Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Spejjeż ta’ Media Events

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tagħrif huwa dwar kontijiet imħallsa diġà.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – spejjeż ta’ media events

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil l-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali ma organizza l-ebda PR u Media Events bejn l-10 ta’ Marzu u l-11 ta’ Ottubru 2013 u għalhekk ma kien hemm l-ebda spejjeż involuti.
Leg 12 PQ #4517 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – spejjeż ta’ media events

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma – spejjeż ta’ media events

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4519 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra
Leg 12 PQ #4520 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva – safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u jingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #4521 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja – safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra

Proġett Modus – Twaqqif ta’ Traffic Control Centre

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea msejjaħ MODUS (li huwa mmexxi minn Transport Malta), speċifikament għal dak li jirrigwarda t-twaqqif ta’ Traffic Control Centre u jekk inħarġux sejħiet għall-offerti f’dan ir-rigward?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti għat-twaqqif tat-Traffic Control Centre u xogħlijiet oħra relatati nħarġu mid-Dipartiment tal-Kuntratti bir-referenza CT 3022/2013 u fil-mument l-offerti mixħuta qed jiġu evalwati.

Il-Marsa – Triq Aldo Moro – sospensjoni ta’ bus lane

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bus lane ta’ Triq Aldo Moro fil-Marsa hix parti mill-proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea imsejjaħ MODUS u jekk fl-affermattiv, x’impatt se jkun hemm fuq il-proġett peress li l-Ministru ordna li l-istess bus lane tiġi sospiża?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bus lane li hija ppjanata bħala parti mill-proġett tal-Modus u li tinsab eżattament fejn ser isiru x-xogħlijiet tal-kontroll tal-għargħar, għadha ma tlestietx u din se tinbena meta jitlestew dawn ix-xogħlijiet. Għaldaqstant, il-bus lane li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant għadha mhix kompluta.

Il-Marsa – Triq Aldo Moro – sospensjoni ta’ bus lane

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-bus lane fi Triq Aldo Moro fil-Marsa ġiet sospiża u meta se terġa’ tiddaħħal fis-seħħ?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4622.

Il-Qajjenza – Promenade — Xogħlijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 502, għalkemm il-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura kien wieġeb li ma kienx ipprogrammat li jsir il-bini mill-ġdid tal-promenade tal-Qajjenza, fid-dawl li l-Ministru bidel fehmtu u din il-promenade se ssir, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din il-promenade kif ukoll kemm hi stmata li spiża biex isir dan ix-xogħol? Meta bdew isiru l-pjanti preliminari u fiex waslet l-applikazzjoni l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex ikunu jistgħu jinħarġu l-permessi neċessarji għal dan ix-xogħol? Jista’ jqiegħed sett pjanti tal-promenade proposta u fil-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li mhux korrett meta jgħid li biddilt fhemti rigward il-proġett tal-Qajjenza.Wara li saru konsultazzjonijiet mal-Kunsill Lokali , dan il-proġett iddaħħal fil-programm ta’ xogħlijiet u l-pjan hu li l-applikazzjoni lill-MEPA tintbagħat sa l-aħħar ta' Ottubru. Ix-xogħol aktarx ser jinkludi il-qlugħ tat-triq billi jirriżulta li din mhix fi stat tajba. Għalhekk bħalissa qed isiru investigazzjonijiet minn Transport Malta biex jivverifikaw x'xoghol hemm bżonn isir qabel tittieħed id-deċizjoni dwar kif u meta dan ikun jista' jsir.

Birżebbuġa – Għar Dalam Junction

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 503, peress li għalkemm il-Ministru kien indika li x-xogħol fuq il-junction ta’ Għar Dalam f' Birżebbuġa kellu jibda bejn l-aħħar ta' Mejju u l-bidu ta' Ġunju 2013 u dan ix-xogħol baqa’ ma bediex, jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux indikazzjoni meta se jibda u jispiċċa dan ix-xogħol? Kemm hi stmata l-ispiża biex dan ix-xogħol ikun eżegwit?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol ta’ Għar Dalam junction kien inbeda u twaqqaf sabiex isir disinn iktar ħolistiku taż-żona kollha. Bħalissa l-proġett qiegħed fil-fażi tat-tendering. L-ispiza stmata sabiex isir dan ix-xogħol hija ta’ €37,000.
Leg 12 PQ #4626 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Outpatients – pazjenti jingħataw te jew kafè

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 648, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-prattika li lill-pazjenti li jkunu qegħdin jistennew fl-outpatients tal-Isptar Mater Dei jingħataw te jew kafè tkompliex jew le?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 648 u 4626 nikkonferma li l-pazjenti li jkunu qegħdin jistennew fl-outpatients tal-Isptar Mater Dei qegħdin jibqgħu jingħataw te jew kafè u t-trolley joħrog regolari.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — dipartimenti f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma d-dipartimenti/aġenziji jew entitajiet oħra li jinstabu f'Għawdex u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-budget, li kien approvat f'April ta’ din is-sena, għal dawn id-dipartimenti/l-entitajiet ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid b'kemm ġie imnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan it-tnaqqis?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — dipartimenti f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma d-dipartimenti/aġenziji jew entitajiet oħra li jinstabu f'Għawdex u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-budget, li kien approvat f'April ta’ din is-sena, għal dawn id-dipartimenti/l-entitajiet ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid b'kemm ġie imnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan it-tnaqqis?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-OnorevoliI Interpellant li f’Għawdex, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għandu estensjoni tas-servizzi edukattivi li bħalhom għandu f’Malta. Il-Kulleġġ t’Għawdex, taħt it-tmexxija ta’ Prinċipal, iwieġeb direttament lid-Direttur Ġenerali tas-Servizzi Edukattivi f’Malta. Hemm ukoll estensjoni tad-dipartiment tas-servizzi korporattivi li jinkorpora amministrazzjoni, finanzi u riżorsi umani li wkoll iwieġbu lid-Direttur Ġenerali tas-Servizzi Korporattivi f’Malta. Fil-baġit, il-Kulleġġ u d-dipartiment flimkien, jitqiesu bħala Cost Centre 09, u l-baġit oriġinali għal dal- Cost Centre kien ta’ €16,012,000 li tnaqqas b’ammont ta’ €55,584.47. Għalhekk l-ammont rivedut huwa ta’ €15,956,415.53. Dan it-tibdil huwa dovut għal fatt illi dan il- Cost Centre kien taħt il-Ministeru għall-Għawdex qabel id-9 ta’ Marzu 2013. Meta dan il- Cost Centre ġie ttrasferit taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xoghol, l-ammont ta’ €55,584.47 (€49,250 f’ personal emoluments u €6,334.47 rikorrenti) ġew kollha ttrasferiti għall-vot tal-Ministeru għal Għawdex. Taħt Cost Centre 09 – Programmes and Initaitves, l-ammont ta’ € 22,000 -Skola Sajf (Item 5316) gie trasferit għal Cost Centre 04, taħt il-Vot tal-Edukazzjoni , kif ukoll, l-ammont ta’ € 15,000 taħt Skola Sport Għawdex (Item 5399), ġie trasferit taħt il-Vot tal-Ministeru għal Għawdex. Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ukoll għandha uffiċċju li tużah bħala estensjoni tas-servizzi li tagħti ġo Malta għall-klijenti Għawdxin tagħha.

Post – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-post, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux battal jew le?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar m’għandhiex ċwievet tal-post indikat. Minn riċerka li għamlet l-Awtorita’ jirriżulta li l-post mhuwiex propjeta’ tal-Gvern.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma u li minkejja li saru xi kuntatti xorta jħoss li bħala konsumatur ma kellux ir-risposta li jieħu dan bi dritt?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-konsumatur ġie kkuntattjat fl-14 ta’ Ottubru 2013, fejn l-ARMS Ltd infurmatu illi l-kont jiġi rranġat hekk kif hu jissottometti l-informazzjoni meħtieġa.

meals on wheels

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm anzjani bdew jingħataw is-servizz tal-meals on wheels minn wara l-elezzjoni 'l hawn u minn fejn huma dawn l-anzjani? Meta saret kull applikazzjoni u meta beda jingħata is-servizz, jekk beda jingħata?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

meals on wheels

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li l-meals on wheels jibdew jissajru fil-kċina tal-Facilità Korettiva ta’ Kordin kif ġie kkwotat li qal is-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca fil-laqgħa li kellu mal-Maltese Cross Corps?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tali dikjarazzjoni qatt ma saret mill-Onorevoli Segretarju Parlamentari Dr Franco Mercieca u ma jeżistu ebda pjani biex tibda tintuża l-kċina tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex jitħejjew l-ikliet tal-Meals on Wheels.
Leg 12 PQ #4965 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – nies miżmuma fil-labour ward

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk minn Marzu 'l hawn, fil-labour ward tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kienx hemm pazjenti li kienu l-isptar biex isirilhom jew għax sarilhom endoscopy tal-imsaren u dawn inżammu fil-labour ward u allura nursed mill-istess staff tal-labour ward?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kazi ta’ Day Care jew Day Surgery fl-Isptar Generali ta’ Għawdex jiġu akkomodati fis-swali ġenerali, jiġifieri fil- Female General Ward u fil-Male General Ward, fl-assenza ta’ Day Care Ward f’dan l-istess sptar. Dawn il-każi ma’ jkollhomx bżonn jorqdu l-isptar izda bżonn ta’ żmien qasir li jirkupraw mill-loppju qabel jintbagħtu d-dar. Meta dawn is-swali ġenerali jimtlew bil-pazjenti fis-sodod fil-kuritur, minflok li jitħassru dawn il-proċeduri tant mistennija, il-pazjenti nisa biss kienu qed jiġu akkomodati fil-Gynae Ward. Din kienet miżura temporanja għal perijodu ta’ ftit ġimgħat u meta żdiedu l-infermiera fis-swali, erġajna bdejnna nakkomodaw id-Day Care fis-swali ġenerali. Tant hu bżonnjuz id-DayCare fl-Isptar Generali ta’ Għawdex li dan il-Gvern se jieħu ħsieb li tinfetaħ sala għal dan l-għan bħal ma hemm fl-Isptar Mater Dei. Sakemm dan il-proġett jitlesta, il-pazjenti tad-Day Care qed jiġu akkomodati fis-swali ġenerali.