Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — nefqa fuq safar
Question
Tista' l-Ministru tgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru ta’ qablu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari fl-2012? Tista’ tgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Tista’ tgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat tista’ tgħid minn fejn inxtraw u tagħti r-raġuni għaliex?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — nefqa fuq safar
Question
Tista' l-Ministru tgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru ta’ qablu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari fl-2012? Tista’ tgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Tista’ tgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat tista’ tgħid minn fejn inxtraw u tagħti r-raġuni għaliex?
Response (DALLI, HELENA)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari magħmula mill-Onor Interpellant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni kif mitlub.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Uffiċċju tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li, lill-kumpanija msemmija, ma ngħatala l-ebda xogħol ta’ konsulenza mill-1998 sa Marzu 2013 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t Twettiq tal-Manifest Elettorali — konsulenza
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma inghata ebda xoghol ta' konsulenza mill-Ministeru tiegħi lill-kumpanija konċernata fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-bord tal-għażla għall-iskema tal-ischolarships 'Master It'?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi l-bord tal-għażla għall-Master it! Scholarships huwa kompost minn:
Prof Joe Cacciotolo – Chairman
Mr Claude Busuttil – Deputy Chairperson
Prof Charles Calleja – Deputy Chairperson
Ms Claire Felice Pace – Deputy Chairperson
Prof Albert Leone Ganado – Deputy Chairperson
Mr Edward Mifsud – Deputy Chairperson
Dr Ronald Blundell – Membru
Mr Joseph Camilleri – Membru
Prof Paul M. Clough – Membru
Mr Alfred DeGabriele – Membru
Mr Anthony Demicoli – Membru
Dr Alan Ellul – Membru
Dr Aaron Farrugia – Membru
Dr Adrian Grima – Membru
Mr Carmel Hili – Membru
Mr Edward Mifsud – Membru
Mr Paul Muscat – Membru
Mr Mario Pace – Membru
Mr Michael Rosner – Membru
Ms Myriam Vella – Membru
Dr Alex Sciberras – Membru
Mr Sandro Zammit – Membru
Jista' l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-bord tal-għażla għall-Art Scholarships?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi l-bord tal-għażla għall-Boroż ta’ Studju għall-Arti huwa kompost minn:
Dr Michael Buhagiar – Chairperson
Mr Joseph Micallef – Member
Prof Gloria Lauri Lucente – Member
Mr Lino Farrugia – Member
Dr Timothy Gambin – Member
Dr Reuben Pace – Member
Jista' l-Ministru ighid minn min huwa kompost il-bord tal-għażla għall-Isport Scholarships?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi l-bord tal-għażla għall-Isport Scholarships huwa kompost minn:
Dr. Chris Bonett - Chairman
Mr. Andrew Decelis - Membru
Mr Keith Tanti - Membru
Jista' l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-bord tal-għażla għall-MGSS postgraduate scholarships?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi l-bord tal-għażla għall-MGSS Postgraduate Scholarships huwa kompost minn:
Prof Emmanuel Sinagra – Chairman
Mr Claude Mallia – Deputy Chairman
Prof Mark Borg – Membru
Prof Mark Brincat – Membru
Dr John Consiglio – Membru
Mr Richard Curmi – Membru
Mr Joseph M. Meli – Membru
Prof Janet Mifsud – Membru
Mr James Vella – Membru
Prof Angela Xuereb – Membru
Mr Charles Zammit – Membru
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiftħu l-applikazzjonijiet għall-iskema MGSS undergraduate scholarships?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet għall-iskema MGSS Undergraduate infetħu fis-27 ta’ Settembru 2013, u se jibqgħu jiġu milqugħa sad-29 ta’ Novembru, 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent ġie diagnosed b'tumur primarju fir-ras f'dawn l-aħħar għaxar snin? Jista’ jagħti d-dettalji għal kull sena ta' dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar għaxar snin (2003-2012), fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer, kien hemm irrappurtati tlett mija w tlett (303) każ ta’ tumur primarju (primary malignant cancer) fir-ras. Dawn kienu maqsumin hekk: 170 fl-irġiel u 133 fin-nisa.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra d-dettalji ta kull sena, skont is-sess tal-pazjent.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn linji ta' mobile (sim card registration) u kif kiber l-ammont f’dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm-il minuti ta' voice calls u smses isiru fis-sena mill-operaturi kollha f’daqqa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn individwi diagnosed b’Autistic Spectrum Disorder f’Malta u Għawdex? Min qed jieħu ħsieb dawn l-individwi xi prospetti hemm għalihom għall-futur? Jista’ jagħti l-informazzjoni dwar l-għajnuna li tingħata lil dawn l-individwi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ tfal djanjostikati b’Autistic Spectrum Disorder mit-tim multidixxiplinarju taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) huwa ta’ 452 pazjent.
Dawn il-pazjenti jiġu assessjati u segwiti skont il-bżonn minn tim multidixxiplinarju ta’ professjonisti. It-tim jinkludi tobba, infermiera, psikologi, fiżjoterapisti, occupational therapists u speech and language pathologists. Early Intervention teachers mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, li huma uffiċjalment membri ta’ dan it-tim, ukoll jassessjaw u jsegwu lil dawn it-tfal li kollha jsirilhom eżami tal-vista u smiegħ fl-Isptar Mater Dei.
Il-professjonisti kollha fuq dan it-tim multidixxiplinarju iħejju rapport dettaljat dwar l-andament tat-tfal. Liema rapport jingħata lill-ġenituri / carers biex jippreżentawħ lill-Kap tal-iskola kkonċernata..
Il-ġenituri jiġu mħeġġa biex jiddiskutu l-kontenut tar-rapport mall-Kap tal-iskola biex tkun tista’ tingħata lit-tfal dik l-għajnuna li jkollhom bżonn.
Il-Konsulent tas-CDAU jimla’ l-applikazzjonijiet meħtiega biex il-ġenituri / carers ikunu jistgħu jippreżentawhom fid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali biex it-tfal ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dawk is-servizzi rilevanti.
L-esperjenza wriet li bl-għajnuna bikrija ta’ dan it-tim multidixxiplinarju, t-tfal ikunu fl-aħjar pożizzjoni li jiżviluppaw l-aqwa potenzjal tagħhom
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed tingħata għajnuna finanzjarja għall-festi? Kemm ingħatat għajnuna għall-festi f'dawn l-aħħar ħames snin mill-fond tal-kawżi ġusti? Jista’ jingħata l-ammont ta' għajnuna kull sena, maqsum bil-lokalità u għal liema kumitat/festa rispettiv/a?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il permess ta' bini nħareġ f'dawn l-aħħar ħames snin u f'liema lokalitajiet ġew mogħtija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, mill-1 ta' Jannar 2009, ġew deċiżi u approvati tmintax il-elf tmin mija u erbgħin (18,840) applikazzjonijiet tal-ippjanar (full development), fid-diversi stadji tal-ewwel deċi¿joni, rikonsiderazzjoni u appell.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li taqsam dan l-ammont fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom.
Din l-informazzjoni ma tindikax eżatt dak li ġie mistoqsi fil-Mistoqsija Parlamentari peress li wieħed irid jinnota li applikazzjoni tista’ tidher aktar minn darba. Per eżempju applikazzjoni approvata fl-ewwel deċiżjoni tista’ tiġi appellata għal xi kundizzjoni u terġa’ tidher approvata.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li r-residenza tagħha fiha ħsara fis-soqfa u jidħol l-ilma mill-aperturi meta tagħmel ix-xita?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar qabdet Perit sabiex jieħu ħsieb jipprepara applikazzjoni għall-MEPA għat-tiswijiet u restawr tal-bini li minnu jifforma parti l-fond imsemmi.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li hemm drenaġġ ħiereġ minn quddiem ir-residenza tagħha?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn investigazzjoni li saret fuq il-post irrizulta li kien hemm blockage fis-sistema tad-drenagg. Dan gie miftuh u l-pipe imnaddaf. Irrizulta ukoll illi l-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma ma kellhiex rapporti minn konsumaturi fuq dan il-blockage.