Jista’ l-Ministru jgħid fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu kemm kien hemm ħaddiema li ħadu paternity leave, mis-sena 2006 sal-lum, kull sena? F’liema uffiċċji qed jaħdmu dawn il-ħaddiema li ħadu dan il-paternity leave? Kemm kien twil kull perjodu ta’ paternity leave li ttieħed minn kull wieħed minn dawn l-istess ħaddiema?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-lum, f’kull dipartiment li jaqa’ taħtu, x’kien id-dħul u l-ħruġ taħt kull vot finanzjarju? X’kienet in-nefqa kapitali f’dan l-istess perijodu u għal-liema proġetti sar l-infiq kapitali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk nurse kwalifikata li ġejja minn pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea u li se taħdem Malta mal-privat bħala nurse ikollhiex xi forma ta’ reġistrazzjoni mad-Diviżjoni tas-Saħħa? Id-diviżjoni għandha mezz kif tkun taf kemm hawn nurses jew professjonisti oħra mill-qasam tas-saħħa u li ġejjin minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li qed jaħdmu Malta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-nurse li hi mill-Unjoni Ewropea u li ġiet taħdem Malta mal-privat tirrikjedi reġistrazzjoni mal-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel. L-awtorità tas-Saħħa li tilliċenzja l-isptarijiet Privati, is-Sovratendenza tas-Saħħa Pubblika, titlob lista tan-nurses kollha li jaħdmu f’dawk l-isptar qabel ma’ tinħareġ il-liċenzja.
Jista’ l-Ministru jgħid x'tibdiliet saru jew se jsiru fit-top management tal-Isptar Monte Karmeli? Veru li s-CEO preżenti se ssir responsabbli mis-servizzi (saħħa mentali) fil-komunità?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li c-Chief Executive Officer hekk kif inhu definit fil-liġi hu Chairperson tal-psikjatrija, li hu wkoll Licencee tal-isptar Monte Karmeli. It-tmexxija ser tkun ikkordinata b’mod ħolistiku minn team ta’senior management fejn fih hemm Chairperson li hu wkoll l-Mentor ta¿-zewġ Chief Operator Officer wieħed fil-komunita u l-ieħor fl-isptar akut, il-Clinical Chair tal-psikjatrija, n-Nursing Manager, il-Finacial Officer u segretarju eżekuttiv.
Jista’ l-Ministru jgħid xi trasferimenti saru jew se jsiru ta’ persuni fit-top management tal-Isptar Monte Karmeli? Huwa vera li s-CEO ta' dan l-isptar, li bdiet hi s-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità intbagħtet l-Isptar Boffa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li t-trasferimenti tas-Senior Management ħares lejn il-mod kif it-tmexxija f’dan il-livell se tindirizza l-ħtiġijiet tal-Att dwar is-Saħħa Mentali biex b’hekk noqorbu aktar lejn il-kontabilta tas-servizz u d-dinjita tal-pazjent.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li s-servizzi fil-komunità tas-saħħa mentali se jinfirdu mill-Isptar Monte Karmeli?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-kura tas-Saħħa Mentali fuq kollox ser tħares id-dinjita tal-pazjent u s-servizz hu wieħed ħolistiku. Dan iffukat biex il-well being tal-pazjent jiġi mħares kemm jista jkun fil-komunita (kura Primarja) u meta jkun hemm ħtieġa tiġi ndirizzata fi sptar akut (Kura Sekondarja). Jgħinu dawn iż-żewġ livelli ta’kura se ikun hemm dak terzjarju (rijabilitattiv). Il-mod kif se jiġi mmexxi u ikkordinat hu xhieda ta’kemm is-servizz tas-Saħħa Mentali hu ndirrizat b’mod sħieħ.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4464, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba sar il-ħasil minn kuntrattur tal-Green MT, u kemm-il darba nħasel mid-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Tindif rispettivament? Min qed jassigura li dan il-ħasil isir kuljum, għaliex dan ma jidhierx li hu l-każ?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li fil-perjodu msemmi, il-ħasil minn Green MT sar ta’ kuljum minn ħdejn il-Gillieru Harbour Hotel sa Triq il-Qawra, filwaqt li l-ħasil mid-Dipartiment tal-Manutenzjoni u t-Tindif sar tlett darbiet fil-ġimgħa minn ħdejn il-Gillieru Harbour Hotel sal-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar. Infurmat ukoll li dan hu fir-responsabiltà ta’ min qed jesegwixxi x-xogħol.
San Pawl il-Baħar — Spezzjonijiet fuq Latrini Pubbliċi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4463, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif dwar dak li nstab fl-ispezzjonijiet li saru bejn Jannar u Ġunju 2013? Kemm-il darba ttieħdu passi biex jiġu rranġati n-nuqqasijiet li nstabu? Kemm-il darba nstab li l-bżonnijiet normali ta' public toilets, bħal indafa u toilet paper nieqsa fl-istess latrini? Min qed jipprovdi ukoll dawn l-istess bżonnijiet skont il-kuntratt ta' żamma ta' dawn il-partijiet?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li tali nuqqasijiet irriżultaw sitta u tletin (36) darba. Dawn kienu solvuti kull darba li nstabu mill-kuntrattur stess li għandu l-kuntratt.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-iStamp Design Advisory Committee fassalx il-pjan għall-bolol tas-sena d-dieħla? Jista' jgħid liema huma s-settijiet ta' bolol li mistennija jiġu maħruġa matul l-2014? Jista' jassigura li fost il-bolol tas-sena d-dieħla jkun hemm sett li jfaħħar b'mod sew il-50 anniversarju tal-Indipendenza ta' Malta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-ħaddiema tal-Cleansing Services Department li għamlu xogħol fil-Belt barra l-ħin normali tagħhom (xogħol ta' bini) bejn l-1 ta' Lulju u l-31 ta' Diċembru 2012, sal-lum għandhom ma tħallsux għal xogħolhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li d-Direttorat għat-Tindif fil-perjodu imsemmi bejn l- 1 ta’ Lulju u il- 31 ta’ Diċembru 2012 kien il-kuntrattur responsabbli mit-tindif taċ-ċentru kummerċjali u ż-żona residenzjali tal-Belt Valletta. Il-ħaddiema assenjati f’din il-lokalita’ wettqu xogħol wara l-ħin normali tagħhom. Il-ħlasijiet pendenti għal dawn ix-xogħlijiet (kemm dak dovut mill-Kuntratt kif ukoll extras) iridu jitħallsu mill-Kunsill Lokali Valletta. Dawn jammontaw għal € 45,357. Il-proċedura hija li l-ħaddiema jitħallsu għax-xogħol dovut, meta l-Kunsill Lokali Valletta jgħaddi l-pagament dovut lid-Direttorat. Sal-lum dan għadu ma twettaqx. Wara li diversi tentattivi sabiex jinġabru l-flus dovuti mingħand il-Kunsill Lokali fallew, dan il-każ ġie mgħoddi lit-Taqsima Legali fi ħdan il-Ministeru sabiex jibdew proċeduri legali kontra l-istess Kunsill Lokali. Il-Proċeduri Legali għadhom għaddejjin. Madankollu id-Dipartiment qed jara li jingħata il-ħlas dovut lill-ħaddiema fl-iqsar żmien possibli.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4456 u jagħti update dwar liema areas iddaħlu fl-iskema tal-bini permezz tar-rationalisation exercise li sar fl-2007 sal-lum ġew approvati mill-Ministeru? B'liema zoning ġew approvati u meta ġew approvati? X'sar mill-area l-oħra sal-lum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella aġġornata sa l-1 ta' Ottubru 2013, bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, huwiex konsulent tal-Malta Enterprise? Jekk iva meta beda bħala konsulent, kemm hu l-ħlas għas-servizzi tiegħu u kemm irċieva ħlas sal-lum? Jista’ l-Ministru jpoġġi wkoll kopja tal-kuntratt tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, huwiex konsulent tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk iva, meta beda bħala konsulent, kemm hu l-ħlas għas-servizzi tiegħu u kemm irċieva ħlas sal-lum? Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi wkoll kopja tal-kuntratt tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija m’huwiex konsulent tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — konsulent
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament huwiex konsulent tal-Ministeru tiegħu jew tal-Korporazzjoni Enemalta? Jekk iva meta beda bħala konsulent; kemm hu l-ħlas għas-servizzi tiegħu u kemm irċieva ħlas sal-lum? Jista’ l-Ministru jpoġġi wkoll kopja tal-kuntratt tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu li qed jagħmel referenza għalih, m'huwiex konsulent tal-Korporazzjoni Enemalta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kontravenzjonijiet lill-vetturi, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, minn Jannar ta’ din is-sena sal-lum, kemm huma n-numru ta’ petizzjonijiet li saru fuq dawn il-kontravenzjonijiet u kemm minn dawn il-petizzjonijiet ġew milqugħa u l-valur tagħhom?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat illi ma ngħatawx kontravenzjonijiet lill-vetturi bin-numri ta’ reġistrazzjoni li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant, mill-entitatijiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru.
Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Eżamijiet għall-grad ta’ Principal – riżultati tar-resits
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta huma mistennija li joħorġu r-riżultati tar-resits li saru għall-grad ta’ principal fi ħdan is-servizz ċivili?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-proċess tal-għażla għall-grad ta’ Principal fis-Servizz Pubbliku qiegħed jiġi organizzat mid-Dipartiment tal-Eżamijiet, u għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant ipoġġi d-domanda lill-Ministru risponsabbli.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4219 u 4692, jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta se ikompli x-xogħol fuq it-tieni parti ta' Vjal il-Ħaddiem fir-Rabat, u sa meta dan ix-xogħol mistenni li jkun lest?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill- Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqija Parlamentari numru 4219.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid, kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tiegħu, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — riklamar
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid, kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tiegħu, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tiegħu, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'dawn l-aħħar sitt xhur il-Ministeru m'għamilx kampanji ta' riklamar u sponsorships
fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju jew stampa lokali, politiċi jew privati.