Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Ħamrun — Tqaċċit ta’ siġar fl-iskola sekondarja

Question

B’referenza għal dak li ġie rrappurtat li qal fil-ħarġa tal-5 ta’ Settembru 2013 ta’' The Times of Malta, jista’ ’l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li għamlu xogħol ta' tqaċċit b'mod salvaġġ fuq is-siġar fl-iskola sekondarja tas-subien fil-Ħamrun hux se jkunu obbligati jattendu għall-kors li għamel riferenza għalih? Jista’’ jgħid jekk hux se jkun il-Gvern li se jħallas għall-ispejjeż ta' dan il-kors?

Response (BRINCAT, LEO)

Nibda billi ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kors dwar iż-żbir tas-siġar ġie introdott fl-MCAST f’dan is-semestru. Għalkemm il-kors twaqqaf wara taħdidiet li saru bejn dan il-Ministeru u l-MCAST, ir-responsabilita’ tat-tmexxija ta’ dan il-kors, inkluż min jirreġistra għalih, hija kif mistenni f’idejn l-istitut tal-MCAST. Dan il-Gvern għall-ewwel darba f’pajjiżna qed jipprova jindirizza l-problema ta’ żbir bl-addoċċ tas-siġar, speċjalment wara li fl-2011 l-amministrazzjoni preċedenti bidlet ir-regoli b’tali mod illi ġie imdgħajjef il-ħarsien tas-siġar b’mod partikulari f’żoni urbani.

Proġetti għall-ġonna, spazji pubbliċi u parks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti għandu ppjanati l-Gvern għal ġonna, spazji pubbliċi u parks kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li min-naħa tad-dekasteru tiegħi hemm ippjanati ġonna pubbliċi f’dawn is-siti li ġejjin : - Pjazza Santa Margerita, Bormla - Triq l-Imriġġ, Msida - Triq ir-Riħan, San Ġwann Fir-rigward tal- parks u proġetti ppjanati għal Għawdex, nitlob lill- Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministeri ikkonċernati.

Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat — tnaqqis fil-budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li se nagħti tweġiba għal din il-mistoqsija f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar il-Mediċini — tnaqqis fil-budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Awtorità dwar il-Mediċini approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li se nagħti tweġiba għal din il-mistoqsija f'xi seduta oħra.

Tribunal Industrijali — tnaqqis fil-budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tat-Tribunal Industrijali approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li se nagħti tweġiba għal din il-Mistoqsija f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #4494 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Spejjeż ta’ Media Events

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #4495 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva – Spejjeż ta’ Media Events

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajietu jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba ser tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #4496 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja – spejjeż ta’ Media Events

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzoni mitluba qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Mellieħa — Dar tal-Anzjani – ħaddiema trasferiti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk ħarġux transfers ta’ ħaddiema mid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa? Jekk iva, meta u kemm? X'inhu l-grad tal-ħaddiema trasferiti jekk dan hu l-każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Iż-Żejtun — Dar tal-Anzjani – żieda ta' sodod

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk minn wara l-elezzjoni ’l hawn żdidux is-sodod fid-Dar tal-Anzjani taż-Żejtun? Jekk iva dawn żdiedu billi kmamar two bedded issa ġew three bedded?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ sodod fid-Dar taż-Żejtun ma żdidux minn wara l-elezzjoni ‘l hawn.

Kummissjoni għar-Riforma fl-Isports — membri

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4293, jista' l-Ministru jgħid minn liema vot se jkunu qed jinħarġu l-ħlasijiet li se jingħataw il-membri tal-bord u kemm mistennija li tkun l-ispiża totali fis-sena ta' dawn il-ħlasijiet bil-kompożizzjoni attwali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li, wara l-approvazzjoni neċessarja mill-Ministeru tal-Finanzi, il-ħlasijiet se jinħarġu minn Vot 15 - Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. L-ispiża mistennija tkun €9,000 fis-sena.

Kummissjoni għar-Riforma fl-Isports – remunerazzjoni tas-Segretarju

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4293, jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun il-ħlas li se jingħata lis-Segretarju tal-istess bord?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għadu ma ġie stabbilit l-ebda ħlas.

Kunsill Malti għall-Isport — evalwazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4282, jista’ l-Ministru jgħid min qed jagħmel din l-evalwazzjoni u meta mistenni li jkun preżentat rapport finali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-evalwazzjoni qed issir mill-Management Efficiency Unit. Ir-rapport finali mistenni jitlesta għall-bidu tas-sena d-dieħla.
Leg 12 PQ #4714 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Palazz ta’ Selmun

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min (organizzazzjoni) qed jassigura li l-Palazz (torri) ta' Selmun, ma tiġrilux ħsara wara li l-Lukanda Selmun Palace waqfet tintuża?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta hija l-entità responsabbli mill-manutenzjoni neċessarja u qabdet lil JF Security Services sabiex jieħdu ħsieb is-sigurtà tal- Palazz ta’ Selmun.
Leg 12 PQ #4715 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fortizza Campbell — użu

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx talbiet partikolari biex dik li hi magħrufa bħala l-Fortizza Campbell tibda tintuża minn xi grupp jew organizzazzjoni partikolari? X'talbiet pendenti hemm preżentement għall-użu ta' din il-fortizza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentament, m’hemm l-ebda talbiet għal użu tal-Fortizza Campbell.

Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet – pjanti aġġornati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet hux se jieħu passi partikulari biex il-pjanti li għandha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), u li huma iktar aġġornati għal dawk li huma binjiet ġodda, jibdew jintużaw mit-Reġistru tal-Artijiet? Jista' jieħu wkoll il-passi neċessaarji biex dawk li jkollhom bżonn pjanti minn dan id-dipartiment ikunu jistgħu jixtru dawn l-istess pjanti permezz tal-internet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 3503.

Public Examinations 2012 Appeals Board

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min kienu l-membri tal-Public Examinations 2012 Appeals Board? Kemm kien hemm applikanti għal postijiet ta’ skrivan, uffiċjal eżekuttiv, assistant principal, principal u senior principal separatament, li rreġistraw nuqqas ta' qbil dwar ir-riżultat tagħhom, ma’ dan il-bord? Fuq liema kriterji/mertu ġew iġġudikati l-marki ta' dawk li ressqu l-ilment quddiem dan il-bord? Hemm raġuni għaliex dawk li ressqu lment quddiem il-bord ma ġewx imsejħa għas-smigħ tal-istess appell, bħalma jiġri f'appelli simili? X’kien l-iskop ta' dan l-appell, jekk il-kandidati ma setgħux jesprimu l-opinjoni tagħhom u r-reviżjonijiet tal-karti kienu diġà ffinalizzati u d-deċiżjonijiet (għat-talba dwar reviżjoni) kienu kkomunikati lill-applikanti? Kemm kienu l-kandidati li nbidlulhom il-marki fuq deċiżjoni tal-istess bord tal-appelli, jiġifieri n-numru ta' persuni li ma kenux għaddew mal-ewwel riżultat u lanqas wara li saret ir-reviżjoni tal-karta? Kien hemm kandidati li ma kenux għaddew miż-żewġ suġġetti (la mal-ewwel riżultat u lanqas wara li saret ir-reviżjoni tal-karti) li għaddew wara li għamlu appell quddiem dan il-bord? Ġie ppubblikat riżultat tal-Public Examination 2012 Appeals Board?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, ħlief għall-ewwel parti tal-mistoqsija, qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, jiena ngħatajt parir li mhix il-prassi li dan it-tagħrif isir pubbliku. Din l-informazzjoni se tingħata lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.
Leg 12 PQ #4718 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — trasferimenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa ta’ trasferimenti ta’ ħaddiema li saru mit-12 ta’ Marzu 2013 sallum, fid-dipartimenti u/jew uffiċċji/aġenziji u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X’inhu l-grad ta’ dawn il-ħaddiema? Minn liema għal-liema dipartimenti/aġenziji jew kumpaniji jew uffiċċji ġew trasferiti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjonim mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4719 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — telework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fid-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, fil-preżent kemm hemm ħaddiema bit-teleworking?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-prezent hemm 43 ħaddiem, jaħdmu bit-teleworking.