Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Edukazzjoni – talbiet għal transfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal transfers fl-aħħar ħames snin fil-Ministeru tal-Edukazzjoni? Minn liema entitajiet u f'liema gradi kienu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li fil-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija kien hemm tmintax-il talba għal transfer. Sebgħa minn dawn kienu nterni minn impjegati fi gradi amministrattivi jew klerikali. Tmien impjegati fi gradi akkademiċi li kienu jaħdmu fl-MCAST fuq bażi ta' 'attachment' talbu li jmorru lura fil-grad sostantiv tagħhom mad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. Impjegat amministrattiv ġie sekondat ma' Segretarju Parlamentari u żewġ impjegati amministrattivi oħra ġew sekondati ma' Kunsilli Lokali. Fl-Aġenzija Programmi tal-Unjoni Ewropeja kien hemm tlett talbiet għal transfer. Tnejn kienu fil-grad ta' Programme Officers u wieħed fi grad ta' Principal . Fid-Dipartiment għal Tagħlim Tul il-Ħajja kien hemm erba' talbiet għal transfer li kienu minn gradi amministrattivi u klerikali. Fil-Fondazzjoni Għal Servizi Edukattivi kien hemm għoxrin talba minn impjegati fil-gradi ta' Childcare Centre Coordinators, Childcare Assistants u Programme Secretaries. Fil-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ kien hemm tlettax-il talba minn impjegati klerikali u maniġerjali. Fid-Dipartiment tal-Eżamijiet kien hemm għaxar talbiet minn impjegati fil-gradi klerikali u General Hand. Fid-Dipartiment għal Tagħlim Tul il-Ħajja kien hemm erba' talbiet minn Uffiċjal fi Grad 5 u tlieta oħra fi gradi klerikali. Infurmat ukoll li fid-Direttorat Ġenerali għal Servizzi Korporattivi ma tinżammx statistika dwar talbiet għal trasferimenti.

Bini ta’ skejjel ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li jindika s-sit ta’ fejn se jinbnew l-iskejjel ġodda diġà mħabbra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3741.

Djar tal-Anzjani privati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn djar tal-anzjani privati? Tista’ tgħid kemm għandhom sodod li jakkomodaw lill-anzjani? Il-Gvern Malti kemm bi ħsiebu juża minn dawn is-sodod? Tista’ tgħid jekk hemmx ħsieb jew fondi mill-Unjoni Ewropea jew investiment mill-privat f’dan ir-rigward?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li f’pajjiżna hawn 30 dar tal-anzjani liċenzjati li jinkludu dawk operati mill-Knisja. Bejniethom għandhom 1,992 sodda liċenzjati. Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u l-Anzjanità Attiva ħareġ espressjoni ta’ interess għall-provvediment ta’ 300 sodda li iżda mhux bilfors ikunu mis-sodod eżistenti. Informata li mhemm ebda fondi tal-Unjoni Ewropea allokati għall-iżvilupp ta’ dawn l-istrutturi waqt li kien hemm 49 espressjoni ta’ interess minn kumpaniji privati biex jinvestu f’dan is-settur.
Leg 12 PQ #4096 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Smoking Cessation Clinics

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn smoking cessation clinics fil-gżejjer Maltin? Jista’ jgħid jekk din l-għajnuna tiġix offruta lin-nisa tqal? Kemm-il mara tqila attendiet dawn il-kliniċi minn kemm ilhom jeżistu? Jista’ jgħid jekk hemmx ippjanati kampanji edukattivi kontra t-tipjip għan-nisa tqal li jpejpu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzzjoni tal-Mard fi ħdan is-Sovintrendenza tas-Saħħa Pubblika, jagħmel diversi kampanji edukattivi kontra it-tipjip, fosthom f’numru ta’ lokalitajiet u klassijiet għall-dawk il-persuni li jixtiequ jieqfu jpejpu. Il-klassijiet ta’ kontra titjieb isiru fiċ-ċentri tas-saħħa, li huma bla ħlas. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm saru klassijiet din is-sena, u li qed issiru bħal isssa.
Leg 12 PQ #4097 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

School Medical Services — infermiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba u infermiera jaħdmu mal-iSchool Medical Services? Hemm xi ħsieb li kull skola jkollha infermiera? Jista’ jgħid jekk jeżistux protocols ta' kif jiġu trattati ċertu kundizzjonijiet mediċi f’każ ta' bżonn bħal mhuma l-ażma, l-epilessija, head injury, eċċ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm erba` tobba u disa` nfermiera jaħdmu mal-iSchool Health Service. Ix-xogħol li jagħmlu dawn il-professjonisti fl-iskejjel jikkonsisti primarjament f’eżamijiet kliniċi biex jiġu identifikati problemi ta’ saħħa jew ta’ żvilupp fiżiku u mentali, li tinkludi l-problema tal-ħxuna. Dawn l-eżamijiet isiru f’etajiet speċifiċi jiġifieri: qabel ma t-tfal jidħlu fil-Kindergarten, fl-ewwel sena tal-iskola, fit-tielet sena u fis-sitt sena. Fis-Sekondarja isiru eżamijiet kliniċi biex tiġi identifikata l-iskoljożi fid-dahar qabel ma jkun hemm konsegwenzi tagħha. Fis-sena ta’ skola li jmiss ser tibda tingħata it-tilqima booster kontra d-difterite , tetnu u poljo lil tfal fil- Form 4 . It-tobba u l-infermiera tal-i School Health Service jaraw madwar ħamsa u għoxrin elf tifel u tifla kull sena. L-iSchool Health Service joffri servizz ta’ prevenzjoni u kura ta’ saħħa primarja. Il-mod ta’ kif jiġu trattati kundizzjonijiet mediċi akuti ġewwa l-iskola jew jekk hemmx il-ħsieb li kull skola jkollha infermiera, jaqgħu taħt ir-risponsabbilta tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni.
Leg 12 PQ #4098 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti li qed jistennew trapjant ta’ organi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti bħalissa li qed jistennew trapjant ta' organu? Jista’ jagħti din l-informazzjoni rigward għal liema organi hemm stennija u kemm hemm pazjenti jistennew kull organu? Hemm xi informazzjoni relatata mad-donazzjoni tal-organi li turi kemm idum jistenna pazjent?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Persuni bi bżonnijiet speċjali li għandhom impjieg

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn individwi reġistrati bħala nies bi bżonnijiet speċjali li qed jaħdmu? Tista’ tagħti din l-informazzjoni li turi x’tip ta’ xogħol jingħata lil dawn l-individwi u x'inhu l-persentaġġ ta' dawn in-nies mill-working population?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4188 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – testijiet tad-demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei matul is-sena li għaddiet u fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il- mejda tal-kamra tabella li turi t-testijiet li ġew proċessati matul is-sena 2012 u fl-ewwel ħames (5) xhur ta’ din is-sena fl-Isptar Mater Dei. L-informazzjoni ta’Ġunju, Lulju u Awwissu għada qed tiġi miġbura.
Leg 12 PQ #4189 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa – testijiet tad-demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm f’kull ċentru tas-Saħħa matul is-sena li għaddiet u fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tabelli annessi. Ma tinżammx statistika ta’ x’tipi ta’ testijiet ittieħdu separatament ħlief dawk ta’ L-INR. Wieħed għandu jkun informat li kull numru li jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra,‘Testijiet ta’ Demm oħra’, jindika n-numru ta’ persuni li tteħdielhom id-demm li fil-maġġoranza jkun ittieħdilhom aktar minn test wieħed.
Leg 12 PQ #4190 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

CT/MRI — lista ta' stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew għal CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b`kategorija, u meta hu l-aktar appuntament fil-bogħod?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li t-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tindika n-numru ta’ persuni li qegħdin fuq lista ta’stennija għall-MRI, CT Scan, u PET Scan. It-tabella tindika wkoll iż-żmien ta’ stennija għal dawn it-testijiet rispettivi.
Leg 12 PQ #4199 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Public Private Partnerships ma’ sptarijiet privati mwaqqfa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex waqqaf il-public private partnerships mal-isptarijiet privati fl-interventi tal-kataretti u tal-artroskopija? Jista’ jgħid kemm saru interventi f’kull sptar privat matul il-perijodu li fih kienu qed jingħataw dawn is-servizzi u kemm swew?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kuntratt mal-isptarijiet privati għall-interventi tal-artroskopija ma ġiex imwaqqaf imma skada l-kuntratt wara li l-perjodu tat-terminu wasal fit-tmien tiegħu, waqt li l-kuntratt għall-kataretti ukoll ma ġiex imwaqqaf, imma wara li ġie maħdum in-numru stipulat fil-kuntratt ta’ nterventi, dan ġie meqjuż bħalha magħluq. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4200 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Raħal Ġdid – ċentru reġjonali għall-kura primarja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 377 u jinforma f'liema stadju wasal il-proċess għall-bini taċ-ċentru reġjonali ġdid tal-kura primarja f'Raħal Ġdid?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-proġett taċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid huwa wieħed mill-proġetti ta’ priorita’ f’dak li jirrigwardja l-iżvilupp ta’ ċentri reġjonali. Infurmat ukoll li qed isir ix-xogħol kollu neċessarju biex jinkisbu fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett.
Leg 12 PQ #4201 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

San Ġiljan – ċentru reġjonali għall-kura primarja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 376 u jinforma f'liema stadju wasal il-proċess għall-bini taċ-ċentru reġjonali ġdid tal-kura primarja f'San Ġiljan?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-proġett taċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa ta’ San Ġiljan huwa wkoll wieħed mill-proġetti ta’ priorita’ f’dak li jirrigwardja l-iżvilupp ta’ ċentri reġjonali. Infurmat ukoll li qed isir ix-xogħol kollu neċessarju biex jinkisbu fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett.
Leg 12 PQ #4389 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-Segretarjat Privat hemm zewg Konsulenti li flimkien thallsu l-ammont ta' €28,446.15 mid-9 ta' Marzu 'l hawn.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li hemm 15-il persuna li tqabbdu jagħmlu xogħol ta’ konsulenza mal-Ministeru u fid-Direttorati tal-Edukazzjoni. Fil-każ ta’ tlieta (3) minnhom għadu ma sar l-ebda ħlas minn meta ġie ffirmat il-kuntratt. It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4391 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma għandu ngaġġati tliet konsulenti u s'issa tħallas l-ammont ta' €39,373 (disgħa u tletin elf, tliet mija u tlieta u sebgħin Ewro).

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumtar u Libertajiet Ċivili — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (DALLI, HELENA)

B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari magħmula mill-Onor. Interpellant, mid-9 ta' Marzu 'l hawn ġew ingaġġati żewġ konsulenti fil-Ministeru u sa Settembru 2013 tħallu 17,415.93 ewro