Residenza San Vinċenz de Paul — Entertainment Section - overtime
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm sar overtime xahar b’xahar fl-Entertainment Section tar-Residenza San Vinċenz de Paul mill-elezzjoni 'l hawn? X’inhu l-grad ta’ kull impjegat li għamel l-overtime?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Entertainment Section waqfet topera fl-aħħar ta’ Mejju li għadda. L-uniku ħlasijiet ta’ overtime li saru wara dan il-perjodu kienu xi pagamenti pendenti għal Senior Occupational Therapist. Dawn il-ħlasijiet qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew approvati sigħat ta’ home help mill-elezzjoni 'l hawn u jekk bediex jingħata dan is-servizzi u telenka l-informazzjoni skont ir-raħal tal-anzjani?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min ħallas għaż-żjara fil-Qatar mal-Ministru Konrad Mizzi tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u kemm swiet?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’safar kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament relatat ma’ ħidma tal-Gvern jew entitajiet pubbliċi u kemm swiet kull safra u x'kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Jista’ jgħid ukoll x’benefiċċji jew remunerazzjoni rċieva f’kull każ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-individwu li qed jagħmel riferenza ghalih ma kellux safar relatat mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Ghal dik li hija ħidma oħra, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeri kkonċernati.
Infakkar ukoll lill-Onor Interpellant li kif diġà intqal pubblikament, l-persuna li qed jirreferi għaliha huwa qatt ma tħallset mill-Gvern Malti.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk qattx sar due diligence fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jekk iva, meta saru u min għamlu? Jekk le, għaliex qatt ma sar?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta, bħala Prim Ministru, ltaqa' l-ewwel darba mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u kemm-il darba ltaqa' miegħu sal-lum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Jien niltaqa ma' numru kbir ta' persuni kuljum u ilni nagħmel hekk għal numru ta' snin. Ma nahsibx li l-Onorevoli Interpellant jistenna li nżomm kont ta' kull persuna li ninzerta niltaqa' magħha, daqs kemm ma nistax nippretendi jien li hu żamm kont ta', per ezempju, kull safra li għamel barra l-pajjiż u kull persuna li ltaqa' magħha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hu li talab lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jakkumpanjah fiż-żjara fil-Qatar inkella kienx l-istess individwu li offra li jingħaqad miegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kienet il-Malta Enterprise li għamlet il-kuntatt.
Jista’ l-Ministru jgħid meta, bħala Ministru, ltaqa' l-ewwel darba mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Ministru u kemm-il darba ltaqa' miegħu sal-lum?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ltqajt mal-persuna msemmija fl-laqgħa preparatorja għall-Qatar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hix proprjetà tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, tista' tinxtara?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn spezzjoni li saret fl-isqaq li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, ma jirriżultax li hemm in-numru tal-bieb indikat f’dawn id-dettalji, għaldaqstant, ikun aħjar jekk l-Onorevoli Membru jindika dan il-fond fuq pjanta biex jiġi stabbilit għal liema fond qiegħed jirreferi peress li f’dan l-isqaq hemm proprjetà li hija kemm tal-Gvern kif ukoll privata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex proprjetà tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, hux subasta u jistax jinbiegħ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-post li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament huwa proprjetà tal-Gvern u amministrat mill-Uffiċċju Konġunt. Preżentament, dan il-fond huwa vojt wara li riċentament ġie vakat permezz ta’ Ordni ta’ Żgumbrament. Kemm il-darba jiġi deċiz li dan il-fond jista’ jintuża għal skop kummerċjali allura d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ikun jista’ joħroġ sejħa għall-offerti għall-kiri jew bejgħ ta’ dan il-post skont il-każ, filwaqt li jekk il-fond jista’ jintuża bħala residenza, allura ċ-ċwievet tal-fond jgħaddu lill-Awtorità tad-Djar biex din tkun tista’ tikrih għall-akkomodazzjoni soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bdiewa reġistrati bħala full-time u kemm part-time? Kemm minn dawn għandhom holding li:
a) jeċċedi l-20 tomna;
b) huwa bejn 10 u 20 tomna;
ċ) huwa bejn 5 u 10 tomon;
d) huwa bejn 2 u 5 tomon; u
e) huwa inqas minn tomnejn?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni ppublikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li jinbidel il-paviment fuq in-naħa tax-xellug tal-Katidral tal-Imdina għax dan kollu mfarrak u jagħti impressjoni mill-aktar ħażina lill-mijiet ta' eluf ta' turisti li jiġu f'dan il-post tant popolari?
Response (MIZZI, JOE)
Ix-xogħol ta’ pavimentar imsemmi mill- Onor. Interpellant huwa proġett li l-Uffiċċju għar-Riabilitazzjoni tal-Mdina qed jippjana għas-sena ddieħla. Dan ix-xogħol se jsir wara li jitlesta r-restawr tas-swar li hemm taħt il-Katidral minħabba l-fatt li dan il-pavimentar qed jintuża bħala aċċess għal min qed jagħmel dan ix-xogħol ta’ restawr.
San Pawl il-Baħar — Spezzjonijiet fuq Latrini Pubbliċi
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4756 li kienet tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 4463 u r-risposti rispettivi għalihom, jista' l-Ministru jassigura li l-informazzjoni mogħtija hija korretta? Jista' jassigura li l-partijiet tad-domandi li ma ġewx imwieġba fil-fatt jitwieġbu? Minbarra hekk, jista' jagħti tagħrif dwar kemm-il darba l-manutenzjoni meħtieġa saret mill-Kunsill innifsu u mhux mill-kuntrattur?
Response (VELLA, KARMENU)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 4463 u 4756, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat tal-ispezzjonijiet tal-latrini pubbliċi bejn Jannar u Ġunju 2013, kif provdut mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Minn dawn l-ispezzjonijiet l-Onor. Interpellant jista’ jara s-sitta u tletin (36) nuqqas li rriżultaw u li rreferejt għalihom fit-tweġibiet tiegħi għall-Mistoqsijiet Parlamentari relatati preċedenti.
Intant infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li huwa l-kuntrattur stess li jipprovdi l-istess bżonnijiet skont il-kuntratt, waqt li l-manutenzjoni meħtieġa dejjem issir mill-Kunsill Lokali.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4755, billi r-risposta mogħtija hi differenti mir-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4464, jista' l-Ministru jagħti tagħrif mitlub fiż-żewġ domandi, u jagħti ukoll il-ħin (approssimattiv) li fih suppost li sar il-ħasil fil-perjodu msemmi? Billi fir-risposta ngħad li l-kontroll biex jiġi assigurat li x-xogħol isir hu fir-responsabbilità ta' min jissuġerixi x-xogħol, jista' jagħti tagħrif dwar kif hemm iċ-ċertezza li l-istess xogħol sar? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-Kunsill Lokali jagħmilx spezzjonijiet dwar dan ix-xogħol?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi mill-ġdid lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 4464 u 4755.
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li matul il-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant saru 153 ħasla mill-GreenMT matul il-bankina tax-xatt, bix-xogħol isir fit-3.30 am. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-frekwenza ta’ tali ħasil tal-bankini minn GreenMT.
Ma’ dawn il-ħasliet saru wkoll 24 ħasla oħra mid-Dipartiment tal-Manutenzjoni u t-Tindif. Dawn saru fuq frekwenza ta’ tliet darbiet fil-ġimgħa, ġimgħa iva u ġimgħa le għal tmien ġimgħat, fis-2.00 am, matul il-bankina mill-Gillieru Harbour Hotel sal-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar.
Infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li x-xogħol li sar mid-Dipartiment tal-Manutenzjoni u t-Tindif kien iffinanzjat kollu mill-Ministeru għat-Transport u l-Infrastruttura bħala parti mill-għajnuna li ngħatat fir-rigward ta’ indafa f’żoni turistiċi. Għaldaqstant il-Kunsill Lokali ma ħallas xejn lid-Dipartiment tal-Manutenzjoni u t-Tindif għal dan ix-xogħol
Intant ninsab infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li GreenMT huma ngaġġati wara sejħa ta’ espressjoni ta’ nteress f’Jannar 2013. Kif diġa spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4464 ix-xogħol ta’ ħasil tal-bankini tax-xatt minn GreenMT ukoll ma sewa xejn finanzjarjament.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija jien infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li kull filgħodu kemm il-kunsill inniffsu għamel spezzjonijiet tax-xogħol li jkun sar ftit tas-siegħat qabel filgħodu kmieni, kif ukoll minn GreenMT.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma u min huma l-impjegati li jagħmlu parti mill-Co-Ordination Office u CEO's Office fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? X'kienu l-gradi ta' dawn l-impjegati qabel ġew trasferiti għall-Co-Ordination Office? X'inhuma l-gradi, benefiċċji, pagi u allowances li dawn l-impjegati bdew igawdu minnhom meta ġew trasferiti għall-Co-Ordination Office?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula l-impjegati li jaħdmu fil-Coordination Office u CEO Office tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Għalfejn ma nħarġux sejħiet għall-applikazzjoni? Dawn l-impjegati għandhom il-kwalifiki u rekwiżiti meħtieħa fil-gradi L-ġodda? Jista’ jissottometti l-job description għal kull grad ġdid maħluq?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nies li qed jokkupaw karigi fl-Uffiċċju tas-CEO u l-Co-ordination office ġew maħtura biex jokkupaw dawn il-pożizzjonijiet mis-CEO sakemm jinħarġu s-sejħiet meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħallset overtime (f'ammont ta' flus) lil kull wieħed u waħda mill-impjegati tal-Co-Ordination Office u CEO's office fix-xhur ta' Lulju, Awwissu u Settembru l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjnet u l-Ippjanar (MEPA) u jagħti l-informazzjoni għal kull impjegat/impjegata?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpogġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jispjega r-raġuni għalfejn qegħdin jittieħdu r-ritratti tal-faċċati tal-binjiet mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? X'kienet ir-raġuni li l-bord tal-MEPA ma ġiex infurmat, wisq inqas ikkonsultat dwar dan?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li parti essenzjali mill-proċess tar-reviżjoni tal-Pjani Lokali hija l-ġbir ta' informazzjoni dwar l-istat attwali taż-żoni urbani, speċjalment dak li għandu x'jaqsam ma' l-għoli tal-bini, l-użu tal-art u anke estetika u disinn tat-toroq (streetscapes) biex imbagħad din l-informazzjoni tkun tista' tintuża' fit-tfassil tal-policies dwar dawn l-oqsma tal-ippjanar. Biex jintlaħaq dan il-għan, l-Awtorita ħasset il-ħtieġa li tieħu ritratti tal-bini u streetscapes u qabbdet numru ta' fotografi biex jagħmlu dan ix-xogħol. Dan l-eżerċizzju ser jgħin ukoll lit-taqsima tal-infurzar kif ukoll lil entitajiet governattivi meta jkunu qed jippjanaw f'żoni tal-iżvilupp.
Id-deċiżjoni biex jittieħdu dawn ir-ritratti hija deċiżjoni ta' l-operat ta' kull jum tal-MEPA li taqgħa fir-responsabbiltajiet tas-CEO.