Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4991 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – ritratti tal-faċċati tal-binjiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika x'lokalitajiet se jiġu inklużi fis-survey li qed isir mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fejn qed jittieħdu ritratti tal-faċċati tal-binjiet? Kemm huwa mistenni jiġi jiswa dan is-survey ta' teħid ta' ritratti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żona tal-iżvilupp ta' Malta u Għawdex kollha se tiġi koperta b'dan l-eżerċizzju. Dan mistenni jiġi jiswa mal-ħamsa u sebgħin elf ewro.
Leg 12 PQ #5007 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ ikel gluten free — vouchers

Question

Jista’ l-ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa jikkunsidrax għoti ta’ vouchers għall-ikel gluten free minflok li l-ikel jitqassam mid-dipartiment direttament?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Gvern ser jesplora l-possibiltà li tiġi ntrodotta skema permezz ta’ ‘Vouchers’ għall-prodotti mhux mediċinali. Ġie ffurmat grupp ta’ ħidma sabiex jipprovdi l-isfond neċessarju nkluż l-amministrazzjoni meħtieġa sabiex tiġi mplimentata din l-iskema aktar ‘il quddiem. Bħalissa qed issir reviżjoni tal- policy tal-ikel mingħajr gluten pprovdut mill-gvern għall-marda ta’ Coeliac skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali Kap 318 Att 23.
Leg 12 PQ #5008 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ ikel gluten free

Question

Jista’ l-ministru jgħid x'inhu l-ikel gluten free li qiegħed jitqassam bħalissa u jelenka wkoll dak li huwa out-of-stock?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-ikel gluten free disponibbli fuq il-Formularju tal-Gvern huwa: · Ħobż · Crackerbread · Gallettini bil-fibra · Gallettini plain · Gallettini b’togħmiet differenti · Dqiq · Għaġin · Baking powder Infurmat ukoll li mill-lista li semmejt, Gallettini b’togħmiet differenti huma out of stock u kif ukoll tip wieħed mill-għagin li huwa il- Penne. Id-Dipartiment qiegħed jagħmel li jista biex iwassal l- istock fl-iqsar żmien possibli.

Qasam sportiv — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li qed jassistu lilu jew lis-Segretarju Parlamentari fil-qasam sportiv? Jista' jgħid ukoll kemm qed jitħallas kull konsulent għas-servizzi tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Segretarju Parlamentari għandu konsulent wieħed fuq sport li huwa s-Sur Mark Cutajar. Dan jitħallas €15,334 fis-sena u €1,000 oħra fis-sena bħala expense allowance.

Sport Promotion Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iSport Promotion Unit għadux jagħmel parti mill-Kunsill Malti għall-Isport? Jekk le, x'inhi r-raġuni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-Isport Promotion Unit għadu jagħmel parti mill-Kunsill Malti Għall-Isport.

Kunsill Malti għall-Isport — chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna li okkupat l-uffiċċju taċ-chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport mill-għada li tħabbret ir-riżenja taċ-chairman?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-persuna li għaliha qed issir referenza kellha rwol ta' koordinazzjoni tal-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Isport mal-ħidma tas-Segretarju Parlamentari.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin – vannijiet użati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vannijiet tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li jintużaw biex l-akkużati jittellgħu l-qorti mill-ħabs?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed isir użu minn tliet vannijiet biex l-akkużati jittellgħu l-qorti mill-ħabs.
Leg 12 PQ #5013 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – tnaqqis fin-nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid b’kemm kienet imnaqqsa n-nefqa għad-Dipartiment tal-Artijiet għas-sena 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 4853.
Leg 12 PQ #5014 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – tnaqqis fin-nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid b’kemm kienet imnaqqsa n-nefqa għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għas-sena 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall-mistoqsija 5014, it-tweġiba hi b’€ 93,000.
Leg 12 PQ #5015 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Uffiċċju Konġunt – tnaqqis fin-nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid b’kemm kienet imnaqqsa n-nefqa għad-Dipartiment tal-Uffiċċju Konġunt għas-sena 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 4853 u 4854.
Leg 12 PQ #5018 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rappreżentanti ta’ Msieħba Soċjali fuq bordijiet governattivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm rappreżentanti tal-imsieħba soċjali ġew maħturin fuq bordijiet governattivi? Jista’ jippreżenta tabella li turi kull imsieħeb soċjali kemm għandu ħatriet uffiċjali f’isem min, l-isem tal-persuna maħtura u fuq liema bord ġew maħtura?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ma jirriżultax li hemm rappreżentanti tal-imsieħba soċjali li ġew maħtura fuq bordijiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Rigward bordijiet li m’humiex parti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport dwar il-qagħda li tinsab fiha l-Pixxina Nazzjonali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Birkirkara Tennis Club — art

Question

Jista' l-Ministru jikkjarifika jekk il-Birkirkara Tennis Club fi Sqaq it-Tiġieġ, Triq Dun Karm, Birkirkara bypass, Birkirkara hux proprjetà ta' terzi persuna jew entità private, inkella meta ngħatat l-art biex tintuża għal dan il-kumpless ingħatatx għal skop preċiż u ċjoè dak pubbliku/soċjali? B'liema kundizzjonijiet kienet ingħatat din l-art?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt datat is-16 ta' Ġunju 2004 bejn il-Gvern u l-Birkirkara Tennis Club rigward l-art in kwistjoni
Leg 12 PQ #5039 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Belt Valletta – uffiċċju ta’ informazzjoni għat-turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jagħmel uffiċċju ta’ informazzjoni turistika f’Bieb il-Belt jew biswit, ħdejn it-teatru?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat illi l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandha l-ħsieb u qed taħdem sabiex tiftaħ uffiċċju ta’ informazzjoni turistika f’dawk l-akkwati.

Il-Mellieħa – servizz mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali hux se jwaqqaf is-servizz li ilu jagħti għal din l-aħħar sena mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa? Jekk iva, tista' l-Ministru tgħid għal liema raġunijiet ittieħdet din id-deċiżjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz imsemmi mhux se jitwaqqaf
Leg 12 PQ #5051 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali — sindki

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu s-sindki ta’ kull lokalità mit-twaqqif tal-kunsilli lokali sal-lum?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #5052 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali — fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi mill-Gvern lil kull kunsill lokali (kunsill kunsill) s-sena li għaddiet (2012) u kemm ingħataw matul din is-sena (2013)?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mqassma fi tliet tabelli.
Leg 12 PQ #5053 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pubblikazzjoni bid-dettalji ta’ dipartimenti tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonsidra l-pubblikazzjoni ta’ booklet biex jitqassam fid-djar bid-dettalji tal-indirizzi postali u elettroniċi, in-numru tat-telefon (general line), tal-fax u l-website ta’: a) Dipartimenti tal-Gvern f’Malta u Għawdex; b) Awtoritajiet; c) Korporazzjonijiet; d) Kumpaniji b’maġġoranza tal-ishma f’idejn il-Gvern; u e) Kumitati oħra? Jista’ jara li dan il-booklet jitqassam f’forma stampata speċjalment għall-użu ta’ dik il-parti tal-poplu li m’għandhiex aċċess għall-kompjuter?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-proposta tal-Onor Interpellant se tkun qed tingħata l-kunsiderazzjoni meħtieġa. Infakkar lill-Onor Interpellant li ħafna mid-dettalji mitluba jinsabu online. Madankollu, din il-proposta hija waħda interessanti.
Leg 12 PQ #5054 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ordni ta’ San Ġwann – obbligi fuq konċessjoni tal-Forti Sant’Anġlu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu l-obbligi li daħal għalihom l-Ordni ta’ San Ġwann meta ngħata l-konċessjoni tal-Forti Sant’Anġlu xi snin ilu, u jekk għadhomx qed ikunu osservati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-obbligi li daħal għalihom l-Ordni ta’ San Ġwann huma skont kif hemm stipulat fl-Iskeda annessa mal-Att Nru X tal- 2001 liema Att jawtorizza lill-Gvern biex jirratifika l-ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tal-Ordni Ospitallier Sovran ta’ San Gwann, magħmul fil-5 ta’ Diċembru 1998.
Leg 12 PQ #5055 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Kartanzjan — Persuni li vvjaġġaw bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni li għamlu l-vjaġġ bejn Malta u Għawdex u ma ħallsu xejn għaliex ippreżentaw il-Kartanzjan fis-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 u 2013, sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.