Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — konferenzi u laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-konferenzi u laqgħat li attenda barra minn Malta f’dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Konferenzi u Laqgħat li attendejt f'dawn l-aħħar sitt xhur huma:
Informal Meeting of Energy Ministers EU - Dublin
Energy Council of the EU - Luxembourg
Informal Energy Council Meeting - Lithuania
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konferenzi u laqgħat
Question
Tista’ l-Ministru telenka l-konferenzi u laqgħat li attendiet barra minn Malta f’dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mit-9 ta’ Marzu ‘l hawn, jien attendejt il-Kunsill Infomali tal-Ministri tal-Impjiegi u Politika Soċjali li sar fil-Litwanja bejn il-11 u t-12 ta’ Lullju 2013 kif ukoll il-Kunsill tal-Ministri tal-Impjiegi u Politika Soċjali li sar fil-Lussemburgu fil-15 ta’ Ottubru 2013.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — konferenzi u laqgħat
Question
Tista’ l-Ministru telenka l-konferenzi u laqgħat li attendiet barra minn Malta f’dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konferenzi u laqgħat li attendejt għalihom f'dawn l-aħħar sitt xhur kienu dawn:
IDAHO 2013 - The Hague
Konferenza Ġenerali tal-ILO - Ġinevra
Third UfM Ministerial Meeting on Reinforcing the Role of Women in Society – Pariġi
Laqgħa informali tal-Ministri Ewropej għall-Integrazzjoni u Temi Razzjali - Ruma
Jista’ l-Ministru jassigura li kull deċiżjoni li tittieħed mill-kunsilli lokali tkun rekordjata fil-minuti tal-istess kunsill, b'vot kull darba, għal kull proposta, wara li dik il-proposta tkun ġiet diskussa formalment, u ma jkun hemm l-ebda azzjoni li tittieħed mingħajr ma jkun hemm deċiżjoni formali dwarha, ukoll jekk tali deċiżjoni tkun ta' benefiċċju għal xi residenti?
Response (VELLA, KARMENU)
L-Onor. Interpellant jifhem li t-teħid tal-minuti tal-laqgħat tal-Kunsilli Lokali, inkluż riżultati ta’ votazzjonijiet, proposti mressqa u deċiżjonijiet meħuda fost l-oħrajn, huwa kompitu tas-Segretarju Eżekuttiv. Il-minuti ta’ kull laqgħa wara li jinqraw jiġu approvati mill-Kunsill, u wara ffirmati mis-Segretarju Eżekuttiv u mis-Sindku tal-lokalità.
L-Onor. Interpellant japprezza wkoll li għal kull minuta li ssir hemm lok u spazju biex issir korrezzjoni, skont kif imqajma u mitluba mill-membri tal-Kunsill Lokali, li jirriflettu dak li jkun seħħ fil-laqgħa li tagħha jkunu ttieħdu l-minuti.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li bdew jagħmlu live streaming tal-laqgħat tal-kunsill? Meta, f'kull każ, bdew dawn il-laqgħat, liema laqgħat ġew streamed, u kif wieħed jista' jaċċessa dawn l-istess trażmissjonijiet?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4694, fejn jien tlabt speċifikament dwar laqgħat pubbliċi dwar xogħlijiet infrastrutturali, jista’ l-Ministru jagħti r-risposta għad-domanda kif saret, u jagħti risposta dwar x'kienu r-rakkomandazzjonijiet li ġew diskussi u maqbula? Jista' jagħti tagħrif dwar x'inhi t-tifsira tal-kliem 'LAQGĦA ĠENERALI' kif użata fir-risposta, u jagħti wkoll tagħrif dwar liema proġetti partikulari ġew diskussi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami li saru fil-gazzetti u fin-notice boards?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li, apparti l-Laqgha Annwali tal-Lokalità, issejħet laqgħa pubblika apposta dwar xogħlijiet infrastrutturali fil-perjodu ndikat. Infurmat li għal din il-laqgħa kienu mistiedna l-entitajiet kollha konċernati permezz ta’ email. Matul il-laqgħa kien maqbul l-immaniġġjar tat-traffiku waqt l-iżvilupp tal-kumpless San Antonio Hotel & Spa Malta.
Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Aġenda tal-Laqgħa Annwali tal-Lokalità, kif ukoll kopja tar-reklam mitlub.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-laqgħat li saru mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, dwar proġetti jew ħtiġijiet oħra fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, bejn April u Settembru ta' din is-sena, ma' ministri u segretarji parlamentari differenti, f'kull każ b'referenza individwali għall-proġett/ħtieġa li kienet taqa' taħt dan il-ministru/segretarju parlamentari, u li ġew diskussi f'dawn il-laqgħat? F'kull każ min kien mistieden jattendi min-naħa tal-kunsill u kif ħarġu l-inviti? Jista' jqiegħed kopja ta' dawn l-istess inviti fuq il-Mejda tal-Kamra? Min fil-fatt attenda għal kull waħda minn dawn il-laqgħat, individwalment?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li bejn April u Settembru 2013 kellu sitt laqgħat ma’ Ministri u Segretarji Parlamentari. Qed inpoġġi d-dettalji fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi kwalifiki għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament biex iservi fil-Korp Diplomatiku bħala ambaxxatur?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Huma l-istess kwalifiki li gvernijiet ohra fis-snin li ghaddew m' hemmx dubju li kienu jfittxu meta kienu jiehdu deċiżjonijiet simili.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan li jiddaħħlu iktar learning support assistants fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Jikkonferma l-Ministru b'dak li deher f'ġurnal indipendenti lokali dan l-ahħħr li hemm nuqqas ta’ 2000 LSA fis-sistema edukattiva? Jekk iva, f'kemm żmien beħsiebu jdaħħalhom jaħdmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li hemm nuqqas ta' 2000 learning support assistantsfis-sistema edukattiva. Il-vakanzi għal learning support assistants jiddependu fuq kemm tfal ser ikunu qed jingħataw statement of needs. Barra minn hekk, mhux il-każijiet kollha jkollhom bżonn għajnuna one-to-one.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjoni fuq l-email li ħarġet mill-Maintenance Grants Section rigward it-tneħħija tal-istipendji fil-higher secondaries, ġietx konkluża? Jekk iva, x'kien l-eżitu u x'passi ttieħdu minn din l-investigazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-investigazzjoni msemmija ġiet konkluża fl-aħħar tal-ġimgħa l-oħra u r-rakkomandazzjonijiet tal-bord tal-inkjesta se jiġu kkunsidrati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq Amleto Spiteri, Ħal Qormi tinfetaħ minn fuq il-wied għal fejn tal-Invicta hekk kif kienet fuq il-pjanti ta’ 20 sena ilu meta tqassmet l-art?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba li din il-proposta, hekk kif indikat fil-mistoqsija, ilha għoxrin sena, Transport Malta qiegħda tara jekk din il-proposta għadhiex tapplika għas-sitwazzjoni tat-traffiku tal-lum. Dan minħabba l-fatt li bħalissa Transport Malta qiegħda tanalizza diversi għazliet għall-immaniġjar aħjar tat-traffiku.
Tista’ l-Ministru tara li jibda x-xogħol fuq il-lift fl-appartamenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament peress li r-residenti ilhom li applikaw mis-sena 2008 u għandhom il-permessi approvati iżda x-xogħol għadu ma bediex? Tista' tara li din is-sitwazzjoni tiġi riżolta minħabba l-fatt li hemm numru ta’ anzjani u nies oħra li qegħdin ibatu minn nuqqas ta’ aċċessibilità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ilha tressaq diversi ilmenti ta’ enforcment mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għal aktar minn sitt snin iżda għadha ma tteħditx azzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu indikat ġie ikkuntatjat fl-14 t'Ottubru 2013. Fir-rigward ta' Enforcement Notice ECF 817/09 li hemm pendenti, il-complainant informa illi l-post ma jintużax b'mod regolari speċjalment meta hu ikun fid-dar. Dak il-ħin tat-telefonata ma kien hemm l-ebda attività. Għaldaqstant is-sinjur qabel illi għandu jinforma lill-Awtorita` appena jinnota xi xogħolijiet li jkunu għaddejjin bil-ksur tal-Avviż maħruġ anke wara hin l-uffiċċju, u dan billi jċempel fuq n-numru t'emerġenza. L-Awtorità ser tibqa' timmonitorja s-sitwazzjoni. Biex tiġi sostnuta akkuża ta' illegalita` minħabba fi bdil ta' użu, l-Awtorita` irid ikollha evidenza li tali użu għadu eżistenti u li hu frekwenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fis-sistema ta' kif jingħataw l-appuntamenti fl-orthopedic outpatients, u fiex jikkonsisti dan it-tibdil?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s-sistema ta’ kif jingħataw l-appuntamenti fl- orthopaedic outpatients baqgħet kif kienet għalkemm qed tiġi annalizata s-sistema biex nistħarġu l-aħjar mod kif se issir ammelorjament. L-unika tibdil li kien hemm kien jikkonċerna l-format tat-Ticket of Referral.
Tista’ l-Ministru tghid kemm saru transfers għad-day u mid-day centres tal-anzjani minn wara l-elezzjoni 'l hawn? X’inhu l-grad ta’ kull ħaddiem li nħariġlu transfer? Fejn intbagħat kull ħaddiem trasferit?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.