Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm veterinarji jaħdmu mal-Gvern? Jista’ jgħid jekk hemmx ħsieb ta’ boroż ta’ studju għal min irid jistudja għall-veterinarju?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm 26 veterinarji jaħdmu mal-Gvern. Dwar it-tieni mistoqsija ma neskludi xejn iżda kif jaf l-Onor. Interpellant kollox jiddependi fuq il-mezzi għad-dispożiżżjoni tagħna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il individwu ħa l-vaċċin tal-influwenza mill-polikliniċi jew ċentri oħra tal-Gvern fis-sena 2012?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurat li t-tilqim kontra l-influwenza għall-istaġun 2012/2013 beda jingħata mit-Tnejn 22 ta’Ottubru 2012.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella bl-informazzjoni mitluba
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew adottati tfal f'dawn l-aħħar ħames snin? Minn liema pajjiżi ġew adottati? Jista’ jgħid jekk hux se ssir aktar ħidma sabiex dan il-proċess ikun mgħaġġel u b'inqas spejjeż?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra,
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2693 u jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-maġġorparti tal-Kumitati ġew imwaqfa. Għad fadal numru żgħir ta’Kumitati x’jitwaqfu. Meta l-proċess kollhu jkun iffinalizzat, inkun nista nippreżenta dak kollu li qed jiġi mistoqsi.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-membri li kienu fuq kull board qabel id- 9 ta’Marzu 2013
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu impjegati professjonisti ġodda fil-qasam mediku, kategorija kategorija, fis-sitt xhur li ġejjin, xahar b’xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s’issa diġà ħarġu s-sejħiet għal Basic Specialist Trainees u ta’ Konsulent fit-Tossikoloġija. Apparti dan inħarġet ukoll sejħa sabiex Higher Specialist Trainees u General Practice Trainees li huma fir-Reġistru tal-Ispeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta jkollhom l-opportunità jsiru Resident Specialists u General Practitioners rispettivament. Sadanittant, il-Ministeru qed jaħdem ukoll sabiex joħroġ sejħiet għal diversi karigi fil-gradi ta’ Higher Specialist Trainee u Konsulent.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull ftehim kollettiv li japplika għal ħaddiema fid-dekasteru tiegħu u jindika liema ftehim japplika għal liema kategorija ta’ ħaddiema?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onerevoli Membruli minħabba l-volum kbir ta' ftehim kollettiv għal kull kateġorija ta' ħaddiema, qiegħed jiġi issuġġerit biex l-Onerovoli jindikka l- kategorija ta' ħaddiema li jixtieq.
Ministeru għas-Saħħa – kodiċi ta’ etika tal-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kodiċi ta’ etika li japplika għall-ħaddiema fid-dekasteru tiegħu u jindika liema kodiċi japplika għal liema kategorija ta’ ħaddiema??
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Ministeru jimxi skont il-kodici ta’ etika hekk kif stipulati fil- ‘Public Administration Act’
Primary Health Care — Kap Eżekuttiv – performance appraisals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għaliex tneħħa l-Kap Eżekuttiv tal-Primary Health Care? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-performance appraisals tal-uffiċjal ikkonċernat għall-aħħar tliet snin? Jista’ jgħid jekk għadux jaħdem fis-settur tas-saħħa u x’kariga qiegħed jokkupa llum dan il-persuna?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li peress il-qasam tas-Saħħa Primarja hu wieħed mill-pilastri tas-saħħa, il-Gvern ħass li dan il-qasam għandu jingħata nifs ġdid u spinta b’ideat li mhux dejjem ġew iffurmati u implementati fl-aħħar żmien.
Ninsab infurmat li qed isiru sforzi mifruxin mal-organizzazzjoni kollha involuti fil-kura primarja biex tiddaħħal kultura u prattika ġdida biex b’hekk jiġi imġedded dan is-settur u jimxi ‘il quddiem maż-żmienijiet. Ninforma lill- Onorevoli Membru li l-ex-Kap Eżekuttiv qed jagħti kontribut fil-qasam tas-saħħa ambjentali u nistiednu jara kopji tal-
performance appraisals
mitlubgħa fil-privat.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mqabbda mil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex jagħmlu xogħol ta' konsulenza mal-Ministeru u fid-Direttorati tal-Edukazzjoni? X'inhu r-rwol tagħhom u kemm hi l-ispiża ta' kull konsulent?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il band instabilha garaxx fejn tagħmel ir-rehearsals mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn? Fejn jinsabu dawn il-garaxxijiet, lil liema bands instabu u kemm tħallas għalihom f’xiri jew kirjiet? Jista’ jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament għadhiex ingaġġata fuq kuntratt mal-Ministeru tiegħu?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3087.
Sadanittant, nikkonferma li l-persuna li qed issir referenza għaliha hija ngaġġata fuq kuntratt mal-Ministeru.
Kumitat konsultattiv dwar il-Ħarsien tas-Siġar — rapport
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħarsien tas-Siġar ippreżentax ir-rapport li kellu jħejji skont it-termini ta’ referenza li bihom twaqqaf?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ġie ppreżentat rapport purament konsultattiv dwar il-ħidma u s-suġġerimenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħarsien tas-Siġar, li qegħdin jiġu evalwati fuq il-merti tagħhom mill-entitajiet konċernati. Nieħu din l-okkażżjoni biex inrodd ħajr mill-ġdid lil kull min ta l-kontribut siewi tiegħu f’dan il-kumitat, bla ħlas. Fil-preżent il-Ministeru tiegħi m’għandu l-ebda setgħat regolatorji fuq il-ħarsien tas-siġar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatax raġuni għar-riżenja tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħarsien tas-Siġar?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern waqqaf il-kumitat ad hoc dwar is-siġar, li huwa wieħed konsultattiv, wara li regolamenti tal-2011 li biddlu dawk ta’ qabilhom dgħajfu l-ħarsien tas-siġar fiż-żoni urbani. L-Onorevoli membru jaf bil-kritika qawwija li kien hemm dwar dan in-nuqqas minn professjonisti, għaqdiet mhux governattivi u l-pubbliku nġenerali.
Dan intwera biċ-ċar ukoll f’konsultazzjoni pubblika li għamel dan il-Ministeru, fejn individwi, għaqdiet u korpi kostitwiti għaddew kummenti u suġġerimenti tagħhom li komplew żiedu l-piż fuq il-kumitat konsultattiv.
Il-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatment ukoll tat sehemha f’dan il-kumitat u għalkemm kulħadd xtaq li tkompli tagħti dan is-sehem, wieħed jifhem li kulħadd għandu kull dritt li ma jkomplix bil-ħidma tiegħu fuq kull kumitat, għal raġunijiet li hu jaf aħjar. Il-Kumitat Konsultatattiv kompla bil-ħidma tiegħu u lesta x-xogħol li ġie mqabbad jagħmel. Nieħu din l-okkażżjoni biex inrodd ħajr mill-ġdid lil kull min ta l-kontribut siewi tiegħu f’dan il-kumitat.
Kumitat responsabbli miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi nazzjonali – interim report
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid ġiex ippreżentat lilu xi interim report mill-kumitat responsabbli miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi nazzjonali li se jsiru fl-2014?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li kellhom jikkuntattjawha mill-ophthalmic outpatients?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Jista’ l-Ministru jara li jerġa’ jidħol jaħdem il-ħaddiem li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien jaħdem mal-Korporazzjoni Enemalta u kien sospiż u li issa ġie lliberat mill-Qorti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta qed tevalwa l-każ imsemmi u qed tieħu l-pariri legali neċessarji. Dan qed isir skond ir-regolamenti tad-dixxiplina hekk kif stabbiliti fil-Ftehim Kollettiv.
Tqassim ta’ ikel mill-Unjoni Ewropea – każ ta’ individwu
Question
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li kull ma jieħu huma €120 u jixtieq li jibda jieħu l-ikel mqassam mill-Unjoni Ewropea?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex persuna tkun eliġibbli għall-Għajnuna tal-Ewropa triq tissodisfa t-test tal-mezzi użat sabiex tikkwalifika għall-Karta r-Roża.
Il--persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha ħames snin bla dawl u jixtieq jara kif jista’ jħallas il-kontijiet tad-dawl li għandu pendenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħti aktar informazzjoni dwar il-persuna peress li l-informazzjoni mogħtija mhux biżżejjed.