Jista’ l-Ministru jgħid jekk u f’kemm-il okkażjoni l-Pulizija għamlu użu minn taser guns waqt il-qadi ta’ dmirijiethom f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin, cioe’ mill-2009 s’issa kien hemm 14-il każ fejn il-Pulizija għamlu użu minn taser gun waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri impjegati mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? F'liema grad huma maqsuma dawn il-membri u kemm hemm membri f'kull grad?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Fid-Dipartiment hemm 130 impjegat fil-preżent kif jidher hawn taħt:
01 Head
03 Managers
01 Marine Engineer
05 Station Officers
02 Principals
01 Assistant Principal
25 Leading Assistance and Rescue Officers
85 Assistance and Rescue Officers
01 Executive Officer
03 Officers in Scale 14 (Detention Service Officers)
01 Communicator
02 ESTS Students (apprenticeship scheme)
01 Police Constable serving as Driver to Head of CPD
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – postijiet vakanti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-postijiet vakanti, jekk hemm, fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġieba li ingħatat għall-mistoqsija numru 1934 magħmula mill-istess Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija fil-Korp li huma uffiċjalment ingaġġati bħala tradesmen? Kemm kien hemm minn dawn li telqu fl-aħħar għaxar snin? Kemm minnhom ġew sostitwiti?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Preżentament hemm 30 membru fil-Korp tal-Pulizija assenjati fit-Taqsimiet tas-Snajja. Matul dawn l-aħħar 10 snin kien hemm 34 membru tal-Korp li spiċċaw, li tul dawn is-snin ġew sostituti bi 32 membru.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi stmata li se titlef fir-revenue tagħha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fuq dawk il-kontijiet li kienu diġà ħarġu u issa qed jiġu riveduti u liema huma dawn l-applikazzjonijiet inkluż id-dettalji ta' min hu il-klijent, min hu il-perit responsabbli, x' tip ta' xoghol se jsir u fejn hu propost li jsir ix-xogħol inkluż l-ammont li se jingħata lura? Kemm hi stmata li se titlef fir-revenue tagħha l-Awtorità fuq dawk l-applikazzjonijiet il-ġodda li għadu ma ħarġilhomx kont u liema huma dawn l-applikazjonijiet inkluż id-dettalji ta' min hu il-klijent, min hu il-perit responsabbli, x' tip ta' xogħol se jsir u fejn hu propost li jsir ix-xogħol inkluż l-ammont li se jiġi iffrankat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2934.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (VELLA, GEORGE)
Ta' min jinnota illi l-kumpannija msemmija ma ngħatatx xogħol ta' Konsulenza minn naħa ta' dan il-Ministeru pero' nstabu records ta' pagamenti lil Dr Peter Borg Costanzi li huwa sieħeb f'din il-kumpannija, kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (VELLA, KARMENU)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li mill-1998 sa Marzu 2013 il-kumpanija li d-dettalji dwarha ingħataw separatament ingħata xogħol ta’ konsulenza għall-valur globali ta’ €3,400.05. Dan ix-xogħol ingħata lil Transport Malta fis-sena 2010 u fis-sena 2013. Madankollu nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi wkoll għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 2106.
Sena b’sena ix-xogħol u l-valur kien maqsum kif ġej:
Transport Malta
Sena €
2013 3,118.91
2012 Nil
2011 Nil
2010 281.14
ex-ADT
Sena €
1998 – 2009 Nil
ex-MMA
Sena
1998 – 2009 Nil
ex-DCA
Sena
1998 – 2009 Nil
Ninsab infurmat li Transport Malta ma sabet ebda document li jikkonferma jekk ix-xogħol ta’ konsulenza imsemmi ingħatax b’tender jew direct order.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ma ngħatat l-ebda konsulenza mill-kumpanija imsemmija fil-mistoqsija.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma’ kien hemm l-ebda konsulenza mal-imsemmija kumpanija.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid xi tħejjijiet qed isiru għall-iskola co-ed fil-kulleġġ Santa Klara? Saru xi preparamenti u taħriġ għall-għalliema biex jibdew jgħallmu bniet u subien? Saru xi preparamenti għat-tfal?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif dwar it-tħejjijiet u t-taħriġ li saru għall-għalliema u t-tfal għall-iskola co-ed fil-Kulleġġ Santa Klara qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għażlu l-Għarbi biex jitgħallmuh fil-Form 1 u fil-Form 3? X’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern biex iħajjar aktar studenti jagħżlu din il-lingwa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-għadd ta' studenti fl-iskejjel tal-Istat li għażlu li jitgħallmu l-lingwa Għarbija huwa kif se nsemmi:-
Form 1 - 18-il student fi ħdax-il skola differenti
Form 3 - 7 studenti f'erba' skejjel differenti
Form 3 - 15-il student f'seba' skejjel diferenti ilhom jitgħallmu din il-lingwa minn Form 1
Minbarra t-tisħiħ tal-Malti u l-Ingliż, il-Ministeru huwa favur li jissaħħaħ it-tagħlim tal-Għarbi u se jippromwovi t-tagħlim fost dawk li jitħajru jagħżluh.
Fis-sena skolastika 2012/2013 fl-iskejjel Indipendenti kien hemm 16-il student li għażlu l-Għarbi fil-Form 1 u 14-il student li għażlu l-Għarbi fil-Form 3.
Ma kienx hemm studenti fl-iskejjel tal-Knisja li għażlu dan is-suġġett fis-sena skolastika 2012/2013.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern biex jibda l-istudju tal-lingwa Ċiniża f’Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm il-pjan biex fiż-żmien li ġej iċ-Ċiniż jibda jiġi mgħallem fl-iskejjel sekondarji tal-gvern jekk ikun hemm biżżejjed studenti li jagħżluh bħala suġġett.
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi pjanijiet sabiex l-istudenti tal-primarja jibdew jitgħallmu lingwa barranija? Fil-każ li iva, liema lingwa barranija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat illi l-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd - 2012 għandu jwassal ukoll għall-iżvilupp ta' bilingwiżmu u multilingwiżmu fost l-istudenti sa minn eta' żgħira.
Minbarra l-iżvilupp simultanju tal-Malti u l-Ingliż, il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd - 2012 jipproponi kors ta' għarfien tal-lingwi lejn l-aħħar tas-snin taċ-ċiklu tal-primarja. Qed ikun suġġerit li l-iskejjel jieħdu d-deċiżjoni tagħhom dwar liema lingwa/lingwi għandhom jiddaħħlu.
It-tagħlim ta' żewġ lingwi oħra barra l-ilsien nattiv sa minn eta' żgħira, hu marbut mal-iżvilupp tal-multilingwiżmu (Konklużjonijiet ta' Barċellona, 2002) tal-Unjoni Ewropeja.
Jista’ l-Ministru jgħid kif l-inizjattiva li tfal autistic ikunu secluded u jużaw l-iskejjel filgħaxijiet tinkwadra fil-politika tal-inklużjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-proposta ġiet milqugħa mill-Ministeru wara talba mill-ġenituri ta' tfal bl-awtiżmu stess, biex noffru spazju adattat u sigur għal uliedhom. Dawn it-tfal jistgħu jilgħabu ma' tfal oħra, mhux bilfors b'dijanjosi ta' awtiżmu, f'dawn l-ispazji. Kif intqal mill-ġenituri tagħhom stess, fil-passat tfal bl-awtiżmu mhux dejjem setgħu jgawdu spazji pubbliċi. Dawn l-ispazji huma miftuħa għal pubbliku kollu, b'mod partikolari għal tfal b'awtiżmu u allura l-argument li huma secluded mhux minnu anke għaliex hi għażla tal-familja jekk imorrux jew le u kull familja għad għandha ċ-ċans li tuża postijiet pubbliċi oħrajn. Hekk it-tfal ikollhom ċans ikunu ma' tfal oħra xorta skont il-bżonnijiet tal-familji.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inbidlux il-pjanijiet għall-Kulleġġ St Thomas Moore partikolarment għal dawk it-tfal li kienu se jmorru fl-iskola ġdida li kellha tinbena f’Raħal Ġdid u li issa mhux se tinbena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-pjanijiet ta' formazzjoni tal-Kulleġġi għadha qed tiġi kkonsultata. Meta l-pjan ikun finalizzat jiġi mħabbar.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn pensjonanti bl-età jew minħabba invalidità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ pensjonanti bl-età jew minħabba invalidità huwa kif indikat hawn taħt:
Pensjoni tal-Eta’ mhux Kontributorja (AP) 4133
Pensjoni tal-Irtirar Kontributorja (RP) 57,653*
Pensjoni tal-Invalidità (IP) 12,971*
*
L-ammonti tal RP u IP jinkludu ukoll dawk il-pensjonanti li jirċievu pensjoni iżda jgħixu barra minn Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu bi qligħ mal-Gvern u fil-privat? Kemm hawn persuni li jaħdmu fuq bażi part-time? Jista’ jipprovdi tabella li turi l-ammont ta' ħaddiema part-time għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-numru ta' persuni li kienu qed jaħdmu bi qligħ sa l-aħħar ta` Mejju 2013 mal-privat kien ta` 113,170 persuna u mal-Gvern kien ta` 31,181 persuna. Fil-figuri tal-Gvern m`hemmx inklużi kumpaniji parastatali jew Awtoritajiet. Il-persuni li kienu jaħdmu part-time (bħala l-uniku xogħol tagħhom), sa l-aħħar ta` Mejju 2013 kien ta` 32,662. Rigward l-aħħar ħames snin, it-tagħrif hu kif ġej:
SENA
Persuni jaħdmu part time (bħala l-uniku xogħol tagħhom)
Diċembru 2012
31,974
Diċembru 2011
29,785
Diċembru 2010
28,103
Diċembru 2009
27,052
Diċembru 2008
25,828