San Pawl il-Baħar — Triq Ġulju - Trasport Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4467, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk meta Triq Ġulju f'San Pawl il-Baħar, ġiet magħluqa matul ix-xahar ta' Settembru 2013, Trasport Malta tatx permessi biex il-karozzi tal-linja jgħaddu minn xi mkien ieħor? Minn fejn għaddew tal-linja f'dawn l-okkażjonijiet meta Triq Ġulju kienet magħluqa? Jista' jagħti tagħrif dwar okkażjonijiet simili meta t-triq bejn il-Gillieru Restaurant u l-moll kienet magħluqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi fix-xahar ta’ Settembru kien hemm okkażjoni waħda fejn Transport Malta approvat l-għeluq temporarju ta’ Triq Ġulju minħabba l-attivita’ organizzata mill-Kunsill Lokali in konnessjoni mal-European Mobility Week. F’din l-okkażżjoni s-servizz tat-trasport pubbliku ġie devjat sabiex jgħaddi minn Triq Toni Bajada u Dawret il-Gżejjer.
Infurmat ukoll illi f’Settembru l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar organizza Festa Marittima fejn minħabba din l-attivita’ ngħalqet Dawret il-Gżejjer. Minħabba li t-triq kienet magħluqa, s-servizz tat-trasport pubbliku ġie devjat minn Triq Ġulju u Dawret il-Gżejjer.
Infurmat ukoll li fil-bidu t’Ottubru ġiet organizzata attivita’ fil-pjazza ta’ Buġibba li minħabba f’hekk is-servizz tat-trasport pubbliku kellu jiġi devjat minn Triq il-Wileġ għal Dawret il-Qawra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4468, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-kunsilli lokali li t-talba tagħhom ma ġietx milqugħa? X'kienet ir-raġuni għal dan? Kemm minn dawn il-kunsilli li ma ngħatawx għajnuna mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambejnt u l-Ippjanar (MEPA) fil-fatt xorta organizzaw il-car free day tagħhom? Minbarra l-kunsilli liema għaqdiet oħra talbu u ma ngħatawx appoġġ finanzjarju biex jorganizzaw attivitajiet marbuta ma' din l-attività?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — Triq ir-Rebbiegħa – reserved parking spaces
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex fir-risposta li ngħatajt għall-mistoqsija parlamentari 4471 dwar reserved parking spaces f'San Pawl il-Baħar intqal li fi Triq ir-Rebbiegħa kien hemm kaxxa waħda li ġiet approvata? Jista' jordna li ssir spezzjoni f'din l-istess triq biex jiġi aċċertat li fil-fatt ma saritx iktar minn kaxxa waħda? Jista' wara tali spezzjoni jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-kaxxi l-oħra li hemm miżbugħa fl-istess triq? Min żeba' dawn il-kaxxi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont ir-rekords ta’ Transport Malta, hemm tlett kaxxi tal-parkeġġ għall-persuni b’diżabbilta’ approvati fi Triq il-Rebbiegħa, San Pawl il-Baħar, fejn waħda minnhom biss ġiet approvata matul din is-sena. Nitlob lill-Onor. Interpellant jerġa’ jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 4471 fejn tali mistoqsija kienet talbet informazzjoni dwar approvazzjonijiet għal kaxxi riservati għall-persuni b’diżabbilta’ li ġew approvati matul din is-sena u mhux kemm kien hemm approvati bħala total matul is-snin li għaddew. Uffiċċjali ta’ Transport Malta għamlu spezzjoni f’din it-triq u kkonfermaw li t-tlett kaxxi riservati li hemm fuq il-post huma kollha approvati u li tali kaxxi kienu ġew implimentati mill-Awtorita’ stess skont il-proċedura.
San Pawl il-Baħar – ħażna ta’ materjal li ttella’ mill-Qawra
Question
Billi madwar sena ilu l-Kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar kien stqarr li b'kollaborazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kien poġġa materjal li tella’ mill-baħar mill-inħawi tal-Qawra, f'post sigur biex imbagħad l-istess materjal ikun jista' jerġa’ jitqiegħed fil-baħar, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fejn intrefa’ dan il-materjal, u jekk sa issa kienx hemm xi ftehim mal-MEPA dwar il-post li fih għandu jintuża dan il-materjal?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onerovoli Interpellant li l-materjal li ttella' mill-Qawra ġie maħżun f'żona magħrufa bħala ta' Bellik, viċin ta' Triq Domeniko De Nizza, Il-Qawra. Skont regolament 12 ta' LN 184/2011 huwa obbligu tal-'waste holder' biex jimmaniġja il-materjal skond il-provisjonijiet tal-liġi.
Tħaddim tal-Fondi Ewropej — tnaqqis fil-Budget 2013
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kien hemm tnaqqis mill-budget għal din is-sena fi ħdan l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-qasam tat-tħaddim tal-fondi Ewropej?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda tnaqqis fil-baġit tal-Planning and Priorities Co-Ordination Division u l-Funds and Programmes Division mill-baġit approvat mill-Parlament f’April ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jelenka l-konferenzi u laqgħat li attenda barra minn Malta f’dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (VELLA, KARMENU)
F’dawn l-aħħar sitt xhur il-Ministru kellu erba’ żjarat internazzjonali li jinkludu żjara fil-Libja bħala parti minn delegazzjoni li akkumpanjat lill-Prim Ministru, laqgħa tal-Kunsill informali tat-Trasport u t-Telekomunikazzjoni Ewropew, żjara lill-ħaddiema tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu fil-Ġermanja u laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija għat-Turiżmu fi Spanja.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — konferenzi u laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-konferenzi u laqgħat li attenda barra minn Malta f’dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li attendejt għal dawn il-konferenzi u laqgħat kif ġej:
12 – 14 / 05 / 2013: Laqgħa Trilaterali għall-Ministri għall-Affarijiet Marittimi ġewwa Ateni, il-Greċja
.
03 – 06 / 06 / 2013: Agenda Offshore Conference, Nor-Shipping Maritime Fair, fin-Norveġja – Il-punti prinċipali li ġew diskussi waqt l- Agenda Offshore Conference kienu l-industrija marittima b’enfasi fuq is-servizzi offshore, fejn fl-isfond tax-xejriet preżenti din l-industrija qed isservi dejjem iktar is-swieq tal-gas u ż-żejt. Waqt in- Nor-Shipping Maritime Fair kelli l-opportunita’ sabiex niltaqa’ ma’ diversi stakeholders fl-industrija Marittima Norveġiża.
26 – 28 / 07 / 2013: Iffirmar tal- Ftehim tal- Electro Mobility Cars, f’Pariġi, fi Franza.
05 – 07 / 09 / 2013: 11th Transport, Maritime Affairs & Communications Forum, F’Istanbul, it-Turkija – Waqt dan il- Forum kelli l-okkażżjoni li nindirizza lill- Ministri preżenti.
25 – 28 / 09 / 2013: Żjara f’Monako – fejn kelli laqgħat bilaterali ma’ rappreżentanti ta’ Super Yachts u kumpaniji li għandhom reġistrazzjoni ta’ bastimenti taħt il-bandiera Maltija. Waqt din iż-żjara attendejt ukoll għall- Monaco Yacht Show.
Jista’ l-Ministru jelenka l-konferenzi u laqgħat li attenda barra minn Malta f’dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat illi mid-9 ta` Marzu l’ hawn attendejt:
· Is-Sitta u Sittin Sessjoni tal-Assembleja Dinjija tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (66th World Health Assembly – World Health Organisation) li saret f’Ginevra bejn id-19 u t-22 ta Mejju.
· Il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropeja responsabbli mill-Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) li sar fil-Lussemburgu fil-21 ta` Ġunju.
· Il-Laqgħa Informal tal-Ministri tas-Saħħa (Informal Health Ministers Meeting) li sar fil-Lithuania bejn it-8 u d-9 ta` Lulju.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — konferenzi u laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-konferenzi u laqgħat li attenda barra minn Malta f’dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (MALLIA, EMANUEL)
18 April – 20 April
Turkey
5th Budapest Process Ministerial Conference: “A silk Routes Partnership for Migration”
17 May – 19 May
Copenhagen
Laqgħa mal-
European Broadcasting Unit
6 June – 8 June
Luxembourg
JHA Council Meeting (COUNCIL)
17 July – 19 July
Lithuania
Informal Meeiting of EU Ministers of Justice and Home Affairs
4 September – 6 September
Lithuania
Lithuanian Presidency of the Council of the European union Informal Meeting of EU Defence
7 October – 9 October
Luxembourg
JHA Council Meeting (COUNCIL)
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'bidliet hu mistenni li jkun hemm fil-budget tal-miżura 121? X'tip ta' bidliet kien hemm f'dan l-istess budget, u kemm persuni oħra huma mistennija li jibbenefikaw minn dawn il-miżuri? Liema huma l-applikazzjonijiet pendenti li hemm bħalissa minn persuni li huma intitolati għal dawn l-għajnuniet?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-budget tal-Pjan ta’ l-Iżvilupp Rurali għal Malta 2007-2013, għall-Miżura 121, kien hemm t-trasferiment ta’ fondi minn Miżuri oħra. Permezz ta’ dan, 32 applikazzjonijiet oħra ser jibbenefikaw minn din il-Miżura. Ninsab infurmat ukoll li l-applikazzjonijiet sottomessi ġew kollha ipproċessati u għaldaqstant m’hemmx applikazzjonijiet pendenti.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu s-suġġetti li ġew diskussi mis-segretarju parlamentari waqt il-laqgħat li kellu fil-Food and Agriculture Organisation (FAO), matul dawn il-jiem? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm deċiżjonijiet partikulari li jolqtu l-agrikoltura f'pajjiżna? Jekk iva, liema kienu dawn id-deċiżjonijiet partikulari?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi ninsab infurmat li l-laqgħat ta’ dan l-aħħar fi ħdan l-FAO, is-suġġetti li ġew diskussi kienu dawk tal-Kumitat dwar is-Sigurta’ tal-Ikel u l-aspetti prinċipali li ħarġu mir-rapport dwar l-istat tal-insigurta’ tal-ikel 2013.
L-Onor. Roderick Galdes fl-intervent tiegħu saħaq li għalkemm kien hemm sinjali inkoraġġanti fit-tnaqqis tal-prezzijiet fl-aħħar xhur ta' ċertu ikel bażiku bħaċ-ċereali, r-rapport juri kif f'ċertu pajjiżi fl-Afrika għad hemm nuqqasijiet kbar tal-ikel li jwasslu għall-instabbilita, u għall-migrazzjoni. Tenna jgħid li għandhom isiru iżjed sforzi mill-komunità internazzjonali u l-aġenziji tal-ikel biex titnaqqas din it-tbatija.
Can the Minister say whether a three year old child who was born in Malta to Nigerian parents who have been living in Malta for the last fourteen years and the mother is a registered nurse and is working with the government as a qualified state registered nurse is entitled to free government schooling?
Response (BARTOLO, EVARIST)
I am informed that non-European Union residents in possession of a long-term resident permit are granted free government schooling but regulations state that they have to apply for an exemption from fees each year.
Can the Minister say whether a Nigerian person who has been living in Malta for the last fourteen years and working as a staff nurse with the government services for the last five years and with a valid visa is entitled to permanent residence?
Response (MALLIA, EMANUEL)
With reference to Parliamentary Question number 4905, the person mentioned in the Parliamentary Question qualifies for permanent residence in Malta if he satisfies the conditions stipulated in subsidiary etc ... The mentioned regulations are implemented by the Director of the Department for Citizenship and Expatriate. It is suggested that the person concerned contacts the mentioned Department for further information.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-bus shelter li jinsab fil-bypass ta' Birkirkara jitwaħħlulu xi forma tal-lqugħ għall-ilma li jittajjar mill-karozzi għal fuq il-persuni li jkunu qed jistennew il-karozzi tal-linja?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindika għal-liema bus shelter qiegħed jirreferi minħabba illi fit-triq imsemmija hemm numru ta’ bus shelters stallati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huxiex jiġi kkunsidrat li t-toroq bejn Triq Salvu Psaila u Triq il-Parilja (Santa Venera) isiru one way kif sar fi Triq ix-Xarretta biex jiġu evitati ħafna inċidenti ¿għar li jsiru kuljum?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat minn Transport Malta, li m’hemm l-ebda talba sabiex it-traffiku fit-toroq ta’ bejn Triq Salvu Psaila u Triq Parilja jsir f’direzzjoni waħda.
Birkirkara — zebra crossing jew pelican lights fi Triq in-Naxxar
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru pelican lights jew zebra crossing ħdejn il-Mitħna fi Triq in-Naxxar f'Birkirkara minħabba l-volum kbir ta' karozzi li jgħaddu minn hemm?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant pelican crossing fil-lokalita’ msemmija ġiet approvata u għaldaqstant qiegħda fil-lista ta’ xogħlijiet ta’ Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-bus shelters ta' quddiem il-bieb prinċipali tal-Isptar Mater Dei jitkabbru għax dawn fil-preżent mhumiex kbar biżżejjed biex jagħtu kenn mix-xemx u x-xita lil dawk in-nies kollha li jiffrekwentaw l-Isptar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta diġa’ ħarġet tender għall-istallazzjoni ta’canopy quddiem il-bieb prinċipali tal-Isptar Mater Dei, bi speċifikazzjonijiet simili għal dawk li twaħħlu fil-Marsa Park and Ride, l-Ajruport u l-venda tar-Rabat ġewwa Għawdex.
Infurmat ukoll li fil-preżent dan ittender qiegħed jiġi evalwat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitwaħħal bus shelter fil-venda ta' Birkirkara ta' ħdejn il-BOV biex in-nies ikunu jistgħu jistkennu mill-elementi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Transport Malta diġà applikat u ġabet il-permess mill-MEPA sabiex jitwaħħal bus shelter fis-sit imsemmi.
Infurmat ukoll li dan il-bus shelter se jitwaħħal mill-aktar fis possibbli.