Legislature:
Category:
Reset
Active:

Produzzjoni tal-ħalib

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-produzzjoni tal-ħalib f’Malta u Għawdex? Kemm jiġi impurtat ħalib frisk pasturizzat minn barra? Kemm hawn baqar u mogħoż li jipproduċu l-ħalib għall-gżejjer Maltin?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-produzzjoni tal-ħalib f’Malta u Għawdex hija ta’ madwar 43,000,000 kg fis-sena. Il-ħalib pastorizzat li wasal Malta fis-sena 2012 kien ta’ 5,106,126 kg. Ninsab infurmat ukoll li hawn 6,900 baqar tal-ħalib u 3,700 mogħża li jipproduċu l-ħalib għall-gżejjer Maltin.

Siġar imħawla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħawlu siġar (reġistrati) f'dawn l-aħħar ħames snin u xi pjanijiet jew fondi mill-Unjoni Ewropej hemm relatati ma' reforestation?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta' siġar li tħawwlu mill-2008 sal-lum huwa ta' madwar 51,600. Ninsab infurmat ukoll li bħalissa għaddej proġett tal-Unjoni Ewropea taħt il-Programm Life+ li, fost xogħol ieħor, jinvolvi tħawwil ta' 3,300 siġra ġewwa l-Buskett. Il-valur tal-proġett, li huwa ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea fi proporzjon ta' 50-50, huwa ta’ €2,778,772.
Leg 12 PQ #4093 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Għoti tad-demm – tibdil fil-kriterji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jsir jew jekk hemmx il-ħsieb li jsir tibdil fil-kriterji rigward id-donazzjoni tad-demm? Jista’ jgħid jekk persuni omosseswali maskili humiex se jkunu kkunsidrati biex ikunu donaturi tad-demm?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab informat li ċerti kriterji jinbidlu regolarment, per eżempju rigward vjaġġar, oħrajn jistgħu eventwalment jinbidlu skond l-iżviluppi fix-xjenza u l-epidemjoloġija. Infurmat ukoll li s- issa ma hemm l-ebda ħsieb li omosesswali maskili ikunu eliġibbli li jagħtu d-demm. Dan anke skond il-kriterji mfassla u rrakkomandati mill-Kunsill ta’ l-Ewropa rigward l-għoti tad-demm minn ‘ high risk groups’ . Donaturi huma diferiti mill jagħtu d-demm mhux skond l-orjentazzjoni sesswali imma skond prattiċi sesswali ta’ riskju kemm jekk huma omosesswali irġiel jew heterosesswali.
Leg 12 PQ #4182 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — azzjonijiet industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #4183 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu każijiet ta' lmenti għand il-customer care section tal-Isptar Mater Dei, xahar b’xahar, bejn Marzu u Awwissu 2013, kategorija b'kategorija? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm baqa' pendenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni bil-listi ta’ każijiet li waslu għand id-dipartiment tal-Customer Care fl-Isptar Mater Dei bejn Marzu u Awwissu 2013 kategorija b’ kategorija tinsab fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li dawn il-każijiet kienu kollha solvuti.
Leg 12 PQ #4184 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżeriji – mediċini skaduti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm kien hemm mediċina li skadiet f’kull spiżerija tal-Gvern u tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC), xahar b’xahar, bejn Marzu u Awwissu 2013, u kemm kienet tiswa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-mediċina li tkun skadiet f’kull spiżerija fil-kommunita’ li bħalissa qed tipparteċipa fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) kif ukoll dik li tkun inġabret minħabba f’xi ħsara li tkun ġarbet, xahar b’xahar, bejn Marzu u Awwissu 2013 hija kif ġej: Numru ta’ Spizeriji li bhalissa qed jippartecipaw fl-Iskema tal-POYC Marzu 2013 April 2013 Mejju 2013 Gunju 2013 Lulju 2013 Awwissu 2013 Grand Total 211 3,662.77 8,668.59 7,292.34 3,535.57 3,380.55 365.58 26,905.41 Ta’ min jgħid li l-figuri jirriflettu l-mediċina li tkun inġabret fil-perijodu imsemmi. Din il-figura tirrapreżenta 309-il tip ta’ mediċina differenti u tammonta għal 0.34% tal-istock li kien ‘dispensed’ lill-pubbliku minn dawn l-ispiżeriji.
Leg 12 PQ #4185 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — House visits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru house visits minn kull ċentru tas-saħħa, xahar b’xahar, bejn Marzu u Awwissu 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li kien hemm 8,368 il- house visit minn kull ċentru tas-saħħa bejn Marzu u Awwissu 2013. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ta’ kull house visit li kien hemm matul dawn ix-xhur
Leg 12 PQ #4186 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' pazjenti li marru f`kull ċentru tas-saħħa , xahar b’xahar, bejn Marzu u Awwissu 2013? Kemm minn dawn il-pazjenti ġew riferuti għad-dipartiment tal-emerġenza tal-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’pazjenti li marru f’kull ċentru tas-saħħa huwa ta’649,639. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4187 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – stennija għal operazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f’xi sptar ieħor, u jagħti n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jistennew skont dawn il-perijodi li ġejjin: · Anqas minn tliet xhur; · 3 u 6 xhur; · 7 u 12-il xahar; · 13 u 24 xahar; · 25 u 36 xahar; u · aktar minn 36 xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Wied iż-Żurrieq – trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi t-trasport pubbliku għal Wied iż-Żurrieq isirx aktar frekwenti speċjalment bejn Mejju u Settembru peress illi dan il-post turistiku hu frekwentat ħafna kemm mit-turisti kif ukoll mill-Maltin?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-talba sabiex is-servizz tat-trasport pubbliku għal Wied iż-Żurrieq isir aktar frekwenti qed tiġi kkunsidrata bħala parti mit-tibdil fir-rotot li preżentament qed jiġu diskussi.

Iż-Żurrieq — stage tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli illi l-istage li hemm qabel ma taqbad in-niżla għal Wied iż-Żurrieq int u nieżel miż-Żurrieq jitressaq b' xi 10 metri lura għax preżentament hekk kif tieqaf ix-xarabank quddiemu qed tkun ostakolata l-viżibilità tal-vetturi li jużaw din it-triq u peress illi l-bankina fejn qiegħed dan l-istage mhix kbira biżżejjed biex l-ammont ta' nies li jużaw it-trasport pubbliku joqogħdu fuqha, dawn qed jispiċċaw jistennew it-trasport pubbliku fit-triq minflok fuq il-bankina? .

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-talba sabiex jitressaq lura l-istage li hemm qabel ma taqbad in-niżla għal Wied iż-Żurrieq int u nieżel miż-Żurrieq ser tiġi diskussa mal-kunsill lokali kkonċernat sabiex jiġi determinat post aħjar u aktar sigur.

Iż-Żurrieq – għargħar

Question

Peress illi minn Triq San Mikiel u min Triq il-Bronja fiż-Żurrieq jinżel ammont kbir ta' ilma tax-xita għal Misraħ ir-Repubblika u Triq PP Saydon kull darba li tagħmel ix-xita, bil-konsegwenza illi qed jegħrqu diversi residenzi ta' nies li joqogħdu f'dawn it-toroq u toroq oħra fil-viċinanzi, jista’ l-Ministru jagħmel pjan ħolistiku kontra l-għargħar biex issir sistema ta' water culverts ħalli din il-problema tiġi eliminata?

Response (MIZZI, JOE)

Ser isir studji mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u Servizzi fuq il-problema tal-għargħar fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Nterpellant .

Ħal Għaxaq – Triq il-Garakol — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni meħtieġa fuq Triq il-Garakol ġewwa Ħal Għaxaq, peress li r-residenti ilhom jgħixu ġo triq fi stat diżastruż 25 sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq il-Garakol, ġewwa Ħal Għaxaq, hija triq li l-maġġoranza tagħha taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali minbarra parti żgħira li ġiet iffurmata reċentement u għaldaqstant jonqosha tiġi asfaltata minn Transport Malta. Din il-parti tat-triq tinsab fil-lista ta’ xogħlijiet li jridu jsiru minn Transport Malta.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġu kkuntattjati l-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament peress li għandhom problema mal-ARMS Ltd dwar kontijiet tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara diversi tentattivi l-konsumatur ġie ikkuntatjat fid-9 t'Ottubru, 2013
Leg 12 PQ #4287 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Importazzjoni miċ-Ċina – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema fuq oġġett li ġab miċ-Ċina u qed isib ħafna ostakli biex idaħħalhom Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #4288 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Parir fuq injection – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt fuq każ ta’ anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li jixtieq parir fuq injection u kull meta jkellem l-isptar, ma ngħatax risposta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwit u konkluż mid-dipartiment tal-Customer Care.

Stallazzjoni tal-lift – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li kien applika għal lift iżda issa qegħdin jerġgħu ġew mitluba japplikaw mill-ġdid?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-19 ta’ Settembru, 2013, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabiltà rrevediet l-parir tagħha dwar l-applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp li għandha l-Awtorità tad-Djar quddiem il-MEPA sabiex jiġi nstallat il-lift fl-indirizz imsemmi. Hekk kif joħroġ il-permess mill-MEPA, l-Awtorità tad-Djar tkun f’pożizzjoni illi toħroġ tender sabiex jiġi installat. Intant l-applikanti ġew mitluba jerġgħu japplikaw peress li Skema E għalqet f’Marzu 2012 u fetħet skema oħra minflokha b’kundizzjonijiet aktar vantaggjużi minn dik ta’ qabilha. Ir-residenti fetħu applikazzjoni ġdida f’Lulju 2013. Il-proċess tagħhom ser jiġi konkluż fil-ġimgħat li ġejjin fejn ser jiġu mitluba jiffirmaw kuntratt sabiex is-sezzjoni teknika tkun tista’ tipproċedi bl-installazzjoni tal-lift.

Pulizija – ilbies protettiv

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-pulizija tat-traffiku jkollhom ilbies protettiv komdu biex jilqgħu għall-exhaust tal-karozzi meta jkunu qed jikkontrollaw it-traffiku f’toroq arterji?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-membri fit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija diġà qed jingħataw maskri sabiex jintużaw waqt li jkunu qed jidderiġu t-traffiku fit-toroq.
Leg 12 PQ #4383 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ konsulenti fil-Ministeru għat-Turiżmu. Wieħed ġie ngaġġat biex jagħmel xogħol ta’ konsulenza fuq bażi Part-Time u l-ieħor ġie ngaġġat fuq bażi Full-Time. It-tnejn għandhom kuntratt ta’ sena. L-ammont li tħallas s’issa l-konsulent li hu fuq bażi full-time hu ta’ €11,347.69 filwaqt li l-ammont li tħallas s’issa l-konsulent li hu fuq bażi part-time hu ta’ €6,631.36.