Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu bżonn operazzjoni urġenti imma għadu bla appuntament?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li applikat għal sussidju mal-Awtorità tad-Djar imma s’issa għadha bla risposta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 3996 f’seduta 59.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — management accounts
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) għax-xahar ta’ Lulju?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm kienu l-flus dovuti lill-kuntratturi/suppliers tal-prodotti farmaċewtiċi (prodotti, mediċini, apparat mediku, disposables eċċ.) fl-aħħar ta' Awwissu 2013? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) tal-pagamenti lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fl-aħħar t’Awwissu l-kredituri tal-Entità CPSU kienu jammontaw għal €12.9 miljuni u f’termni ta’ ġranet kif inhu muri skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtici) kif ukoll xogħlijiet fl-aħħar ta' Awwissu 2013? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) tal-pagamenti lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza, xahar b’xahar, bejn Marzu u Awwissu 2013? Kemm minnhom kienu category 1, 2 jew 3? Kemm minnhom kellhom ticket of referral mit-tabib tal-familja? Kemm minnhom iddaħħlu l-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Accident and Emergency Module tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza bejn Marzu u Awwissu 2013 jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, flimkien ma liema kategorija li-pazjenti ddaħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza u kemm minnhom iddaħħlu l-isptar. It-tieni tabella tiddeskrivi minn fejn ġew referuti l-attendenzi.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei matul, ġimgħa b’ġimgħa, bejn Marzu u Awwissu 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei bejn Marzu u Awwissu 2013 jinsab fit-tabella li se nsemmi hawn taħt. Ninforma lil Onorevoli Membru li dawn il-figuri jiġu kkalkulati għall-inpatients mis-sistema kull xahar u mhux ġimgħa b’ġimgħa, u jeskludu d-Day Cases u n-Nursery Cots.
Xahar 2013
Average Length of Stay
(ġranet)
Marzu
5.1
April
4.9
Mejju
5.1
Ġunju
5.0
Lulju
5.0
Awwissu
5.1
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei, ġimgħa b’ġimgħa, bejn Marzu u Awwissu 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-average bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei bejn Marzu u Awwissu jinsab fit-tabella li se nsemmi hawn taħt f’forma ta’ persentaġġ. Ninforma lil Onorevoli Membru li dan il-persentaġġ jiġi kkalkulat mis-sistema kull xahar u mhux ġimgħa b’ġimgħa, għas-sodod li jintużaw għall-inpatients u jeskludi dawk is-sodod użati esklusivament minn Day Cases u n-Nursery Cots.
Xahar 2013
% Average Bed Occupancy for In-patient beds
Marzu
90.6
April
86.5
Mejju
88.9
Ġunju
85.2
Lulju
85.5
Awwissu
89.0
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' restawr fuq it-Torri ta' Xutu f'Wied iż-Żurrieq hux imdaħħal fil-programm ta' xogħlijiet ta' restawr tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, meta hu pprogrammat li jibda u jispiċċa ix-xogħol ta' restawr fuq dan it-torri?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien imwiegħed lill-Kunsill Lokali tal-Qrendi li t-Torri ta’ Xutu f’Wied iż-Żurrieq kellu jgħaddi f’idejn Din l-Art Ħelwa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' restawr fuq is-siti msemmija hawn isfel li jinsabu f' Marsaxlokk humiex imdaħħla fil-programm ta' xogħlijiet ta' restawr tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, meta hu pprogrammat li jibda u jispiċċa x-xogħol ta' restawr fuqhom? Is-siti huma kif gej:
a) Torri Vendome; b) Il-Batterija ta' San Pawl, Delimara; ċ) Il-Batterija ta' Wolesley, Delimara; d) Il-Fortizza tas-Silġ; e) Il-Fortizza ta' Delimara?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minkejja li m’hemmx xogħol ta’ restawr ippjanat fuq l-imsemmija siti għas-sena 2014, is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kultura u Kunsilli Lokali, b’kollaborazzjoni mal-Aġenziji responsabbli mir-Restawr u mal-Kunsilli Lokali għandu l- ħsieb li jfassal pjan ħolistiku ta’ prijoritajiet ta’ interventi ta’ restawr għas-snin li ġejjin.
Rigward il-Fortizza ta’ Delimara, din hija amministrata minn Heritage Malta.
Infurmat illi f’dan il-mument m’hemmx pjan immedjat ta’ restawr għal din il-Fortizza peress li l-fondi u r-riżorsi ta’ Heritage Malta qegħdin iffukati fuq il-Fortizzi ta’ Sant’Anġlu u Sant’Iermu. Meta dawn il-proġetti kbar ikunu qorbu li jitlestew, wieħed ikun jista’ jiffoka iżjed fuq il-Fortizza ta’ Delimara.
Jista’ l-Ministru jagħmel l-istudji neċessarji biex isiru timed traffic lights fi Triq l-Imdina, f’Ħ’Attard, quddiem Attard Farm Supplies biex tiġi mnaqqsa l-konġestjoni tat-traffiku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta eżaminat is-sitwazzjoni tat-traffiku fi Triq l-Imdina u tat struzzjonijiet lill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard sabiex titneħħa s-sistema ta’ one ways fi Triq San Anton u Triq il-Linja filwaqt li l-Awtorità approvat li jinfetaħ l-aċċess minn Triq Ħal Warda għal Triq Rużell.
Jista’ l-Ministru jgħid min qed jagħmel ir-reinstatement ta' wiċċ it-triq meta jsiru l-house services? Hemm xi perijodu stipulat kemm irid idum biex jiġi reinstated wiċċ it-triq min meta jsir ix-xogħol ta' tħaffir tal-house service?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tassigura li l-wiċċ tat-triq imħaffer waqt tiswija ta' water service connection, jiġi reinstated mill-ewwel mill-istess tim ta' ħaddiema li jkunu qed jagħmlu t-tiswija. Huwa biss f'eċċezzjonijiet rari li dan ir-reinstatement ma jsirx mill-ewwel minħabba li l-art tkun imxarrba wisq. F'dawn l-okkażjonijiet rari, ir-reinstatement isir malli l-art tkun nixfet.
L-Imġarr (Malta) — Reviżjoni tal-Pjan Lokali – Bypass
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-bypass li kienet ippjanata li tgħaddi minn wara l-iskola tal-Imġarr (Malta) hux se tkun inkluża fir-reviżjoni tal-Pjan Lokali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reviżjoni tal-Pjanijiet Lokali għadha fil-fażijiet inizjali. Proposti konkreti jsiru aktar il-quddiem fil-proċess u dawn jiġu esposti għal perjodu ta' konsultazzjoni pubblika kif titlob il-liġi.
L-Imġarr (Malta) – Triq Sir Temi Zammit – Traffic Calming Measures
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ippjanat li jagħmel traffic calming measures fi Triq Sir Temi Zammit, fl-Imġarr (Malta) peress li din hija triq prinċipali u qed iseħħu diversi inċidenti fiha? Jekk fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta analizzat Triq Sir Temi Zammit u li ġew approvati sacrificial bollards u hatching markings bir-rumble strips sabiex itejbu s-sigurtà ta’ din it-triq. Dawn ix-xogħlijiet se jiġu mplimentati fil-ġimgħat li ġejjin.
manteniment fl-iskejjel — overtime lil ħaddiema tal-Gvern u tal-IPSL
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn liema vot qed jitħallas l-overtime tal-ħaddiema tal-Gvern u l- Industrial Projects and Services Limited (IPSL) li ħadmu overtime matul dan is-sajf sabiex isir ix-xogħol ta' manteniment fl-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-overtime li sar fis-sajf għax-xogħol ta' manteniment fl-iskejjel ġie ffinanzjat mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada.
Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandha l-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Malta Enterprise? X’inhu l-pakkett finanzjarju offrut lil din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.