Jista' l-Ministru jgħid x'sar matul is-sena 2016 fuq il-proġett ta' Permanent Link bejn Malta u Għawdex? F'kull każ kemm intefqu flus fuq kull fażi? Min għamel ix-xogħol jew studji u kif intgħażlu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2016 il-Kumpanija SINTEF ġiet appuntata biex tipprovdi kompetenza teknika u servizzi ta’ konsulenza permezz ta’ ‘negotiated procedure’ fuq dan il-proġett. Il-kumpanija tħallset €19,442.79 tul is-sena 2016.
Ġie ffirmat ukoll Service Agreement bejn Transport Malta u l-Universita’ ta’ Malta biex l-Universita’ tesegwixxi nvestigazzjonijiet ġeoloġiċi u ġeofiżikali. F’dan ir-rigward, ix-xoghol li sar tul is-sena 2016 jinkludi:
o
Passive seismic measurements
fuq l-art f’Malta, Għawdex u Kemmuna (għadhom għaddejja).
o
Bathymetric mapping
dettaljata taż-żona fejn qiegħed isir l-istudju permezz ta’
multibeam echosounder
u
subsurface geology
permezz ta’
2D sub-bottom profiling
.
o Studju seżmiku taż-żona marittima li għandu jistabbilixxi nformazzjoni dettaljata dwar is-
subsurface geology
,
stratigraphy
u
tectonic features
, b’mod partikolari l-presenża ta’
fault zones
tul il-medda msemmija u l-fond tas-saffi tal-blat kritiċi bħal ma huwa l-bażi tas-saff tat-tafal. F’dan l-istudju ntużaw
high-resolution multichannel seismic reflection
u
underwater refraction
.
o Analiżi tal-informazzjoni miġbura waqt l-istudji (din l-analiżi għadha għaddejja).
L-Università tħallset mal-€595,900.00 tul is-sena 2016 għal dawn is-servizzi.
Saru diversi laqgħat mal-ERA dwar il-postijiet fejn għandhom jiġu meħuda l-cores u sar ukoll stħarriġ f’qiegħ il-baħar biex tinkiseb informazzjoni fuq il-postijiet preferuti għal dan il-coring. L-istħarriġ sar mill-Kumpanija Ecoserv wara li nħarġet sejħa għal kwotazzjonijiet (€6,490 – għadhom ma tħallsux). Filfatt, marbut ma’ dan is-suġġett, tul is-sena in kwistjoni ġie ppublikat tender għall-Coring Investigattiv (CT2186/2016). Dan it-tender qiegħed jiġi aġġudikat.
Jista' l-Ministru jgħid liema servizzi ġodda bdew jingħataw mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex matul is-sena 2016 u meta bdew jingħataw? Jista' jgħid liema xogħol sar matul is-sena 2016 fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, kemm sewa dan l-istess xogħol u minn min kien sar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2016 saru diversi xogħolijiet ta’ manutenzjoni u rinovar fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Tul din l-istess sena infetħu 3 kliniki ġodda għad-dispożizjoni tal-pazjenti tagħna, dawn huma l-Endocrinology, Rheumatology u Neurology.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ dijabetè?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ġew ikkuntattjati mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fejn ingħataw tweġiba għall-mistoqsijiet tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani u persuni b'diżabilità (b'mod separat) li fil-preżent qed jingħataw ħrieqi (diapers) b'xejn mill-Gvern?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ anzjani u persuni b’diżabilità li fil-preżent qegħdin jingħataw ħrieqi (bis-sussidju) jew b’xejn mill-Gvern huwa kif ġej:
·
2359
persuna b’diżabilità li qed jibbenefikaw minn skema A, fejn qegħdin jingħataw il-ħrieqi b’xejn.
·
3068
anzjan/a li qed jibbenefikaw minn
skema B, fejn qed jingħataw il-ħrieqi bis-sussidju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ċittadinanza,
a) min ġa huwa miżżewweġ u għandu l-punti kollha neċessarji, u
b) mill-bejgħ ta' passaporti?
Response (BONNICI, OWEN)
A) Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex ikun stabbilit jekk applikazzjoni partikolari għaċ-ċittadinanza Maltija għandhiex “l-punti kollha neċessarji”, l-applikazzjonijiet jgħaddu minn proċess rigoruż. Fi tmiem il-proċess imsemmi, jekk ikun stabbilit li jeżistu, f’termini sempliċi, “l-punti kollha neċessarji”, jinħareġ iċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza. Għaldaqstant, jekk applikazzjoni tkun għadha pendenti, ma jistax jingħad li jkollha ‘l hekk imsejħa “punti kollha neċessarji”.
B) Pajjiżna ma jbiegħ ebda passaport.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29550, ġaladarba hemm spazju biżżejjed biex titwessa' l-bankina, jista' l-Ministru jikkunsidra li dan isir peress li xita u xemx, Maltin u turisti, żgur li xieraq li jkun hemm bus shelter?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-Transport Malta li se tkun qed tevalwah fil-futur qrib.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29325, jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għadu ma sarx kuntatt magħha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, is-Sinjura li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, ġiet ikkuntatjat mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, illum 23 ta’ Jannar 2017.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29521, jista' l-Ministru jgħid x'wassal sabiex ikun hemm biss sitt adozzjonijiet minn pajjiżi barranin? Jista' jgħid għaliex kien hemm dan it-tnaqqis drastiku u x'qed isir sabiex din il-problema ma testendix għal din is-sena li qegħdin fiha u għas-snin li ġejjin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, hija l-prerogattiva tas-sending country li tiddeċiedi f’liema pajjiż tibgħat it-tfal tagħha. Matul is-sena 2016, minbarra s-sitt każijiet li ġew konklużi, kien hemm numru ta’ tfal minn pajjiżi barranin li ġew imqabbla ma’ koppji Maltin, u għaldaqstant qegħdin fil-proċess li jiġu addottati minn ġenituri adottivi prospettivi Maltin. Dawn jinkludu:
· 2 adozzjonijiet mill-Portugal;
· 15–il adozzjoni mill-Indja;
· 5 adozzjonijiet mis-Slovakkja; u
· Adozzjoni waħda mir-Russja.
Proprju fil-jiem li għaddew ġew konklużi żewġ adozzjonijiet; waħda mis-Slovakkja u oħra mill-Indja, bit-tfal jaslu Malta flimkien mal-ġenituri adottivi tagħhom.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, barra minn hekk, l-Awtorità Ċentrali tgħaddi lista ta’ pajjiżi li lesti jikkoperaw ma’ Malta fil-qasam tal-adozzjonijiet internazzjonali, lill-aġenziji tal-adozzjoni Maltin sabiex dawn, min-naħa tagħhom, ikunu jistgħu jibdew il-proċess ta’ ko-operazzjoni fil-qasam tal-adozzjonijiet internazzjonali ma’ dawn il-pajjiżi, bil-ħsieb li l-ġenituri adottivi prospettivi jiġu pprovduti b’aktar għażliet minn fejn jistgħu jadottaw.
Studenti li jagħmlu sena addizzjoni fil-kors — stipendju
Question
B’referenza għad-diskors tal-Baġit 2017 fejn il-Ministru tal-Finanzi ħabbar li studenti li jagħmlu sena waħda addizzjoni fil-kors ser jingħataw stipendju għal dik is-sena, jista’ l-Ministru jgħid minn meta ser tibda taħdem din il-miżura, liema korsijiet huma intitulati għaliha u jekk hux ser tapplika wkoll għal min kellu jirrepeti minħabba suġġett wieħed ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fost diversi miżuri li ġew imħabbra fid-diskors tal-Baġit 2017, il-Ministru tal-Finanzi ħabbar li studenti li jagħmlu sena waħda addizzjonali fil-kors ser jingħataw stipendju għal dik is-sena. Din il-miżura flimkien ma’ miżuri oħra mħabbra fir-rigward tal-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti daħlu fis-seħħ f’Jannar 2017. Peress li l-istipendju li jkopri l-perjodu ta’ Jannar jitħallas fi Frar, l-istudenti li qegħdin jagħmlu sena addizzjonali fil-kors tagħhom fil-livell post sekondarju u terzjarju, u li jkunu applikaw għall-istipendju, ser jirċievu l-ewwel stipendju fi Frar 2017. Studenti li ma jkunux qegħdin jagħmlu sena akkademika sħiħa addizzjonali ser jirċievu l-ħlas pro rata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ittra ta’ Drittijiet kif kontemplata fl-Att LI tas-sena 2016 biex jipprovdi għal assistenza legali waqt detenzjoni u drittijiet oħra għal persuni arrestati u fl-EU Directive 2013/EU/48 hijiex qed tintuża u jekk tingħatax lis-suspettati kollha rrispettivament fuq xiex qed jiġu interrogati qabel ma jagħmlu l-istatement tagħhom? Jekk fl-affermattiv, l-Ittra ta’ Drittijiet qed tingħata biss fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija jew anke fid-distretti? Jista’ jgħidilna f’kemm il-lingwa ġiet tradotta? Jista’ jgħid jekk il-Pulizija għandhiex reġistru bl-interpreti tagħha u jekk iva kemm-il lingwa hemm imniżżla? Jista’ jgħidilna jekk intlaħaqx il-full complement fil-Korp tal-Pulizija u jekk le f’liema ranks għad hemm il-postijiet vakanti? Jista’ l-Ministru jgħidilna x’miżuri ta’ simplifikazzjoni ħa l-Ministeru tiegħu matul is-sena 2016? Kemm affettwaw nies dawn il-miżuri?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Ittra ta’ Drittijiet ġiet introdotta fis-sena 2014 u ġiet emendata fl-2016. Din l-Ittra tingħata lill-persuna qabel ma tiġi interrogata mill-pulizija fuq suspett illi setgħet ikkomettiet xi delitt. L-Ittra tingħata lill-persuna suspettata qabel ma tiġi interrogata, irrispettivament mill-post fejn se tkun interrogata. Infurmat ukoll illi bħalissa għaddej proċess sabiex din l-Ittra ta’ Drittijiet tiġi maqluba fi ħmistax-il-lingwa oħra. Rigward l-interpreti, il-Pulizija tuża lista ta’ interpreti tagħha stess u dan peress illi s’issa m’hawn l-ebda lista ta’ interpreti akkreditati. Dan ix-xahar iżda, il-Korp tal-Pulizija fetaħ tender għall-provista ta’ interpreti, liema tender għadha qed tiġi pproċessata. Fir-rigward tal-compliment tal-Korp, dan għadu qed jitfassal.
Bħala miżura ta’ simplifikazzjoni, mill-24 ta’ Novembru 2016 ġiet introdotta sistema elettronika, fejn persuna jista’ japplika bil-kumdita` kollha għal ċertifikat tal-kondotta online. Sal-lum għamlu użu minn din is-sistema 754 persuna minn Malta u 11 minn Għawdex.
Ċentri ta' Matul il-Jum — ftuħ ta' ċentri għal persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28540, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu aktar Ċentri ta' Matul il-Jum għal persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar aktar pjanijiet sabiex tkun tista’ tiżdied il-kura u s-servizzi lill-persuni bi bzonn ta’ kura psikjatrika.
Jista' l-Ministru jgħid x'għandhom jagħmlu dawk il-klijenti/pazjenti tal-Isptar Monte Carmeli li jixtiequ s-servizz tal-outreach? Fiex jikkonsisti dan is-servizz u min huma dawk il-professjonisti li huma responsabbli ta' dan is-servizz importanti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il pazjenti li jiġu rilaxxati minn faċilitajiet residenzjali psikjatriċi li jkollhom bżonn assistenza kontinwa fil-komunita’ tal-Outreach, jistaw jiġu referuti mill-Psikjatri Konsulenti tagħhom . Is-servizz tal-Outreach jopera fuq mudell biopsikosoċjali u għalhekk iqis l-aspetti kollha tal-ħajja tal-persuna sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-kura psikjatrika biex jgħinu l-individwu b`mard mentali jerġa jintegra u jgħix ħajja aċċettabbli fil-komunita’. Permezz tas-servizz tal-Outreach, kull pazjent jiġi allokat membru mit-tim, li jkun jissejjaħ keyworker b’hekk tkun tista titjieb l-kontinwita’ tal-kura.
Ir-rwol tal-keyworker huwa li jaħdem fi sħubija mal-pazjent sabiex joħolqu pjan ta` kura li tkun magħmula apposta għall-bżonnijiet ta` kull individwu.
It-tim jikkonsisti f`dixxiplini differenti inklużi nfermiera psikjatriċi, ħaddiema soċjali, assistenti psikologi, nursing aides u care workers.
B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 23156 u 28814, jista' issa l-Ministru jindika kemm hija l-ispiża għal kull ġurnata fuq pazjent li qiegħed fl-Isptar Monte Carmeli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża għal kull ġurnata għal kull pazjent li jkun qed jieħu l-kura fl-Isptar Monte Carmeli tvarja minn €121 għas-swali ta' Riabilitazzjoni għal €261 għas-swali Akuti.
Ċentru LEAP — Għajnuna ta' ikel mogħti mill-fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familji f'kull lokalità li sarilhom il-profiling mill-impjegati taċ-Ċentru LEAP rigward għajnuna ta' ikel mogħti mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? X'qed jitwettaq fil-prattika ma' dawn il-familji biex jiġu megħjuna biex joħorġu mill-faqar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, it-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra jindikaw il-profili li saru mill-impjegati tal-LEAP lokalita’ b’lokalita’. S’issa saru 8,293 profil komplessivament. Apparti li jitqassam l-ikel ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea, qed isiru żjajjar fid-djar sabiex dawn il-profili tal-membri fi ħdan il-familji jiġu miġbura. Waqt l-istess żjara qed jiġu offruti u referuti servizzi varji skont il-ħtieġa partikolari tal-istess familji. Diġa’ qed tingħata għajnuna lil dawn il-familji taħt l-istruttura tal-LEAP fuq temi relatati mat-trobbija aħjar tat-tfal; budgeting; tisjir b’ikel bnin; u użu għaqli tal-enerġija fid-djar. Dawn il-familji jiġu wkoll infurmati dwar korsijiet oħra fil-kommunita’ fosthom il-kors ‘Għaqal id-Dar’.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, waqt iż-żjajjar, jekk jiġi identifikat li hemm bżonn xi għajnuna oħra materjali li ċ-Ċentru tal-LEAP jista’ jiffaċilita, dejjem jekk ikun possibli li jiġi ffaċilitat, nippruvaw naraw kif nistgħu nwettqu dan, bħal per eżempju ġarr ta’ sodod u għamara oħra li tiġi regalata
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fejn hemm persuni li jixtiequ jidħlu fid-dinja tax-xogħol, il-
mentor
tal-LEAP, jirreferi lill-entitajiet ikkonċernati u jakkumpanja lill-membru tal-familja sabiex nassiguraw li jinstab ix-xogħol addattat.
Ċentru LEAP — għajnuna ta' ikel mogħti mill-Unjoni Ewropea għall-persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid, wara li sar il-profiling mill-impjegati taċ-Ċentru LEAP, kemm hemm familji u/jew individwi li għandhom problemi ta' saħħa mentali u li qed jirċievu ikel mogħti mill-Unjoni Ewropea?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, hemm 186 individwu li għandhom problemi ta’ saħħa mentali u li qed jirċievu ikel mogħti mill-Unjoni Ewropea; informazzjoni li nġabret waqt li sar il-profiling mill-impjegati taċ-Ċentri LEAP.
Servizzi ta' support għall-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u l-carers tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi ta' support qed joffri lill-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u min jieħu ħsiebhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizzi ta`sapport lill-persuni b`nuqqas ta`saħħa mentali huma diversi u qed jiġu offruti kemm mill-isptar Monte Karmeli, mis-Psychiatric Unit fl -isptar Mater Dei u kif ukoll mill-komunita’. Dan is-sapport qed jiġi provdut minn timijiet multidixxiplinari fis-swali kollha ta’ l-isptar, kliniki tas-saħħa mentali , permezz tas-servizzi tal- Outreach u fiċ-ċentri ta`matul il-jum.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29500, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt dawk li għandhom tipi differenti ta' negozji indikati fir-risposta, humiex dejjem huma responsabbli mill-ħlas li jrid isir biex l-iskart tagħhom ikun fil-fatt meħud lejn id-destinazzjoni finali tiegħu? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar kemm huma l-persuni awtorizzati mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex jiġbru dan l-istess skart, kif ukoll jagħti tagħrif dwar jekk kull kollettur awtorizzat, hux awtorizzat li jiġbor kull tip ta' skart? Jekk le, kemm hemm kolletturi awtorizzati li jiġbru skart skont it-tip ta' skart li huma awtorizzati jiġbru, għal kull tip differenti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li it-tipi differenti ta’ negozji indikati fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29500 huma responsabbli mil-ħlas li jrid isir biex l-iskart tagħhom ikun fil-fatt meħud lejn id-destinazzjoni finali tiegħu, apparti minn dak l-iskart li minħabba n-natura u l-kompożizzjoni tiegħu huwa simili għal dak iġġenerat mid-djar u li allura jiġi miġbur fil-borża s-sewda.
L-Awtorita’ għall-Ambjent u ir-Riżorsi tirreġistra u tawtorizza vetturi sabiex jiġbru, jġorru u jiddisponu minn skart iġġenerat minn kwalinkwe settur. Ir-reġistrazzjoni hija maqsuma f’diversi klassijiet skont it-tip ta’ skart li jkun permess jinġarr. Il-vettura tiġi rreġistrata fi klassi partikolari skont jekk għandiex il-miżuri sabiex iġorr it-tip ta’ skart li għalih is-sid jkun applika. Għalhekk vettura partikolari tista’ tkun reġistrata għal tipi diversi ta’ skart.
Qed inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra rigward bl-informazzjoni tal-5118 reġistrazzjoni valida ma’ l-ERA.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29399, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u ċjoè: Billi fl-20 ta' Diċembru u fil-jiem ta' qabel kien hemm riħa qawwija f'diversi partijiet ta' Għawdex, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'investigazzjoni għamel il-Ministeru, u minn fejn irriżulta li kienet ġejja din l-istess riħa? X'passi ttieħdu biex dawn l-irwejjaħ jinqatgħu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi dan kien każ singulari u l-ERA ma ġietx infurmata fil-ħin propizju u anki minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni sabiex ikun identifikat bi preċiżjoni minn fejn kienu qed joriġinaw dawn l-irwejjaħ, investigazzjoni ma setgħetx issir. Iridj ingħad ukoll illi dakinhar li ġara l-każ ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa u sikurta’ tal-persuni kollha kkonċernati. L-irwejjaħ li qed jissemmew bl-ebda mod ma kellhom x’jaqsmu mal-operat tal-Wasteserv.