Tista' l-Ministru tagħti lista tax-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-uffiċini tas-Sigurtà Soċjali fid-disretti matul l-2012 u l-ewwel parti tal-2013 (Jannar-Frar) kif ukoll tal-ħidma mwettqa mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li matul l-2012 sa Frar 2013 twettqu dawn il-progetti kapitali fid-distretti tas-Sigurtà Soċjali:
Refurbishment Birgu, Luqa u Żabbar – Bdil ta’ kmamar tal-bajnu, twahhil ta’ suffetti, kisi bil-gibs u
gypsum boards
, bdil ta’ sistemi tal-elettriku u ilma, bibien godda u għamara ġdida, bdil ta’
kitchenettes
, aċċess għall-
wheelchairs
, sistemi għad-data ġodda, tikħil u tibjid
Minn Marzu sal-lum ma sar l-ebda proġett kapitali fid-distretti iżda ssir manutenzjoni kontinwa bħal bdil ta’ dwal, servizzi lis-sistemi t’arja kundizzjonata, bdil ta’
sockets
, viti tal-ilma u pajpijiet tal-ilma.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid jekk is-servizz tal-ECG, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, issa se jibda jingħata sas-2.00pm biss kuljum? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu biex ikun hemm dan it-tnaqqis? X'arranġamenti se jkun hemm biex min ikollu bżonn dan is-servizz wara is-2.00pm ikun jista' jingħatalu f'waqtu ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s-servizz tal-ECG, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, qiegħed jingħata sas-2.00 pm. Ir-raġuni ta’ dan hi li ma hemmx biżżejjed ECG technicians biex ikopru iżjed mis-2:00pm.
L-arranġamenti biex min jkollu bżonn dan is-servizz wara is-2.00pm ikun jista' jingħatalu f'waqtu, ser jibqgħu kif kienu f’dawn l-aħħar snin, billi l-
ECG
jieħdu it-tabib li ikun hemm fid-Dipartiment tal-Emerġenza. Meta ntalbu aktar
ECG
technicians
mit-tmexxija tal-isptar, l-isptar ġie nfurmat li anki Malta hemm nuqqas ta’ dawn it-
technicians
u allura għalissa ma jistgħux jiġu trasferiti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiddaħħlu rekluti ġodda fir-reklutaġġ li jmiss tal-Korp tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ vakanzi approvati għall-post ta’ kuntistabbli huwa ta’ 100. Pero’ dan dejjem jiddependi mir-rata ta’ suċċess li l-kandidati jiksbu fil-proċess ta’ l-għażla u fil-kors ta’ taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru lezzjonijiet/korsijiet (magħrufa bħala tal-in service) lill-pulizija mid-9 ta' Marzu sal-14 ta' Ottubru 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Kif ġa kelli l-okkażżjoni nispjega fi Twegibiet preċedenti, l-In Service Training lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fl-Akkademja tal-Pulizija, kien ġie sospiż minħabba li ma kienx qed jagħti riżultati mixtieqa. Madankollu korsijiet fuq suġġetti speċifici xorta waħda baqgħu isiru, kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u li turi il-korsijiet u taħrig li ngħata lill-membri tal-Korp tal-Pulizija bejn id-9 ta’ Marzu sal-14 ta’ Ottubru ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-curriculum li fuqu se jkunu qed jitħarrġu u jitgħallmu r-rekluti li se jiġu aċċettati għall l-ingaġġ li jmiss fil-Korp tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-curriculum tal-kors ta’ taħrig għar-reklutaġġ li jmiss għall-kuntistabbli tal-pulizija, qed ikun rivedut u aġġornat mill-Bord tal-Akkademja tal-Pulizija flimkien mal-Amministrazzjoni tal-Korp.
Korp tal-Pulizija – Prosecutional Unit – persuni stazzjonati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna hi stazzjonata fil-Prosecutional Unit tal-Pulizija fil-preżent? Kemm kien dan il-complement f'din it-taqsima f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin fil-Legal Office tal-Korp tal-Pulizija kien hemm stazzjonati Supretendent u Spettur. Minn dan is-sajf ġie wkoll stazzjonat surġent.
Korp tal-Pulizija – pulizija jsegwu kors fl-Università
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni preżentament fil-Korp tal-Pulizja li qegħdin isegwu kors fl-Università?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li bħalissa, m'hemm l-ebda ufficjal tal-Pulizija li qiegħed sponsorjat ufficjalment mill-Korp sabiex isegwi xi kors fl-Universita', filwaqt li f’Gunju ta’ din is-sena, 29 Spettur bi prova, temmew kors ta' Diploma in Policing fuq bażi part-time, fejn kienu ntbgħatu mill-istess Korp skont il-kundizzjonijiet tal-inġaġġ tagħhom biex, jekk jgħaddu mill-eżamijiet, ikunu appuntati Spetturi fil-Korp.
Infurmat ukoll li hemm , 9 membri oħra tal-Korp li nnotifikaw lit-Taqsima tar-Riżorsi Umani li kienu ser jibdew kors fl-Universita' u dan waqt il-ħin liberu tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa xogħol qed jagħmel kull spettur fil-Korp tal-Pulizija fil-ġimgħa? Kemm-il siegħa ta' disturbance allowance hu intitolat għaliha kull spettur? X'inhi r-rata ta' dan il-ħlas?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-Ispetturi fil-Korp tal-Pulizija, bħal membri oħra tal-Korp, jaħdmu 46 siegħa fil-gimgħa. Pero’ minħabba in-natura tax-xogħol tagħhom dawn jibbenefikaw minn disturbance allowance sabiex jikkompensa għall ħin li jkunu meħtiega jagħmlu aktar mill-ħin normali tagħhom. Din titħallas bil-perċentwali tal-paga basika ta’ Spettur bir-rata kif gej:
Sigħat aktar minn 46
Rata tal-allowance
1 sa 3 sigħat
1%
4 sa 6 sigħat
2%
7 sa 9 sigħat
3%
10 sa 12 il-siegħa
4%
13 sa 15 il-siegħa
5%
16 sa 19 il-siegħa
6%
20 sa 24 siegħa
7%
25 sa 29 siegħa
8%
30 sa 35 siegħa
9%
Aktar minn 35 siegħa
10%
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għassa tal-Pulizija, jew fond użat mill-Pulizija, hu b'kirja mill-privat? Liema huma?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 25 post mikrija mingħand il-privat li huma użati bħala Għases tal-Pulizija. Dawn jinsabu f’dawn il-lokalitajiet:
Attard
Kalkara
San Giljan
Għasri
Birkirkara
Kirkop
San Gwann
Nadur
Dingli
Luqa
San Pawl il-Baħar
Xewkija
Fgura
Marsa
Valletta
Iz-Zebbuġ
Għargħur
Marsaxlokk
Xgħajra
Gudja
Qrendi
Ħaz Zebbuġ
Imqabba
Safi
Zurrieq
Korp tal-Pulizija — Trasferiment ta’ Pulizija lejn Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jghid jekk ġewx trasferiti Pulizija lejn Għawdex mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tiġi imwieġba l-mistoqsija u filkas, kemm u għala?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi bejn il-11 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena kien hemm 11-il membru tal-Korp tal-Pulizija li ġew trasferiti lejn Għawdex. Dawn kienu kollha fuq il-lista sabiex jitilgħu iservu Għawdex fuq talba tagħhom, skond il-proċedura interna tal-Korp.
Korp tal-Pulizija — Central Delivery Unit – Pulizija stazzjonati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm Pulizija jinsabu stazzjonati fis-Central Delivery Unit tal-Pulizija, biex jitqassmu r-riferiti tal-Qorti u xogħol ieħor konness?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 17-il membru tal-Korp li huma assenjati xogħol mas-Central Delivery Office, liema Taqsima tal-Korp tqassam notifiki tal-Qorti u xogħol ieħor relatat, f’Malta
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha ntbagħat separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li ma nghata l-ebda xoghol ta' konsulenzi mill-Ministeru ghal Ghawdex lill-kumpanija msemmija.
Minisiteru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi:-
Tabella 'A' - MCAST
Tabella 'B' - Fondazzjoni Għall-Iskejjel ta' Għada
Tabella 'Ċ' - Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi
Ta' min jinnota li għalkemm il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ ma tat l-ebda xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija msemmija, fl-2005 sar pagament lil din il-kumpanija ta' €116.47c għall-spejjeż legali ta' każ fil-Qorti.
Barra minn hekk, mill-istess Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ saru numru ta' pagamenti fuq bażi individwali lil persuna indikata fil-mistoqsija parlamentari Nru. 2104, liema persuna tifforma parti mill-kumpanija ndikata mill-Onor. Interpellant f'din il-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fir-rigward tal-Ministeru, tad-Dipartiment tal-Lottu, IRD, VAT, Kuntratti, EPD, tad-Dwana u t-Tezor; kif ukoll fil-kas tal-MFSA, FIAU, NSO u l-Borza ta’ Malta r-risposta hija fin-negattiv.
Din l-informazzjoni ma tinkludix dettalji ta’ konsulenzi li setgħu ngħataw mill-Bank Ċentrali.
Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-Enemalta tat xoghol lil BCGL Advocates u ħallset is-somma ta' €28,396.03 - tmienja u ghoxrin elf, tlett mija sitta u disgħin ewro u tlett centezmi. Dan ix-xoghol ingħata b'direct order. Kopja tal-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Awtorità tad-Djar- Ma saret l-ebda konsulenza.
Kummisjonat tat-Tfal- Ma saret l-ebda konsulenza.
FSWS- Ma saret l-ebda konsulenza.
KNPD- Ma saret l-ebda konsulenza.
Direttur tal-Anzjani- Ma saret l-ebda konsulenza.
Direttur tas-Servizzi Korporattivi- Ma saret l-ebda konsulenza.
Issa li l-Ministru kkonferma li mill-ħames skejjel ġodda li se jinbnew f’dawn il-ħames snin, imiss dawk ta’ Ħal Kirkop, San Pawl il-Baħar u l-Mosta, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk li kienu ppjanati li jinbnew u issa minħabba deċiżjoni ta’ tibdil mhumiex se jinbnew?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-pjan tal-iskejjel ġodda li se jinbnew fil-ħames snin li ġejjin għadu qed jinħadem. Dan ukoll fid-dawl tal-konsultazzjoni li għaddejja bħalissa dwar il-Kulleġġi.
Ministeru għall-Edukazzjoni – talbiet għal transfers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal transfers fi Frar 2013 fil-Ministeru tal-Edukazzjoni? Kien hemm xi late applications? Minn liema entitajiet u f'liema gradi kienu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi kellha 13-il talba għal transfer li ġew mitluba minn impjegati fi ħdan iċ-Childcare Centres fil-gradi ta' Childcare Centre Coordinators, Childcare Assistants u Programme Secretaries.L-entitajiet l-oħra ma kellhomx talbiet għal transfer.
Rigward l-Universita' ta' Malta, din ma tagħmilx trasferimenti ta' membri tal-istaff tagħha barra mill-organizazzjoni. Ċaqliq relatat ma' pożizzjonijiet jew xogħol huwa bbażat fuq il-bżonnijiet u neċessitajiet tal-Universita'.
Infurmat ukoll li fid-Direttorat Ġenerali għal Servizzi Korporattivi ma tinżammx statistika dwar talbiet għal trasferimenti.