Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (VELLA, GEORGE)

Fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin hemm ingaġġati tmien konsulenti (li ħamsa minnhom kienu ngaġġati mill-amministrazzjoni preċedenti). Mid-9 ta' Marzu 2013 'l hawn tħallsu bejniethom €83,401.25 .
Leg 12 PQ #4497 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Drittijiet tal-Bniedem – kollaborazzjoni mal-Korea ta’ Fuq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni ċara u inekwivoka tal-Gvern Malti fil-konfront tal-Korea ta’ Fuq u l-ksur fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem f’dan il-pajjiż? Fid-dawl tal-istqarrija tal-Prim Ministru fit-13 t’April 2012 (dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni) fejn kien stqarr li “jispera li kollox ikompli miexi sewwa fil-Korea ta’ Fuq”, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għadux tal-istess fehma? Jekk iva, x’hemm miexi sew fil-Korea ta’ Fuq? Kif biħsiebu jikkollabora mal-Korea ta’ Fuq u fl-istess waqt jonora l-obbligi ta’ pajjiżna fuq il-politika Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Malta tinsab totalment konformi mal-politika tal-Unjoni Ewropea u tal-Ġnus Magħquda dwar il-Korea ta' Fuq.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – spejjeż ta’ media events

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajietu jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Segretarju Parlamentari għall-Presidenza EU 2017 u l-Fondi Ewropej – spejjeż ta’ media events

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajietu jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – spejjeż ta’ Media Events

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajietu jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum ġie organizzat event wieħed fejn ġew ippreżentati l-Prinċipji Gwida tal-Politika Barranija ta' Malta, l-istruttura l-ġdida tal-Ministeru u r-rapport tal-Board of Review dwar ir-Rapreżentanzi Maltin barra minn Malta. L-ispiża totali kienet ta' €197.66, magħmulha minn €55 għall-istampar ta' 1,000 ktejjeb fl-istamperija tal-Gvern u €142.66 għall-kiri ta' PA System mingħand Studio 7 wara li ntalbu l-quotations.
Leg 12 PQ #4501 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – Spejjeż ta’ Media Events

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru tieghu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajietu jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4502 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali — spejjeż ta' media events

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajietu jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4728 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – CEO ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'se jkun ir-rwol tas-CEO (jew, jekk mhux bin-nomenklatura ta’ CEO, b’xi nomenkaltura oħra li ngħatatlu) il-ġdid tal-Isptar Monte Karmeli? Veru li dan se jkollu permess jibqa’ għaddej bix-xogħol privat tiegħu ta’ avukat? Għandu esperjenza ta’ xogħol fi sptarijiet jew fil-qasam tas-saħħa mentali?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din il-mistoqsija tinsab f’mistoqsija Parlamentari numru 4725.

supply kindergatren assistants

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-supply kindergatren assistants li għamlu l-interview f'Lulju 2013 u li r-riżultat ħareġ f'Stettembru 2013 hux se jiddaħħlu jaħdmu? Jekk iva hemm ħsieb meta bejn wieħed u ieħor?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-proċessi tal-għażla għal supply isiru sabiex id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jkollu waiting list li minnha jkun jista’ jsejjaħ jekk tinħoloq vakanza li ma tistax timtela’ minn applikanti li jkollhom il-kwalifika biex isiru Kindergarten Assistants II. S’issa m’hemmx vakanzi għal Supply Kindergarten Assistants.

PBS – ħlasijiet lil persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed titħallas salarju mill-PBS il-persuna li d-detalji dwarha qed jintbagħtu separatament , kemm qed titħallas extra għal kull programm TVAM li qed tippreżenta kull filgħodu u x'allowances u perkaċċi oħra hija intitolata għalihom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-preżentatrici ta’ TVAM li d-dettalji dwarha intbagħtu separatament, għandha salarju ta’ €21,000 fis-sena, €2,000 allowance kif ukoll titħallas €60 għal kull programm ta' TVAM..

TVAM — preżentaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema proċess intgħażlu l-preżentaturi ta' TVAM li isimhom qed jintbagħat separatament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-proċess tal-għażla tal-programmi tal-PBS, hija l-prerogattiva tal-Bord Editorjali. L-għażla tal-preżentaturi tal-programm TVAM ta’ din l-iskeda saret skont din il-prassi.

TVAM – kuntratti tal-preżentaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kuntratt għandhom mal-PBS il-preżentaturi ta' TVAM li isimhom qed jintbagħat separatament u kemm qed jitħallsu għax-xogħol tagħhom f'salarju, allowances u perkaċċi oħra?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Iż-żewġ preżentaturi ta’ TVAM, li isimhom ingħata separatament jitħallsu €150 u €100 rispettivament għal kull programm.

PBS – ingaġġ ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament iddaħħlet taħdem il-PBS fl-ewwel ta' Awwissu li għadda meta ma kien hemm ebda sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Persuna li isimha intbagħat separatament ġiet sekondata mal-PBS fl-1 ta’ Awwissu 2013 mill-MUESAC fuq esiġenza u bżonn tal-kamra tal-aħbarijiet tal-P.B.S.

Home Help — Talbiet pendenti

Question

Tista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu, lokal lokal, in-numru ta' persuni li qed jingħataw il-home help f'kull lokalità tas-7, 9 u t-12-il distrett elettorali? Kemm hu f'kull każ in-numru ta' persuni f'dawn l-istess lokalitajiet li għandhom talba pendenti biex jingħataw dan is-servizz

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Dipartiment tal-Biedja u s-Sajd — budget

Question

B'referenza għad-Dipartiment jew entitajiet oħra li huma marbuta mal-biedja u s-sajd u li jaqgħu taħt ir-responsabillità tal-Ministeru, jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jkun hemm tnaqqis mill-budget li kien approvat għal din is-sena? Jista' jagħti tagħrif dwar kif inhu ppjanat li jsir it-tnaqqis, jekk hemm?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-informazzjoni dettaljata dwar il-budget, fejn jikkonċerna d-Dipartiment u entitajiet oħra marbuta mal-biedja u sajd, ikunu magħrufa aktar tard din is-sena, mall-publikazzjoni tal-Estimi Finanzjarji għas-sena 2014.

Transport Malta — enforcement notices lill-Kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4408, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-tiswijiet ta' infurzar lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u li jissemmew fir-risposta? F'kull każ, liema kienu l-każijiet involuti u dwar xiex ħarġu dawn it-twissijiet fl-aħħar 12-il xahar? Minbarra hekk, jista' jagħti tagħrif dwar kif Transport Malta ħadet il-passi neċessarji biex titneħħa l-estensjoni tal-bankija msemmija?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li lista ta’ twissijiet ta’ infurzar maħruġa lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Rigward l-estensjoni tal-bankina msemmija, tqabbad il-kuntrattur li għandu l-kuntratt għal road-side repair works tar-reġjun tat-tramuntana sabiex jesegwixxi dawn ix-xogħlijiet. Meta uffiċjali mid-Direttorat tat-Toroq marru mal-kuntrattur biex jibdew x-xogħol, dan ġie nfurmat biex jieqaf minħabba li kien inħareġ mandat.
Leg 12 PQ #4761 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Mellieħa — rotot tat-Trasport Pubbliku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4407, fejn irriżulta li "l-kunsilli lokali reġgħu ġew ikkonsultati", jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienu l-proposti oriġinali li saru mill-kunsill lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, kemm fl-ewwel kif ukoll fit-tini konsultazzjoni li saret magħhom mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — riklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tiegħu, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — riklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tiegħu, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li s-somma minfuqa f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju kif ukoll mezzi stampati lokali, mill-uffiċċju tiegħi, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi f'dawn l-aħħar sitt xhur kienet ta’ €68,955.63 VAT mhux inkluż, maqsumin kif ġej: Fuq stazzjonijiet televiżivi ntefqu €26,359.55, fuq stazzjonijiet tar-radju ntefqu €2872.63 u fuq mezzi stampati lokali ntefqu €39,723.45.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — riklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tiegħu, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.