Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta – ħaddiema — inizjattivi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27799, jista' l-Ministru jassigura li kull talba sabiex ħaddiema jkomplu jistudjaw fil-livelli tad-dottorat jew post-doc tiġi aċċettata fuq l-istess livell tat-talbiet preċedenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li kull talba għal tkomplija ta’ studju tiġi kkunsidrata skont il-Ftehim Kollettiv.

Heritage Malta – Dipartiment tal-Exhibitions, Design u Upkeeping – sigħat ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ sigħat ta’ overtime li d-Dipartiment tal-Exhibitions, Design u Upkeeping fi ħdan Heritage Malta wettaq minn Diċembru 2015 sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minn Dicembru 2015 sa Novembru 2016* il-ħaddiema kollha tad-Dipartiment imsemmi għamlu 18,573 siegħa ta’ overtime bejniethom. *L-ammonti ta’ Diċembru 2016 għadhom qed jinħadmu u għadhom ma ġewx imħallsa

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali – persuna — membru f'xi bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, qattx ġiet offruta li tkun membru ta' xi bord minn kwalsijasi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Kultura?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba diġà qiegħda fid-dominju pubbliku.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #29922 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #29924 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Leg 12 PQ #29925 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

San Pawl il-Baħar – Dawret il-Qawra, Toroq il-Korp tal-Pijunieri, l-10 ta’ Frar u l-Qalb ta’ Ġesu – xogħol ta’ trinek

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta ħarġitx permessi għal xogħol ta' trinek li saru f'Dawret il-Qawra, u fil-kantuniera tat-toroq il-Korp tal-Pijunieri, l-10 ta' Frar u l-Qalb ta' Ġesu, kollha f'San Pawl il-Baħar? Jekk ħarġu tali permessi, xi spezzjonijiet saru wara biex jiġi garantit li fil-fatt ix-xogħol marbut mat-tiswija tal-istess toroq, sar kif suppost?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Dawret il-Qawra nħarġu diversi permessi li fihom ġew spezzjonati waqt it-twettiq tax-xogħol u ġie assigurat li l-immaniġġar u s-sigurtà fit-toroq ġew osservati sakemm tlesta x-xogħol bl-asfalt. Sat-tweġiba ta’ din il-Mistoqsija għad hemm permess wieħed f’Dawret il-Qawra li fuqu għaddej ix-xogħol. Fi Triq il-Qalb Ta’ Ġesu kien hemm permess wieħed maħrug li fuqu ġie spezzjonat b’mod regolari waqt it-twettiq tax-xogħol fejn jirriżulta li x-xogħol tlesta bl-asfalt. Fi Triq il-Korp tal-Pijunieri ma kienx hemm permessi maħruġa għal xogħolijiet maġġuri. Kien hemm diversi permessi maħruga għal xogħolijiet minuri ta’ tiswijiet tas-servizzi tal-ilma fejn dawn ma kienx hemm spezzjonijiet waqt it-twettiq tax-xogħol minħabba li dan ix-xogħol jitlesta fi ftit ħin. Dan ix-xogħol kollu jirriżulta li huwa kollu lest bl-asfalt.

Transport Malta – San Pawl il-Baħar – Spezzjonijiet fuq xogħol ta’ trinek u house connections

Question

Billi ripetutament fir-risposti parlamentari li jingħataw qed jingħad li Transport Malta tispezzjona x-xogħol wara li jkun ċċertifikat minn min wettqu, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet f'San Pawl il-Baħar matul l-2016, li fil-fatt xogħol ta' trinek u house connections mill-Water Services Corporation, kien sar sew? Billi ripetutament qed jingħad ukoll li hemm xi kumitat jew grupp ta' koordinament dwar tali xogħlijiet, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min huma l-membri ta' dan l-istess grupp/kumitat?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li nidderiġi lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 19629, ninforma lill-Onor. Interpellant li skont proċess maqbul bejn Transport Malta u l-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma, li ilu jintuża għal dawn l-aħħar 10 snin, il-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma għandhom il-faċilita’ sabiex jinħarġu permessi (għal house connections biss) taħt is-sistema tal-permessi ta’ Transport Malta, mingħajr ma jintuża il-proċess komplut ta’ konsultazzjoni. Dan minħabba in-numru sostanzajali ta’ permessi meħtieġa kuljum min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma. Madanakollu il-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma għandha l-obbligu sabiex taċċerta hi stess li ix-xogħlijiet mitmuma jkunu ta’ livell aċċettabli. Transport Malta tispezzjona ħsarat li jkunu ġew irrappurtati,u jekk jirriżulta li x-xogħlijiet li saru m’humiex ta’ livell aċċettabli u/jew ikunu fallew, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tiġi infurmata sabiex twettaq xogħol ta’ rimedju fi żmien stipulat. Fl-2016, id-Direttorat tat-Toroq fi ħdan Transport Malta irċieva żewġ ilmenti rigward xogħlijiet tal-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar, fejn l-istess Korporazzjoni ġiet mitluba mid-Direttorat sabiex twettaq xogħljiet ta’ rimedju.

Awtorità tad-Djar — appartament

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-appartament li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex f'idejn l-Awtorità tad-Djar? Jekk iva, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din il-proprjetà tingħata għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-appartament imsemmi huwa proprjetà tal-Gvern li tiegħu l-Awtorità tad-Djar m’għandiex il-pussess taċ-ċwievet.

Akkomodozzjoni Soċjali — persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li applikat għall-akkomodazzjoni soċjali b'applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għadha ma ġietx allokata post? Jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex din il-persuna li għandha l-kura u l-kustodja tat-tifel u kostretta tgħix mal-ġenituri tagħha u ma’ membru ieħor tal-familja f'post żgħir ħafna, ma ġietx allokata post fejn tgħix? Jista' jara li din il-persuna tingħata l-attenzjoni li jixirqilha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnha qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Belt Valletta — Awtorità tad-Djar - postijiet vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar għandha postijiet vakanti għall-akkomodazzjoni soċjali fil-lokalità tal-Belt Valletta? Jista' jgħid għaliex dawn il-postijiet għadhom vakanti jekk inhu l-każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sallum, l-Awtorità tad-Djar għandha 13-il appartament, li fil-maġġoranza tagħhom huma b’kamra tas-sodda waħda, li jinsabu f’sulari differenti fil-lokalità tal-Belt u li jistgħu jiġu allokati għall-akkommodazzjoni soċjali. Il-Bord tal-Allokazzjoni qed jevalwa u jara d-domanda u l-bżonnijiet tal-każijiet.

Belt – Valletta — Awtorità tad-Djar – postijiet vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar għandha postijiet vakanti għall-akkomodazzjoni soċjali fil-lokalità tal-Belt Valletta iżda li għandhom ħsarat konsiderevoli u li huma inabitabbli? Jista' jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar hijiex se tkun qed tagħmel ir-riparazzjonijiet meħtieġa u jekk iva, meta se jkunu qed isiru dawn ix-xogħlijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interperllant illi, il-postijiet li l-Awtorità tad-Djar għandha fil-pussess tagħha fil-lokalità tal-Belt Valletta, huma proprjetà tad-Dipartment tal-Artijiet jew tal-Uffiċċju Konġunt. L-Awtorità qed tevelwa l-passi meħtieġa dwar propjetajiet ta’ ħsarat konsiderevoli u li huma inabitabbli.

Kumpanija – Tender — Key Experts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-key experts tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għadhom kemm ingħataw tender bl-isem: MSDEC212/2016 Service tender for the collation of primary and secondary data on regular breeding and wintering bird species in the Maltese islands and compilation of Article 12 report (Birds Directive) for the 2013-2018 reporting period, including Malta Breeding Bird Atlas (2018)?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-esperti in kwistjoni.

House Visit – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir house visit lill-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 29875. Il-każ tal-persuna msemmija qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Programm tas-Sedqa – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward programm tas-Sedqa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b'mod separt qed jiġi segwit u jingħata l-għajnuna neċessarja.

Pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fejn ingħatat il-parir sabiex tapplika għall-Pensjoni tar-Romol.

Iż-Żejtun – St. Thomas More — liftijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm liftijiet fl-Iskola Sekondarja St. Thomas More taż-Żejtun għal dawk il-klassijiet li jinsabu mhux fuq l-ewwel (jew iktar) sular għall-aċċessibilità għall-istudenti jew staff b’diżabilità?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-Iskola Sekondarja San Tumas More taż-Żejtun bħalissa ma hemmx liftijiet. Hemm pjanijiet li jiġi installat lift f’kull blokk. L-ewwel lift li se jiġi installat se jkun dak ta' Blokk 4 peress li l-iktar li għandu sulari fih.