-istess żmien, u liema huma l-għaqdiet li qed jistennew pagamenti mill-istess bord?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm messaġġi televiżivi lin-nazzjon bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u d-9 ta’ Marzu 2013 mill-Prim Ministru u kemm swew?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih mal-kumpanija Arriva sabiex Triq il-Knisja l-Qadima fis-Siġġiewi tkun tista’ tingħalaq matul il-ħinijiet tal-Mużew meta tkun frekwentata minn ħafna ġenituri u tfal?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din is-sitwazzjoni diġa ġiet diskussa bħala parti mill-konsultazzjonijiet li saru mal-Kunsill Lokali, fejn saret proposta, liema proposta ser tkun parti mir-rotot il-ġodda li ġew iffinalizzati u ntbagħtu lill-Arriva.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-expression of interest għall-iżvilupp tal-Palazz ta’ Strickland fiż-Żebbiegħ, il-Palazz tal-Marfa, art fil-Busbesija u l-Isolation Hospital fl-Imtarfa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jindika jekk hux se jkun hemm bdil ta’ bus shelters u/jew bini ta’ oħrajn ġodda f’Ħal Qormi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi Transport Malta rċeviet ħames talbiet sabiex jiġu stallati bus shelters ġodda ġewwa Triq Aniċi, Triq Ġuże’ Duca, Triq il-Ħelsien, Triq San Edwardu u Triq id-Deheb Fin ġewwa Ħal Qormi. Infurmat ukoll li dawn it-talbiet qegħdin jiġu evalwati.
Jista’ l-Ministru jindika jekk hux se jkun hemm bdil ta’ bus shelters u/jew bini ta’ oħrajn ġodda f’Ħal Luqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi riċentament saru diskussjonijiet mal-kunsill lokali ta’ Ħal Luqa f’dan ir-rigward fejn il-Kunsill identifika erba’ siti differenti li huma Triq Wesgħat il-Vittmi tal-Gwerra, Triq San Tumas (wieħed fuq kull naħa) u Triq Valletta fejn urew ix-xewqa li jiġu installati bus shelters ġodda.
Infurmat ukoll li Transport Malta qegħda tevalwa dawn il-proposti.
Jista’ l-Ministru jindika jekk hux se jkun hemm bdil ta’ bus shelters u/jew bini ta’ oħrajn ġodda fis-Siġġiewi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi Transport Malta irċeviet tlett talbiet sabiex jiġu stallati bus shelters ġodda ġewwa Triq il-Ħesri, Triq Mangion u Triq il-Blat il-Qamar ġewwa l-lokalita’ tas-Siġġiewi.
Infurmat ukoll li Transport Malta qegħda tevalwa dawn il-proposti.
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' mediċini/farmaċewtiċi li roħsu fil-prezzijiet mill-bidu ta' Marzu 2013 sal-lum permezz tal-ħidma tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Tista' l-Ministru tippubblika l-prezzijiet ta' dawn il-mediċini/farmaċewtiċi li roħsu u b'kemm roħsu?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord li qed tagħmel referenza għalih kien twaqqaf mill-amministrazzjoni preċedenti u minn Marzu 2012 sa Frar 2013 ltaqa’ darba.
Dan il-Bord reġa tlaqqa din is-sena u bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bil-għan li jwassal li l-konsumatur igawdi minn sistema ta’ prezzijiet aħjar.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu kontra dawk l-importaturi tal-mediċini li rriżulta, jekk inhu l-każ, li mill-bidu ta' Marzu li għadda biegħu mediċini bil-għoli?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lil Onor Interpellant li ma ttieħdu ebda passi kontra importaturi tal-mediċini li biegħu mediċini bil-għoli u dan minħabba r-raġunijiet li diġà semmejt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 4822.
MCCAA — kumitat biex jittratta l-prezzijiet tal-mediċini
Question
B'referenza għall-kumitat li jeżisti fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) biex jittratta l-prezzijiet tal-mediċini, tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat mill-bidu ta' Marzu 2013 sal-lum?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 4822
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — konsulenti
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha għamlet użu minnhom matul 2013? Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f’kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista’ l-Ministru tgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b'direct order jew wara sejħa pubblika?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Prim Ministru jara li tiġi kuntattjata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament għaliex għadha problema sabiex tifdi ċ-ċens ta’ post ġewwa l-Qawra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament ser tiġi kkuntatjata mid-Dipartiment Proprjeta’ tal-Gvern sabiex tipprovdi d-dokumenti meħtieġa biex tkun tista’ tifdi l-imsemmi ċens.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tnaqqsux fondi lill-kunsilli lokali f’dawn l-aħħar tliet xhur?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali ma kellhom l-ebda tnaqqis mill-allokazzjoni finanzjarja in ġenerali matul il-perjodu li rrefera għalih.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemm xi voti mill-budget tal-edukazzjoni 2013, li ġew mnaqqsa minn kif approvati? Jekk iva, liema? Jekk iva, x’inhu l-ħsieb wara dan it-tnaqqis, vot b’vot?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.