Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4176 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, xahar b’xahar, bejn Marzu u Awwissu 2013, kategorija b`kategorija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru bejn Marzu u Awwissu ta’ din is-sena fl-Isptar Mater Dei, jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Dawn l-operazzjonijiet huma mqassmin skont l-BUPA Hospital Category. Dawn il-figuri jinkludu proċeduri li jkunu ippjanati minn qabel (Elective) kif ukoll dawk li jkunu ta’ natura urġenti (Emergency). In-numru t’Awwissu għadhom qed jiġu miġbura.
Leg 12 PQ #4177 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, xahar b’xahar, bejn Marzu u Awwissu 2013, konsulent b’konsulent?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet reġistrati, konsulent b’konsulent, li saru bejn Marzu u Lulju ta’ din is-sena fl-Isptar Mater Dei, jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Il-konsulenti li ġew imniżżla f’din it-tabella huma biss dawk il-konsulenti li, bħala parti mix-xogħol tagħhom, kemm huma kif ukoll il-firm tagħhom jagħmlu xi tip ta’ intervent kirurġiku. Dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pażjenti li jidħlu taħt xi konsulenti fl-oqsma tal-mediċina u jkollhom bżonn xi intervent li jsir minn firm ta’ konsulent ieħor.
Leg 12 PQ #4178 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – pazjenti fuq stretcher

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei, bejn Marzu u Awwissu 2013? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4179 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Kura barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbagħat għall-kura barra minn Malta minn Marzu sa Awwissu 2013? F'liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni? Kemm kienet l-ispiża involuta f'kull każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4180 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Strateġija nazzjonali kontra l-obeżità

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont x’sar bejn Marzu u Awwissu 2013 fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali kontra l-obeżità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li il-Ministeru għas-Saħħa qiegħed imexxi l-programm nazzjonali kontra l-obeżita skond is-Strateġija Nazzjonali għal Malta “Piż tajjeb tul il-ħajja”. Il-Ministeru qiegħed ikompli joffri edukkazjoni dwar id-dieta bilanċjata u l-eżerċizzju fiżiku fuq il-midja kif ukoll pemezz ta’attivitajiet fil-komunita, skejjel u postijiet tax-xogħol u ma gruppi u kommunitajiet differenti. Isir ukoll xogħol ma’professjonisti mill-qasam tal-edukazzjoni u l-universita biex tfal u studenti ikunu aktar infurmati fuq id-dieta bilanċjata u l- eżerċizzju fiżiku. Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jorganizza klassijiet tal-aerobika f’tnax il-lokalitajiet. Minn Marżu sa Awwissu ta’ din is-sena saru 17 il-klassi (żewġt lezzjonijiet għall- tmin ġimgħat) b’415 il-partiċipant. Isiru ukoll klassijiet ta “ weight management ” fiċ-ċentri tas-saħħa. Minn Marżu sa Awwissu ta’ din is-sena saru ukoll 17 il-klassi fejn ipparteċipaw 352 persuna f’dan il-perjodu. Dawn il-kalssijiet huma kollha bla ħlas. Il-membri tad- Direttorat ipparteċipaw fuq basi regolari f’programmi fuq ir-radju u t-televisjoni. Fuq ir-radju inkunu fuq programmi f’medja ta ħames darbiet fil-ġimgħa. Il-membri tad-Direttorat ħadu sehem f’attivitajiet fil-kommunita bil-għan li n-nies ikunu aktar infurmati fuq id-dieta bilanċjata u l-eżerċizzju fiżiku. 8 ta’ April Bormla 9 ta’ April Paola 10 ta’April MEPA 11 ta’April Floriana 12 ta’April B’Kara 13 ta’ April Valletta 12 sal- 14 ta’ April Maratona taċ-ċiklissmu 20 ta’ April Healthy Lifestyle Seminar għal nies b’Down’s Syndrome u l-familji tagħhom 5 ta’ Mejju Wardija School 9 ta’Mejju Move for health day – L-iskola primarja tal-Rabat 12 ta’ Mejju Move for health day – Golden Sands 17 ta’ Mejju Ġurnata Dinija dwar il-pressjoni – Ministeru għas-Saħħa. 19 ta’ Ġunju Centru tas-Saħħa ta’ B’Kara Ġimgħa dwar l-Obeżita 21 ta’ Ġunju Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal l-Ġdid Ġunju fil-Fiera Nazzjonali, MFCC Matul ix-xgħur tas-sajf, saret kampanja nazzjonali fuq ir-radju bil-għan li jitnaqqas il-qis tal-porżjon tal-ikel. Il-membri tad -Direttorat jagħtu pariri fuq it-telefon dwar id-dieta u l-piż żejjed. Bejn Marżu u Awwissu, il-Ministeru għas-Saħħa kompla id-diskużżjonijiet mas-sieħba soċjali dwar Pjan Nazzjonali dwar l-Ikel u l-Nutrizzjoni u kompla ix-xogħol preparatorju biex issir Studju Nazzjonali dwar il-Konsum tal-Ikel.
Leg 12 PQ #4181 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

pjan nazzjonali tal-kanċer

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont x’sar bejn Marzu u Awwissu 2013 fl-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tal-kanċer?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Pjan Nazzjonali dwar il-Kanċer qiegħed jiġi mwettaq skont l-action plan li kien approvat qabel ma’l-Pjan kien mniedi fl-2011. Bejn Marzu u Awwissu 2013: 1. Irċivejna rapport iddetaljat li sar mill- International Agency for Research on Cancer (IACR) f’April fuq evalwazzjoni li saret fuq il-programm nazzjonali tal-i screening għall-kanċer tas-sider fin-nisa. Dan ir-rapport ġie studjat bir-reqqa u għaddej xogħol sabiex fejn hu possibli ir-rakkomandazzjoniet li fiħ jiġu attwati. 2. Qed isiru preparamenti sabiex tiġi delegazzjoni minn Franza biex tagħmel evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali tal-Kanċer hekk kif qed joqrob iż-żmien tal-mid-term tiegħu. 3. Il-programm nazzjonali tal-iscreening għall-kanċer tal-musrana l-kbira li kien tnieda tard fl-2012 beda joppera b’mod regolari. 4. Ġew Malta żewġ konsulenti esperti fil-kolonoskopija li ssir fuq persuni li jkollhom riżultat pożittiv fl-ewwel test li jsir fl-iscreening għall-kanċer tal-musrana l-kbira mill-Ingilterra. Dawn taw taħriġ u iċċertifikaw numru ta’ mediċi fl-isptarijiet Mater Dei u Ġenerali t’Għawdex fuq apparat ġdid tal-kolonoskopija li nxtara apposta. 5. Beda jaħdem il-programm ta’ prevenzjoni għal-kanċer tal-għonq ta’ l-utru permezz ta’ tilqim ta’ kontra l-infezzjonijiet tal-Human Papilloma virus (HPV). Tfajliet mwielda fl-2000 u 2001 bdew jiġu mistiedna sabiex jattendu għal dan it-tilqim li qed jingħata mid-Dipartiment tal-Kura Primarja. 6. L-installazzjoni ta’ PET/CT scanner fl-Isptar Mater Dei tlestit. Dan se jibda jopera fil-ġimgħat li ġejjin. 7. Saru programmi ta’ edukazzjoni u promozzjoni li jimmiraw lejn il-pubbliku in ġenerali speċjalment fil-Cancer Awareness Week fl-aħħar ta’ Mejju u fil-World No Tobacco Day. 8. F’Mejju f’Malta ġiet organizzata laqgħa tal-Steering Committee tal-Joint Action tal-European Partnership for Action against Cancer (EPAAC). Malta hija associate partner f’din il-Joint Action.

Każ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nhar it-Tlieta 17 ta' Settembru 2013, l-ARMS għamlet kuntatt mal-konsumatur li kien infurmat li l-każ tiegħu se jiġi riferut lill-Advisory Board. Hu dan il-bord li jikkunsidra l-possibilta' ta' reviżjoni fuq l-ammont dovut tal-ilma.
Leg 12 PQ #4248 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

L-Imġarr (Malta) – Triq Ġan Mari Camilleri – skemi ta’ bini eżistenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex se tiġi emendata l-iskema biex jiġi rispettat il-bini eżistenti fi Triq Ġan Mari Camilleri fl-Imġarr (Malta) għal Triq il-Majjistral?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reviżjoni tal-Pjanijiet Lokali għadha fil-fażijiet inizjali. Proposti konkreti jsiru aktar il-quddiem fil-proċess u dawn jiġu esposti għal perijodu ta' konsultazzjoni pubblika kif titlob il-liġi.

Iż-Żurrieq – Triq Ħal Far – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Ħal Far fiż-Żurrieq, li hi triq prinċipali, hux se tkun inkluża fil-programm ta' resurfacing tal-Gvern peress illi din hi l-unika ħruġ għar-residenti li joqogħdu wara l-mini f'każ ta' aċċident fil-mini ta' wara l-ajruport? Jekk fl-affermattiv, meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din it-triq? Jista’ l-alignment ta' din it-triq jiġi ddisinjat mill-ġdid biex jiġu eliminati liwjiet perikolużi li jinsabu f'din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq msemmija ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta’ Transport Malta minħabba l-fatt li din hija triq rurali barra mill-iskema tal-bini. Madankollu bħal ma jsir f’kull każ, lest li nagħti il-kontribut sħiħ tiegħi u niġbed l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati biex nara li s-sitwazzjoni titranġa.

Iż-Żurrieq — bini mill-ġdid ta' toroq - Triq Fra Ġan Mari Zammit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Fra Ġan Mari Zammit fiż-Żurrieq hijiex imdaħħla fil-programm ta' bini mill-ġdid ta' toroq li se jsiru fiż-Żurrieq? Jekk fl-affermattiv, meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq Ġan Mari Zammit, fiż-Żurrieq qiegħda nkluża fil-lista ta’ toroq li jridu jsiru minn Transport Malta ladarba jitlesta l-iżvilupp li hemm għaddej bħalissa.

Iż-Żurrieq – bini mill-ġdid ta' toroq — Triq il-Pluvieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Pluvieri fiż-Żurrieq hijiex imdaħħla fil-programm ta’ bini mill-ġdid ta' toroq li se jsiru fiż-Żurrieq? Jekk fl-affermattiv, meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn informazzjoni li ġiet mgħoddija lili, din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta. Minkejja dan il-fatt, ninsab infurmat li ftit jiem biss qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali wieħed ingħata x’jifhem li kien ser jinbeda ix-xogħol fuq din l-istess triq.
Leg 12 PQ #4252 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għas-Saħħa

Iż-Żurrieq – polyclinic

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tinfetaħ il-polyclinic fiż-Żurrieq?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li m’hemmx il-ħsieb li tinfetaħ polyclinic fiż-Żurrieq.

Iż-Żurrieq – night shelter

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għandux pjan li jiftaħ night shelter fil-lokalità taż-Żurrieq għar-residenti ta' din il-lokalità li preżentament għandha popolazzjoni ta' 16,000-il ruħ, u għal dawk il-lokalitajiet tal-madwar? Jekk fl-affermattiv, fiex wasal il-proċess biex dan in-night shelter attwalment jinfetaħ? Meta hemm il-ħsieb li dan in-night shelter jibda jopera u jkun jista’ jintuża miż-Żrieraq u nies oħra tal-lokalitajiet tal-madwar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent m’hemmx pjanijiet li jinfetħu Night Shelters fiż-Żurrieq.

Servizz tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema minħabba l-main tad-dawl u tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tgħin il-persuna ssolvi l-problema ta' leak tal-ilma, filwaqt li l-persuna ġiet mitluba tissottometti applikazzjoni u l-pagament dovut biex l-Enemalta tkun tista' tieħu l-passi meħtieġa.

Sigurtà Soċjali — każ ta' individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara għaliex il-persuna, li d-dettalji dwarha qegħdin jintbagħtu separatament, mhix tirċievi l-benefiċċji tar-relief u taċ-children’s allowance?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħti aktar dettalji dwar il-persuna msemmija.
Leg 12 PQ #4377 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Kemmuna — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk isirx tindif regolari f’Kemmuna in vista tal-ammont ta’ ġrieden li huwa rrappurtat li hemm u li jingħad li qed jagħmlu ħsara lill-bajd tal-għasafar protetti li jbejtu hemmhekk?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li f'Kemmuna jsir tindif regolari fil-bajjiet u l-inħawi ta' madwarhom matul ix-xhur minn April sa Ottubru.

Skejjel — Problemi tat-trasport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema skejjel ġew rappurtati problemi ta’ trasport fl-ewwel ġurnata tal-iskola fit-23 ta’ Settembru 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-iskejjel minn fejn ġew rappurtati problemi ta’ trasport fl-ewwel ġurnata tal-iskola fit-23 ta’ Settembru 2013 kienu dawn: Kulleġġ Skola Kulleġġ San Benedittu Skola Primarja Birzebbuġia Kulleġġ San Ġorg Preca Skola Sekondarja tas-Subien Ħamrun Kulleġġ San Ġorg Preca Skola Sekondarja tal-Bniet Ħamrun Kulleġġ Sant'Injazju Skola Sekondarja tas-Subien Ħandaq Kulleġġ Sant'Injazju Skola Sekondarja tal-Bniet Ħandaq Kulleġġ San Benedittu Skola Sekondarja tas-Subien Kirkop Kulleġġ San Nikola Skola Primarja Mġarr Kulleġġ Maria Reġina Skola Sekondarja tas-Subien Mosta Kulleġġ Maria Reġina Skola Sekondarja tal-Bniet Mosta Kulleġġ San Nikola Skola Sekondarja tas-Subien Mtarfa Kulleġġ San Nikola Skola Sekondarja tas-Subien Naxxar Kulleġġ Santa Klara Skola Primarja Pembroke Kulleġġ San Tumas More Skola Sekondarja tas-Subien Ħamrun (Samra) Kulleġġ Santa Klara Skola Sekondarja tas-Subien Sliema Kulleġġ San Tumas More Skola Sekondarja tasl-Bniet Sta. Luċija Kulleġġ Santa Margerita Skola Sekondarja tal-Bniet Żejtun

Produzzjonijiet lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-films u produzzjonijiet lokali li nħadmu jew se jinħadmu fil-gżejjer Maltin u li l-arranġamenti għalihom ġew finalizzati minn Marzu 2013 ’l hawn?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Adormidera Feature Film Directed by Ray Mizzi
Leg 12 PQ #4380 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din l-mistoqsija hija indikat fit-tweġiba diġà mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2492. L-istess informazzjoni għadha tapplika llum.