Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4926 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — impjegat

Question

Jista' l Prim Ministru jgħid f'liema sena kien ġie impjegat mas-Servizz Pubbliku l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Mhix il-prassi li f’dan il-Parlament jingħataw dettalji li qed jintalbu mill-Onor Interpellant anki għal raġunijiet ta’ data protection, kif intqal fi tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari f’leġislaturi oħra f’dan il-Parlament.
Leg 12 PQ #1346 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — preżentazzjoni dwar tnaqqis fil-ħlasijiet

Question

: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 610 u 875, jista' l-Prim Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni li għamlu l-preżentazzjoni lill-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista' jgħid għaliex tali preżentazzjoni ma saritx miċ-chairman jew mis-CEO iżda minn dawn il-persuni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-preżentazzjoni saret minn persuna f’isem il-working group, liema working group involva numru ta’ persuni oħra fil-MEPA.
Leg 12 PQ #1347 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — preżentazzjoni dwar tnaqqis fil-ħlasijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 610 u 875, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-chairman u s-CEO tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kinux involuti fit-tfassil tal-proposti li fuqhom saret il-preżentazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tfassil tal-proposti sar minn working group f’kollaborazzjoni ma’ numru sostanzjali ta’ ħaddiema oħra fil-MEPA u liema rapport kien approvat mill-Bord tal-MEPA li fih kienu preżenti ċ-chairman u s-CEO.
Leg 12 PQ #1348 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — preżentazzjoni dwar tnaqqis fil-ħlasijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 610 u 875, jista' l-Prim Ministru jgħid min għażel il-membri fuq il-working group? Kemm kien hemm persuni fuq dan il-working group u min kienu, fejn jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-working group ma ħadimx waħdu u għal rasu, imma b’kollaborazzjoni ta’ numru sostanzjali ta’ ħaddiema oħra fil-MEPA. Sar xogħol tajjeb ħafna u kollha kemm huma taw l-aħjar kontribut u ta’ eżempju kif jinġibed ħabel wieħed fl-interess tal-Awtorità.
Leg 12 PQ #1824 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — organisational structure

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure sħiħa tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess Awtorità? Jista’ jagħti wkoll il-grad u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni ta’ kull impjegat/a?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B'referenza għat-talba ta' l-Onorevoli Interpellant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- Organisation Chart ta' l-Awtorita' (Annex 1), il-lista' tal-impjegati li turi l-gradi u d-dettalji tar-remunerazzjoni ta' kull impjegat (Annex 2), kif ukoll lista ta' allowances u/jew benefiċċji ta' natura ġenerika li jgawdi minnhom l-impjegat (Annex 3).
Leg 12 PQ #2184 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kodiċi ta’ etika tal-Ministri — waivers

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 385 u jindika f’liema parti tal-Kodiċi ta’ Etika tal-Ministri hemm indikat li jista’ jkun hemm waiver minn xi obbligu naxxenti minnu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija 2744.

Kunsill tal-Ministri tad-Difiża tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Kunsill tal-Ministri tad-Difiża tal-Unjoni Ewropea kien hemm mid-9 ta’ Marzu sal-lum? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-Kunsilli ta’ Difiża attenda għalihom hu personalament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 4347.

Pulizija – sigħat ta’ shifts bil-lejl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bejn is-17 ta’ Mejju 2013 u s-27 ta’ Mejju 2013 inbidlux is-sigħat tax-shift ta’ bil-lejl fil-Korp tal-Pulizija? Jekk iva, kemm-il darba sar tali tibdil, min ħareġ din l-ordni u għala sar tali bdil?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi b’effett minn l-20 ta’ Mejju ta’ din is-sena, ix-xift ta’ bil-lejl għall dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija li jaħdmu fuq roster ta’ night – second – first – off, kien sar mid-9.00pm sas-6.00am minflok sal-5.00am. Dan kien sar, sabiex jinżammu is-sigħat ta’ xoghol li dawn il-membri tal-Korp jahdmu fil-gimgħa, wara li kien temporanjament sospiż it-taħrig li dawn kienu jattendu fl-Akkademja tal-Pulizija fuq żewg nofs ta’ nhari fix-xahar. Dan it-taħriġ kien sospiż minħabba li t-taħriġ f’din l-akkademja ma kienx qed jagħti riżultati mixtieqa. Għalhekk ittieħdet din id-deċiżjoni sakemm tissaħħah kif tant hemm bżonn l-akkademja tal-Pulizija. Wara li kienu saru rapreżentanzi mill-membri tal-Korp, b’effett mill-25 ta’ Mejju, il-ħin tax-xift ta’ bil-lejl kien tressaq b’siegħa l-quddiem u sar mit-8.00pm sal-5.00am

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Klieb tat-tfittxija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kelb tat-tfittxija għandu preżentament id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u jindika għal liema skop huma mħarrġa? Jista’ jindika meta ġew akkwistati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kemm il-Kelb hemm fis-CPD: · 2 bl-isem ta CSIKI u DINO Skop: · Għal tfittxija u salvataġġ-USAR Meta inxtraw: · Agreement fis 7 ta’Marzu 2011 · Waslu hawn Malta fit 2 ta’ Mejju 2011

Sezzjoni tal-Forensika – cameras diġitali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il camera diġitali hemm fis-sezzjoni tal-Forensika tal-Pulizija u meta nxtraw?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima tal-Forensika tal-Korp tal-Pulizija għandha għad-dispożizzjoni tagħha 8 kameras tar-ritratti diġitali. Peress li dawn kienu nxtraw fl-2009, inbeda l-proċess biex jinxtraw cameras ġodda oħra ħalli d-dipartiment ikun mgħammar b’teknoloġija aġġornata.

Korp tal-Pulizija – membri li huma avukati jew prokuraturi legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li huma avukati jew prokuraturi legali? Xi grad għandhom dawn l-avukati u prokuraturi legali u f'liema taqsima/sezzjoni qegħdin iservu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 4 membri tal-Korp tal-Pulizija li huma avukati u 3 li huma prokuraturi legali. Minn dawn 1 huwa Kummissarju, 1 Assistent Kummissarju, 2 Supretendenti u 3 huma Spetturi. Barra l-Kummissarju, 2 qed iservu fil-Prosecutions Unit, 1 qed iservi fil-Protective Service, 1 mat-Taqsima tal-Europol, 1 fl-Ammistrazzjoni tal-Korp u 1 fit-Taqsima ta’ kontra t-Terroriżmu.
Leg 12 PQ #2798 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Parking areas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għall-bini ta’ parking areas fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Meta saru dawn l-applikazzjonijiet u għal liema nħawi ta’ San Pawl il-Baħar huma dawn l-applikazzjonijiet? Kemm hu maħsub li jkun hemm spazji f’dawk il-parking areas? Hemm parking areas oħra li għalkemm għandhom il-permess ta’ bini għadhom ma sarux f’San Pawl il-Baħar, u meta ħarġu l-permessi neċessarji?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità bħalissa għandha żewġ applikazzjonijiet maġġuri pendenti għall-bini ta car parks pubbliċi fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, li huma: Application No: PA 6236/08 P roposal: Redevelopment of Mistra Village - Construction of residential complex consisting of four blocks including supportive commercial activities with underlying basements for private parking. Development of public open spaces, landscaped gardens and communal pool. Location: Mistra Village, Xemxija Hill, San Pawl Il-Baħar Parking spaces: 1,617c.p.s Application No: PA 1671/03 Proposal: Development of civic centre incorporating underground public car park, open landscaped areas, sports and administrative and social facilities Location: Site at, Parades Street, San Pawl Il-Baħar Parking spaces: Għadu primatur biex wieħed jistabbilixxi n-numru ta’ parkeġġ. Fir-rigward ta' parking areas oħra li għalkemm għandhom il-permess ta’ bini għadhom ma sarux, ninforma lill-Onorevoli Membru li l-MEPA m'għandhiex din l-informazzjoni.
Leg 12 PQ #2820 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Business Plan

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1832 fejn intqal li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) m’għandhiex business plan u peress li fis-sit tal-MEPA ssir referenza għall-business plan tal-Awtorità, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi dan il-business plan fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandi xejn iktar x'inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 1832.
Leg 12 PQ #2933 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – rati għall-iżvilupp

Question

B' referenza għar-reviżjoni tal-fees tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) skont il-Legal Notice 126 tat-2013, jista’ l-Prim Ministru jgħid xi kriterji ntużaw, min fassalhom u min kien responsabli għalihom biex ġie deċiż illi r-rati għall-iżvilupp kummerċjali se jorħsu b' 55% fil-waqt li r-rati għall-iżvilupp residenzjali se jorħsu bi 8% biss?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-working group li ġie mqabbad kien responsabbli u dan war li ngħata direzzjoni mingħand il-Gvern, x’kienu l-prijoritajiet tal-Gvern u x’għandu bżonn.
Leg 12 PQ #2934 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – roħs fuq il-kontijiet

Question

Peress li l-Avviż Legali 126 tat-2013 ġabet traħħis fit-tariffi tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u din affetwat l-applikazzjonijiet kollha li għadhom ma ġewx validati u jinqasmu fi tlett kategoriji: (a) Dawk li ħarġilhom il-kont u ħallsuh; (b) Dawk li ħarġilhom il-kont u għadhom ma ħallsuhx; (ċ) Dawk l-applikazjonijiet il-ġodda li ħhadu ma ħarġilhomx kont; jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi stmata li se tiswa lill-Awtorità biex tagħti l-flus lura lill-applikanti li diġà ħarġilhom il-kont u ħallsuh u liema huma dawn l-applikazjonijiet inkluż id-dettalji ta' min hu l-klijent, min hu l-perit responsabli, x' tip ta' xoghol se jsir u fejn hu propost li jsir ix-xogħol inkluż l-ammont li se jingħata lura?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar m'għandiex l-informazzjoni mitluba peress li meta jinħadem kont fis-sistema tal-kontijiet tal-istess Awtorità, il-kont il-ġdid iħassar mis-sistema elettronika il-kont il-qadim. Waqt li l-Awtorità għandha l-ammonti dovuti lill-applikanti differenti fejn dawn għandhom jieħdu xi forma jew oħra ta' rifuzzjoni, l-istess Awtorità m'għandiex miżmuma r-raġunijiet ta' din ir-rifużżjoni. Din tista tkun dovuta għal diversi raġunijiet, fosthom il-bdil fit-tariffi, imma tista' tkun ukoll minħabba tnaqqis fil-proposta tal-iżvilupp jew ħlas mill-applikant ta' aktar milli dovut. Ta' min wieħed jinnota li tista' ukoll tkun dovuta mhux biss għal raġuni waħda imma taħlita ta' raġunijiet. Fir-rigward ta' applikazzjonijet fejn il-kont għadu qatt ma nħareġ jew ħareġ mill-ewwel bis-sistema l-ġdida, din l-informazzjoni ma' tistgħax tingħata mhux biss għar-raġunijiet hawn fuq imsemmija, imma wkoll għall-fatt li l-kont bir-rati l-qodma qatt ma nħareġ.
Leg 12 PQ #3114 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

UIF Board

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-UIF Board se jiġi kostitwit peress li hemm diversi talbiet ta’ kunsilli lokali pendenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat il-ġdid tal-UIF ġie imwaqqaf il-Ħamis 20 ta’ Ġunju 2013.
Leg 12 PQ #3141 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – waste management register

Question

Peress li taħt il-Gvern preċedenti meta twaqqaf il-waste management register kien ġie mwiegħed li jitwaqqaf fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk illum hemmx garanzija li l-pubbliku qed jiġi infurmat regolarment kif suppost dwar il-permitted waste facilities u activities kollha f'pajjiżna?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kellha l-obbligu, taħt ir-Regolamenti tal-2001 dwar Permessi u Kontrolli fil-Maniġġjar ta' Skart (LN 337/2001), biex tinforma lill-pubbliku dwar il-permitted waste facilities and activities'. Dan l-obbligu ma baqax fis-seħħ wara li dawn l-istess regolamenti tħassru mir-Regolamenti ta’ l-2011 dwar l-Iskart (L.N. 184 of 2011) li jġibu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-Iskart. Irrispettivament minn dan, id-Direttorat għal protezzjoni tal-Ambjent fi ħdan il-MEPA għadu jipprovdi informazzjoni dwar l-iskart fuq is-sit eletroniku tiegħu (www.mepa.org.mt), skont kif titlob sezzjoni 64 tal-Kapitlu 504 tal-Liġijiet ta' Malta dwar l-Att tal-Ambjent u l-Ippjanar tal-Izvilupp.
Leg 12 PQ #3283 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

servizz pubbliku — Programm ta’ ristrutturar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jagħmel programm ta’ ristrutturar fis-servizz pubbliku u jekk iva fiex se jkun qiegħed jikkonsisti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Gvern se jkun qed iħares lejn il-proċessi fl-għoti ta’ servizzi pubbliċi fuq għadd ta’ livelli biex jingħata servizz aħjar liċ-ċittadini. Il-proċessi qed isiru u qed jitmexxew fuq livelli ministerjali. Ċentralment iżda qed inħarsu lejn ir-riżultat ta’ dik li ssejjħet mill-gvern preċedenti, riforma fis-servizz pubbliku. Il-Gvern qed janaliżża wkoll ir-riżultati ta’ dik ir-riforma li dwarha għandu quddiemu rapport li kien ukoll quddiem il-Gvern preċedenti iżda li ma sar xejn dwaru.
Leg 12 PQ #3651 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru ta’ qablu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari fl-2012? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat jista’ jgħid minn fejn inxtraw u jagħti r-raġuni għaliex?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru ta’ qablu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari fl-2012? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat jista’ jgħid minn fejn inxtraw u jagħti r-raġuni għaliex?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa totali ghas-safar fis-sena 2012 kienet ta' €47,455.67 (sebgha u erbghin elf, erba' mija hamsa u hamsin ewro, u sebgha u sittin centezmu) u d-dettall mitlub qed jigi pprezentat fuq il-Mejda tal-Kamra.