Legislature:
Category:
Reset
Active:

handyman services

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-handyman services jagħmlux xogħlijiet fil-villeġaturi tal-anzjani jew inkella jekk ix-xogħol isirx biss fir-residenza fejn ikun jew tkun reġistrat/a l-anzjan/a?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li skont il-linja gwida x-xogħol tal-handy man service isir biss fir-resideza fejn ikun irreġistrat l-anzjan/a. Mandankollu d-Dipartiment jevalwa kull talba li ssirlu u jieħu inkonsiderazzjoni ċ-ċirkostanza ta’ kull każ individwali.

Żjarat mal-Ministru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament akkumpanjahx fi żjarat oħra barra minn Malta u f’kull każ, x’kienet ir-raġuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija marret biss il-Qatar.

Due diligence fuq individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx talab li jsir due diligence fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jekk iva, meta sar u min għamlu? Jekk le, għaliex qatt ma sar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta parlamentari numru 4934.

Individwu li huwa blacklisted mill-World Bank

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta waslet l-aħbar l-ewwel darba għandu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwa blacklisted mill-World Bank?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 4934.
Leg 12 PQ #5016 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati tal-Ġustizzja – tnaqqis fin-nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid b’kemm kienet imnaqqsa n-nefqa għall-Qrati tal-Ġustizzja għas-sena 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall-mistoqsija 5016, ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qrati tal-Ġustizzja żdied l-investiment għas-sena 2013 u mhux naqas. L-investiment żdied b’mod sostanzjali u dan il-Gvern beħsiebu jinvesti aktar fil-Qrati fis-snin li ġejjin. In-nefqa rikurrenti attwali għal-Qrati tal-Ġustizzja bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena kienet ta’ €9,058,139 filwaqt li l-ispiża għall-istess perjodu tas-sena l-oħra kienet ta’ €8,168,996. In-nefqa attwali tas-sena 2012 kienet ta’ €11,244,746 waqt li l-ispiża għal din is-sena hi maħsuba li se tkun €13,000,000.
Leg 12 PQ #5017 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern – tnaqqis fin-nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid b’kemm kienet imnaqqsa n-nefqa għall-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern għas-sena 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall-mistoqsija 5017, it-tweġiba hi b’€ 40,950.

In-Nadur (Għawdex) – Lezzjonijiet taż-żfin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ħafna studenti għadhom ma bdewx il-lezzjonijiet taż-żfin fl-Iskola tan-Nadur f’Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-lezzjonijiet fl-iskola tad-Drama u z-Żfin fin-Nadur Għawdex, bdew nhar l-Erbgħa 9 ta’ Ottubru 2013. Il-lezzjonijiet li bdew huma f’dawn is-suġġetti fil-livelli imsemmija: Drama Pre-junior (klassi waħda) Drama junior (2 klassijiet) Drama Intermediate (klassi waħda) Community Dance (klassi waħda) Modern Jazz (2 klassijiet) Ballet recreational (3 klassijiet) Ballet Grade 1 (klassi waħda) Ballet Grade 5 (klassi waħda) Ballet Grade 6 (2 klassijiet) Ballet Grade 7 (2 klassijiet) Ballet advanced (klassi waħda) Ballet intermediate (klassi waħda) Il-klassijiet li għadhom ma bdewx huma: Ballet Pre Primary i (klassi waħda) Ballet Pre Primary ii (klassi waħda) Ballet Primary i (klassi waħda) Ballet Primary ii (klassi waħda) Ballet Grade 2 (klassi waħda) Ballet Grade 3 (klassi waħda) Ballet Grade 4 (klassi waħda) Ir-raġuni ‘l għaliex dawn il-klassijiet fil-Ballet għadhom ma bdewx hu: 1) L-edukaturi (kollha part-time) li applikaw ma jistgħux joffru aktar ħin għall-lezzjonijiet mitluba u 2) L-edukatrici li għandha l-ħin biex toffri dawn il-lezzjonijiet mhux kwalifikata li tressaq lill-istudenti għall-eżamijiet tar-Royal Academy of Arts. 3) L-edukatrici li hi kwalifikata u li kienet disponibbli biex tieħu il-klassijiet li għadhom ma bdewx ma setgħetx tibda tgħallem. Jirriżulta pero li nhar il-Ġimgha 11 ta’ Ottubru, din setgħet tapplika (u hekk għamlet) fejn applikat għas-sejħa għall-edukaturi tal-adulti ppublikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern datata 20 ta’ Settembru 2013. L-istudenti li għadhom ma bdewx il-lezzjonjiet kollha ġew avżati li minħabba li preżentement ma hemmx min jgħallem, dawn ikunu infurmati aktar ‘l quddiem hekk kif jinstab l-għalliem/a kwalifikat/a biex toffri t-tagħlim.

Operazzjonijiet ta’ salvataġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ saru fuq il-baħar minn membri tal-Forzi Armati ta' Malta fejn matulhom ġew salvati nies bejn l-2003 u l-2013? Kemm ġew salvati nies f’dawn l-operazzjonijiet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-informazzjoni mitluba hija kif spjegat hawn taħt: Sena Operazzjonijiet ta’ salvataġġ fuq il-baħar Nies salvati 2013 88 1,644 2012 113 1,896 2011 63 1,640 2010 26 54 2009 67 793 2008 105 2,108 2007 148 1,024 2006 93 1,274 2005 109 1,342 2004 69 1,031 2003 73 593 Totali: 954 13,399

Maritime Sqaudron — Ġieħ ir-Repubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena l-Maritime Squadron tal-Forzi Armati nghataw Ġieħ ir-Repubblika?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iSkwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta ngħatat Ġieħ ir-Repubblika f’Jum ir-Republika tas-sena elfejn u tmienja (13 ta’ Diċembru 2008).

qasam taż-żgħażagħ — tnaqqis fil-Budget 2013

Question

B`referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4840 u 4841, jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun it-tnaqqis fiż-żewġ oqsma, jiġifieri kemm dak taż-żgħażagħ kif ukoll dak tal-isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-budget allokat għal din is-sena għal qasam taż-Żgħażagħ tnaqqas b’€40,000. · Vote 15 – Item 6796 (Aġenzija Żgħażagħ) - €30,000 (minn €350,000 għal €320,000). · Vote 15 – Item 5673 ( Youth Organisation Projects) - € 10,000 (minn €80,000 għal €70,000) Il- budget allokat għal din is-sena għal qasam tal-iSport tnaqqas b’€250,000. · Vote 15 – Item 5536 (Sports Tourism) - €50,000 (minn €350,000 għal €300,000). · Vote 15 – Item 6772 ( Kunsill Malti ghall-iSport) - € 200,000 (minn €2,600,000 għal €2,400,000)

Għaqdiet sportivi – assistenza finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet sportivi li s’issa ħadu l-assistenza finanzjarja dovuta lilhom għas-sena 2013 mill-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għaqdiet sportivi – assistenza finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet sportivi li għadhom ma ħadux l-assistenza finanzjarja dovuta lilhom għas-sena 2013 mill-Kunsill Malti għall-Isport? Jista’ jgħid jekk fadalx għaqdiet sportivi li saħansitra għadhom qed jistennew l-istess assistenza tas-sena 2012? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma dawn l-għaqdiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — laqgħat u konferenzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4862 u jelenka l-konferenzi u laqgħat li attenda barra minn Malta f’dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5047 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – konferenzi u laqgħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4861 u jelenka l-konferenzi u laqgħat li attenda barra minn Malta f’dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fost il-konferenzi u laqgħat barra minn Malta li attendejt għalihom fl-aħħar sitt xhur kien hemm tlett Kunsilli Ewropej f’Marżu, Mejju u Ġunju, għal laqgħa f’Zagreb f’Lulju fuq stedina tal- President u l-Prim Ministru Kroat relatata mas-sħubija tal-Kroazja fl-UE, għal konferenza f’Berlin f’Lulju fuq stedina tal-kancillier Germaniz Angela Merkel bit-tema Round table on the promotion of youth employment in Europe, għas-Summer Davos f’Dalian fic-Ċina f’Settembru organizzat mill-World Economic Forum u għall-Assemblea tal-Ġnus Magħquda fi New York f’Settembru wkoll.

San Pawl il-Baħar – il-Menqa – ordnijiet fuq opri tal-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-sidien tad-dgħajjes li jtellgħu l-opri tal-baħar tagħhom ħdejn il-Menqa, San Pawl il-Baħar qed jiġu ordnati mill-pulizija biex ineħħu d-dgħajjes tagħhom minn dan il-post, meta l-ispazju nbena apposta biex dawk li għandhom opra tal-baħar itellgħuha f’din il-parti ta’ San Pawl il-Baħar, b’mod partikolari matul ix-xhur tax-xitwa, meta tkun qiegħda ssir manutenzjoni ta’ dawn l-opri?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha diversi lmenti mill-pubbliku illi f’dan il-post kien hemm diversi opri tal-baħar u xi karrijiet tad-dgħajjes li kienu hemm mitluqgħa għal tul ta’ żmien. Għaldaqstant il-Pulizija bdiet eżerċizzju sabiex tidentifika lis-sidien tagħhom ħalli dawn l-oġġetti ta’ ingombru jitneħħew. Dan skond kif jipprovdu Regolamenti dwar l-ikklampjar u t -tneħħija ta’ vetturi bil-mutur u oġġetti ta’ ingombru. Ħafna minn dawn l-opri tal-baħar kienu ilhom mitluqa abbandunati hemm is-snin.
Leg 12 PQ #5057 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar – il-Menqa — tneħħija ta’ dgħajjes u opri tal-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’rappreżentazzjonijiet għamel il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar kontra t-tneħħija tad-dgħajjes u opri oħra tal-baħar minn ħdejn il-Menqa f’San Pawl il-Baħar? Meta saru dawn ir-rappreżentazzjonijiet u lil min? X’kienu r-risposti li rċieva l-kunsill dwar dawn l-ilmenti?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li ma għamilx rappreżentazzjonijiet kontra t-tneħħija tad-dgħajjes u opri oħra tal-baħar minn ħdejn il-Menqa f’San Pawl il-Baħar.
Leg 12 PQ #5058 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – top management

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4725, jista’ l-Ministru jgħid min hi l-mentor imsemmija u jgħid eżattament xi tkun qed tagħmel din il-mentor?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li Mentor hi persuna li tuża l-ħiliet u l-esperjenza tagħha biex tgħin fl-operat tas-servizz. Din il-Mentor hi wkoll iċ-Chairperson tal-kumitat li jmexxi is-servizz tas-saħħa mentali.
Leg 12 PQ #5059 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – trasferimenti tal-kap eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4726 u jgħid jekk il-kap eżekuttiv li kien hemm l-Isptar Monte Karmeli ġietx trasferita għall-Isptar Boffa? Jekk iva, x’kien il-mottiv wara dan it-transfer ladarba din il-persuna kienet hi li bniet is-servizzi tas-saħħa mentali fil-Komunità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li CEO li qabel kien jieħu ħsieb l-isptar Monte Karmeli llum hu nkarigat biex jieħu ħsieb is-servizz tas-saħħa mentali fil-komunità.
Leg 12 PQ #5071 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock — Lisinopril

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex il-Lisinopril, trattament għall-pressjoni, ilu out-of-stock dawn l-aħħar 4 xhur?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-mediċina Lisinopril baqa' jingħata sa l-bidu ta' Ottubru. Id- doza ta' 10mg kellha tasal fil-19ta' Ottubru. Infurmat ukoll li wasal tal-5mg illum f'Malta u ser jitqassam sa nhar l-Erbgha 23 ta’Ottubru.
Leg 12 PQ #5072 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Q fever

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hawn każijiet tal-Q fever f’Malta dawn l-aħħar sentejn (2012/2013)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li skond in-notifikazzjonijiet mibgħuta lit-taqsima kontroll u prevenzjoni ta’mard, l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ każijiet akuti ta’ Q fever f’Malta bejn 2012 u 2013 rapportati hekk: Fit- 2012 l-ebda każ, u fit- 2013 kien hemm każ wieħed.