Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Saqqajja – kamra mhux użata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsibijiet li titwaqqa’ l-kamra fuq is-Saqqajja fejn kien hemm il-bus terminus, li kienet tintuża għall-uffiċjali tat-trasport pubbliku, imma li issa ma għandha ebda użu u qiegħda tkerrah iż-żona?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni fir-rigward tal-kamra msemmija u dan minħabba l-fatt li għad irid jiġi evalwat jekk din il-kamra jkunx hemm bżonn li tintuża meta jiġu ntrodotti it-tibdil fir-rotot is-sena d-dieħla.

Trasport Pubbliku — Rotta mir-Rabat għall-Belt

Question

Peress li ninsab infurmat li l-karozza tal-Arriva mir-Rabat għall-Belt u li suppost titlaq fil-5.30am qiegħda titlaq 10 minuti tard u dan qiegħed iwassal biex passiġġieri jaslu tard għal karozzi oħra li jkunu jridu jaqbdu, jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex il-karozzi jitilqu verament fil-ħin?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-iskedi ppublikati mill-Arriva Malta Ltd, l-ewwel vjaġġ mir-Rabat lejn il-Belt Valletta huwa skedat li jitlaq minn ħdejn il-Villa Rumana fil-5:39 ta’ filgħodu u mhux fil-5:30 ta’ filgħodu. Infurmat ukoll li Transport Malta qed tieħu l-provedimenti meħtieġa sabiex tassigura li mal-introduzzjoni tar-rotot il-ġodda l-ewwel vjaġġ li jiltaq minn ħdejn il-Villa Rumana fir-Rabat jibda jitlaq aktar kmieni.

Q Fever

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-Q Fever bħalissa, minn rapport tal-06/05/13 s’issa? Xi tħejjijiet qed isiru biex din il-marda ma tinxteridx?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li bħalissa qed ikun iffinalizat rapport dwar il-materja u ninsab infurmat ukoll li ttieħdu il-passi kollha meħtieġa biex din il-marda ma tinxteridx.

Veterinarji — warrants

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċeduri ta’ kif jinħarġu l-permanent u t-temporary warrants tal-veterinarji? Min jiffirmahom?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-proċeduri mitluba jinsabu f’Artikolu 43 tal-Kap. 437 tal-Liġijiet ta’ Malta.

kampanja ta' neutering tal-klieb u qtates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il stray cat u dog ġew neutered fil-kampanja ta' ġimagħtejn organizzata mill-ETN? Kemm-il cataract operation saret? Kien hemm veterinarji Maltin li ħadu sehem f’din il-kampanja? Kien hemm kliniċi oħra jew NGOs barra l-Vet Plus f’Ħal Qormi li wkoll ħadu sehem? Kien hemm diskussjonijiet mal-assoċjazzjoni tal-veterinarji dwar it-taħtiġ tal-veterinarji mill-ETN?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-Kampanja ta’ Neutering li saret matul l-ewwel nofs ta’ Settembru u li damet ġimgħatejn ġew imsewwija b’suċċess 478-il qattus u 72-il kelb. L-istabbilment li ntuża kien il-Vet Plus f’Ħal Qormi. Ninsab infurmat ukoll li ma sar l-ebda intervent ta’ tiswija fuq l-annimali minn veterinarji Maltin għalkemm kien hemm assistenza ħolistika fil-proċess. L-Assoċjazzjoni tal-Veterinarji laqgħet tajjeb din l-inizjattiva volontarja ta’ l-ETN, filwaqt li dawn minn naħa tagħhom offrew il-kooperazzjoni għall-għajnuniet li jistgħu jsiru l-quddiem anke f’taħriġ lill-Veterinarji kif ukoll għajnuna lill dawk il-Veterinarji Maltin li jixtiequ jesploraw il-possibilta’ li jkollhom taħrig fuq il-katarretti. Is-Segretarjat Parlamentari wassal dan il-messaġġ lil din l-Assoċjazzjoni.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima – Tnaqqis fil-Budget

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-budget allokat għall-Ministeru u għas-Segretarju Parlamentari tiegħu ġie mnaqqas minn dak proġettat għalih mill-bidu ta’ din il-Leġiżlatura wara l-aġġustament li sar minn dan il-Gvern?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fondi Allokati għall-Animal Sancturies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-fondi allokati għall-animal sanctuaries ġewx irtirati u minflok ingħataw lill-Animal Walfare jew inkella ġewx imnaqqsa kompletament mill-budget allokat fil-bidu ta’ din il-Leġiżlatura?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-budget li ġie allokat fil-bidu ta’ din il-Leġiżlatura, ma ġewx allokati fondi għall- animal sanctuaries pero’ ġew allokati fondi fl-Animal Welfare Initiatives Vote liema fondi setgħu jintużaw kemm għall-ħidma tad-Direttorat risponsabbli mit-Trattament Xieraq tal-Annimali kif ukoll biex jitniegħdu kampanji u inizjattivi oħra li jinvolvu lis-Santwarji tal-Annimali.
Leg 12 PQ #5070 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out-of-stock — Letrozole

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li Letrozole tablets li huwa trattament għall-kanċer, jinsab out-of-stock peress li l-pazjenti qegħdin jingħataw pilloli għal ġimgħatejn minflok għal xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bħalissa din il-mediċina tinsab in stock, u qed jingħta stock għal xaharejn.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – ingaġġ ta’ konsulent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t­terms of reference li fuqhom ġie ingaġġat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala konsulent tal-Ministeru tiegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference li fuqhom ġie ngaġġat l-Onor. Silvio Schembri bħala konsulent tal-Ministeru tiegħi.

Transport Malta – Transfers ta’ Karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemm xi limitu ta’ transfers tal-karozzi li l-uffiċjali inkarigati ta’ Transport Malta ma jistgħux jaqbżu kuljum?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li m’hemm l’ebda limitu ta’ transfers tal-karozzi li l-uffiċċjali nkarigati ta’ Transport Malta jagħmlu kulljum. Il-pubbliku in ġenerali għandu l’faċiltà li jiġi fis-Sala B u jagħmel transfers mal-counter. Jekk kumpanija li minħabba n-numru tal-flotta jkollhom ammont kbir ta’ transfers, dawn jingħataw il-faċiltà li jiddepożitaw id-dokumenti meħtieġa, u jiġu għalihom il-ġurnata ta’ wara. Persuni oħrajn bħal aġenti jew bejjiegħa awtorizzati sabiex ibiegħu vetturi, jew aġent ta’ l-assikurazzjoni għandhom faċillitajiet differenti f’Sala Ċ. Dawn jistgħu jiddepożitaw id-dokumenti kollha u jiġbruhom wara nofsinhar ta’ l’istess ġurnata jew il-ġurnata ta’ wara. Dawn jistgħu ukoll jagħmlu transfers mat-tieqa assenjata f’Sala Ċ sa massimu ta’ għaxar (10) transfers kull wieħed, liema numru ġie stabbilit mas-settur sabiex ikun jista’ jinqeda kulħadd u peress li għandhom il-faċilità li jiddepożitawhom.
Leg 12 PQ #5075 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Faċilitajiet sportivi li huma barra miż-żona tal-iżvilupp

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3674, filwaqt li wieħed jifhem li llum hawn ħafna faċilitajiet sportivi, jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tal-faċilitajiet sportivi eżistenti li huma barra ż-żona tal-iżvilupp?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Inofromazzjoni ghadha qed tingabar u ghalhekk it-twegiba ser tinghata f’seduta ohra

Ex Segretarju Permanenti – ħlas ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2750 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1863, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet u meta huwa maħsub li jkunu lesti?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li wara li ddiskutejt l-każ mas-Segretarju Permanenti tiegħi l-uniku parir li ngħatajt kien li l-każ għandu jieqaf hawn.

Promozzjonijiet – każ ta’ individwu

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatat promozzjoni riċenti wara li taħt l-amministrazzjoni preċedenti, anke minkejja potenzjalment kunflitt ta’ interess, diġà ħadet numru ta’ promozzjonijiet oħra?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament, fit-3 t’ Awwissu 2011 ġiet assenjata xogħol speċifiku bħala Manager Naturali Malti b’salarju marbut ma’ Skala 7 tas-Servizz Ċivili, ħatra approvata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, il-PSC ta’ dak iż-żmien, wara sejħa maħruġa fit-8 t’ April 2011. Infurmat ukoll li fit-12 t’ Ottubru 2012 il-PSC ta’ dak iż-żmien reġa’ għamel sejħa u approva lill-persuna msemmija, xogħol ieħor speċifiku twil ta' 36 xahar li għandu salarju fuq massimu ta’ Skala 7 u bonus sa 10% skont il-performance, għall-Manager fuq il-Programm tal-Fisheries Control. Tajjeb li nsemmu li bi ftehim milħuq bejn il-Gvern u il-Unions, din il-persuna ingħatat status indefinit fuq il-massimu ta’ Skala 7 fl-14 ta’ Jannar 2013. (Ara dokument nru. 1533 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 66 nhar l-Erbgħa 23 ta' Ottubru 2013)
Leg 12 PQ #5078 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Età minn meta persuna tista’ tixrob alkoħol

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-età minn meta persuna tista’ tixrob l-alkoħol togħla minn 17-il sena għal18-il sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nistieden lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #5079 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Interim From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ tuberkolożi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ tuberkolożi notifikati kull sena mis-sena 2008 sas-sena 2012? Dawn kienu ċittadini Maltin jew immigranti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5080 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Interim From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ lebbra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ lebbra (leprosy) notifikati kull sena bejn is-snin 2008 u l-2012? Dawn kienu ċittadini Maltin jew immigranti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5081 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Interim From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ HIV

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ HIV notifikati kull sena bejn is-snin 2008 u l-2012? Dawn kienu ċittadini Maltin jew immigranti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

envoy speċjali tal-gvern — uffiċċju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4901 u jgħid x'inhu l-indirizz tal-uffiċċju li minnu qed taħdem l-envoy speċjali tal-Gvern il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kemm f'Malta kif ukoll fil-pajjiżi barranin li fihom taħdem għall-Gvern Malti bħal dak taċ-Ċina?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5089 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

taxxa fuq id-dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li d-dħul tagħhom kien intaxxat bir-rati indikati fl-Art. 56(1) proviso (c) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap. 123) għal individwu li ma jkunx residenti f’Malta, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom huma ċittadini Maltin u kemm mhumiex?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma ukoll li ghal fini ta Taxxa tad-Dħul id-Dipartiment ma jzomm ebda informazzjoni rigward iċ-ċittadinanza ta individwi.

Ta’ Kandja – Akkademja ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus s’issa fuq l-Akkademja l-ġdida f’Ta’ Kandja u f’liema stadju wasal dan il-proġett?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi s’issa in-nefqa relatata mal-kostruzzjoni tal-Akkademja tal-Pulizija ġewwa Ta’ Kandja hija ta’ €686,476, filwaqt illi l-bini tal-blokk fejn hemm il-lecture rooms u l-ufficji tal-amministrazzjoni qedin preżentament jiġu atrazzati bl-affarijiet mobbli illi hemm bżonn