Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar – membri tal-bord

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tal-Awtorità tad-Djar minn kemm ilu maħtur s’issa?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Awtorità tad-Djar iltaqa’ tlettax-il darba minn meta kien maħtur voldieri 1 ta’ Mejju 2013.

Awtorità tad-Djar – allokazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm għamlet allokazzjonijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali minn Marzu 2013 lil hawn l-Awtorità tad-Djar? Kemm ilhom fuq il-lista dawn il-persuni? Minn liema kategorija tal-lista ġejjin? Tista’ tgħid lokalità b’lokalità minn liema lokalitajiet ġejjin il-persuni li ngħataw dawn l-akkomodazzjonijiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu sallum saru 33 allokazzjoni li min dawn kien hemm sitta (6) li ġew rifjutati. Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni ta’ kemm ilhom applikati dawn l-applikanti.

Awtorità tad-Djar – skambji ta’ akkomodazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il skambju ta’ akkomodazzjoni soċjali għamlet l-Awtorità tad-Djar minn Marzu 2013 ’l hawn? Minn fejn u għal liema lokalità saru dawn l-iskambji?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mid-9 ta’ Marzu 2013 s’issa l-Awtorita’ tad-Djar approvat dawn l-iskambji: Saru l-kuntratti: 2 Bdil minn Paola ghal Bormla u vice versa Bdil minn B’Kara ghal Gzira u vice versa Bdil li mhux ser iseħħ: 1 Bdil minn Valletta ghal Zurrieq u vice versa Bdil li ghadhom jistennew biex jagħmlu l-kuntratt*: 3 Bdil minn Valletta ghal Valletta u vice versa Bdil minn Bormla ghal Bormla u vice versa Bdil minn Sta Venera ghal Gzira u vice versa *Id-dati ta’ dawn il-kuntratti ġew iffissati u ser issiru fil-jiem li ġejjin.

Awtorità tad-Djar – recognitions

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm l-Awtorità tad-Djar għamlet recognitions minn Marzu 2013 ’l hawn? Minn fejn huma bħala lokalità? Kemm ilhom fuq il-lista?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar irrikonoxxiet 23 każ u saru 23 kuntratt ta’ kirja ta’ rikonoxximent u l-lokalitajiet huma kif muri fit-tabella hawn taħt: Lokalita’ Total Isla 3 Birgu 3 Valletta 5 Rabat 1 San Gwann 1 Tarxien 1 M’Xlokk 1 Sta Lucia 1 Hamrun 1 Qormi 1 Pembroke 1 B’Kara 3 Lija 1 Total 23 L-applikanti li japplikaw għar-rikonoxximent japplikaw biss meta l-każ jiġi milqugħ mill-board. Għaldaqstant dawn ma jkunux applikanti minn qabel.

Awtorità tad-Djar – appartamenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fl-liema stadju jinsabu l-appartamenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? X’qed iżomm li dawn jitlestew? Meta se jitlestew?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar ħarget tender biex jitlestew l-appartamenti fi blokk imsemmi fid-9 ta’ Novembru 2012. Għalkemm iż-żmien li jintlaqgħu l-offerti għalaq fl-20 ta’ Dicembru 2012, il-proċess biex jingħata t-tender għadu ma giex konkluz minħabba proċeduri ta’ appell li tawlu ħafna l-process. Bħalissa, l-aħħar rapport ta’ evalwazzjoni li sar mill-Awtorita’ tad-Djar qiegħed għand id-Dipartiment tal-Kuntratti għad-deċizjoni tal-Kumitat Generali tal-Kuntratti.

Korp tal-Pulizija – sigħat ta’ xogħol ta’ kuntistabbli u surġenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa qed jaħdem effettivament fil-ġimgħa kull kuntistabbli u surġent, meta wieħed jinkludi wkoll il-ħin li jqatta' fl-Akkademja tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija qed jaħdmu 46 siegħa fil-ġimgħa, inkluż il-ħin assenjat għall taħriġ kif ikun meħtieg.

SAG – VIP Protection — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura għandhom il-Pulizija tal-SAG għall-VIP Protection?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-SAG ilha ma teżistiex mill-1 ta’ Lulju 2013 wara li din l-iskwadra ġiet amalgamata fir-Rapid Intervention Unit.

Cyber Crime Unit – persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija preżentement stazzjonati fis-Cyber Crime Unit tal-Pulizija? Kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reati konnessi ma' cyber crime fis-sena 2011, 2012 u sal-lum fl-2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm sitt membri tal-Korp tal-Pulizija stazzjonati fis-Cyber Crime Unit. Minħabba x-xogħol li dejjem qed jiżdied f’dan il-qasam, bħala parti mill-proċess biex jisaħaħ il-Korp tal-Pulizija b’riżorsi umani, qed ikun maħsub li din is-sezzjoni ukoll fi ħdan il-pulizija tissaħaħ aktar. Infurmat ukoll illi l-persuni mressqa quddiem il-Qorti matul dawn l-aħħar tlett snin b'reati konnessi ma' cyber crime kienu kif gej: Sena Total ta Persuni 2011 30 2012 27 2013 20

Korp tal-Pulizija — servizz fl-Open Centres u f'postijiet ta’ detenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Pulizija jinsab preżentament iservi fl-open centres u postijiet oħra ta' detenzjoni/sorveljanza ta' immigranti irregolari?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi ma hemm ebda membru tal-Korp tal-Pulizija li preżentament qed iservi fl-open centres jew f’postijiet oħra ta' detenzjoni/sorveljanza ta' immigranti irregolari

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm minn dawn huma gwardjani (correctional officers)? Kemm minn dawn huma special response team? Kemm minnhom jaħdmu fl-uffiċini amministrattivi? Kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin hemm jaħdmu: 202 Total ta’ Impjegati 155 Gwardjani (Correctional Officers) 25 Nisa 130 Rġiel 16 Special Response Team 0 Nisa 16 Rġiel 6 Fl-uffiċini Amministrattivi 4 Nisa 2 Rġiel

Korp tal-Pulizija — spetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spettur hemm f'kull diviżjoni tal-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 92 spettur imqassmin fid-diversi taqsimiet tal-Korp, kif jidher fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Konsulenza

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-kumpanija li għaliha qed terreferi l-Mistoqsija Parlamentari ngħatat xogħol b'Direct Order għall-servizzi legali. Xogħol li sar f'Lulju tal-2010 kien jammonta għall- Euro 236 u f'Jannar tal-2013 għall figura ta'Euro 141.60.
Leg 12 PQ #4009 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Xogħol mogħti lil individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013 mill-Uffiċċju tiegħu u entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid jekk f’kull każ, ix-xogħol ingħatax b’direct order jew wara li saret sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kienet l-ispiża? F’kull każ, min awtorizza li jsir il-ħlas? F’kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Xogħol mogħti lil individwu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu u entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid jekk f’kull każ, ix-xogħol ingħatax b’direct order jew wara li saret sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kienet l-ispiża? F’kull każ, min awtorizza li jsir il-ħlas? F’kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma ngħatatx ebda konsulenza lill-kumpanija konċernata fil-perjodu msemmi.
Leg 12 PQ #4011 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xogħol mogħti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu u entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid jekk f’kull każ, ix-xogħol ingħatax b’direct order jew wara li saret sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kienet l-ispiża? F’kull każ, min awtorizza li jsir il-ħlas? F’kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeu ma tax xogħlijiet lill-persuna/kumpanija msemmija matul iż-żmien indikat mill-Onor Interpellant.
Leg 12 PQ #4012 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — xogħol mogħti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu u entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid jekk f’kull każ, ix-xogħol ingħatax b’direct order jew wara li saret sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kienet l-ispiża? F’kull każ, min awtorizza li jsir il-ħlas? F’kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xogħol mogħti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu u entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid jekk f’kull każ, ix-xogħol ingħatax b’direct order jew wara li saret sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kienet l-ispiża? F’kull każ, min awtorizza li jsir il-ħlas? F’kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament ingħatat xogħolijiet kemm minn Transport Malta kif ukoll mill-Grand Harbour Regeneration Corporation. Bejn is-snin 2010 u 2013 Transport Malta għamlet użu mis-servizzi ta’ din il-kumpanija kif ġej: Sena € 2010 €2,787.72 2011 €27,563.88 2012 €121,629.56 2013 (sa Marzu) €35,660.50 Ix-xogħlijiet li ngħataw ġew awtorizzati miċ-Chairman ta’ dak iż-żmien, Mark Portelli. Ix-xogħlijiet jinkludu kiri ta’ tined f’diversi interchanges, kif ukoll kiri ta’ mobile toilets u tindif ieħor. L-ispiża għas-servizzi li ingħatat Transport Malta tammonta għal xejn inqas minn €187,641.66 u kollha ġew mogħtija b’direct order. Fir-rigward tal-Grand Harbour Regeneration Corporation, l-użu tas-servizzi minn din il-kumpanija kien kif ġej: Sena € 2009 €17,813.96 2010 €916.46 2011 €13,365.55 2012 €5,556.00 L-ispiża għas-servizzi li ngħatat GHRC tammonta għal €37,651.97 u ġew mogħtija kollha b’sistema ta’ direct order. Bejn Transport Malta u l-GHRC, l-ispiża totali għas-servizzi mogħtija tammonta għal €225,293.63. L-informazzjoni dettaljata ta’ kull servizz li ngħata qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ilma mill-Water Table u mir-reverse osmosis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jittella' ilma mill-water table kuljum? X'persentaġġ tal-water table qed jintuża? Jista’ jgħid jekk hemmx ippjanati fondi mill-Unjoni Ewropea kemm għall-water table kif ukoll għall-manutenzjoni tar-reverse osmosis? Kemm jiġi ġġenerat ilma kuljum mir-reverse osmosis? Kemm hija l-ispiża biex jiġi ġġenerat dan l-ilma mir-reverse osmosis kull sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-water table jittella’ 32,700m3 (tnejn u tletin elf, u seba’ mitt metru kubu) ta’ ilma kuljum. Il-persentaġġ li qed jintuża huwa dak ta’ 38.6% (tmienja u tletin punt sitta fil-mija) fuq l-ilma kollu li nipproduċu. Inħarsu lejn kull possibilita’ li jinġiebu fondi mill-Unjoni Ewropea. Kuljum qed jiġi ġġenerat 52,000m3 (tnejn u ħamsin elf metru kubu) ta’ ilma mill-impjanti tar- Reverse Osmosis . L-ispiża biex jiġi ġġenerat dan l-ilma mir- Reverse Osmosis għas-sena 2012 kienet ta’ €16,505,860. (sittax-il miljun, ħames mija u ħamest elef, tminn mija u sittin Ewro).
Leg 12 PQ #4101 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għat-Turiżmu

Reklamar ta’ mużewijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa biex nirreklamaw il-mużewijiet u s-siti arkeoloġiċi kollha fl-industrija tat-turiżmu? Liema mużewijiet huma l-aktar li jiġu rrekklamati barra pajjiżna?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu tesegwixxi programm estensiv ta’ promozzjoni f’bosta swieq madwar id-dinja. Il-promozzjoni f’dan il-programm hi mfassla skont l-interessi diversi li għalihom turist iżur il-gżejjer tagħna. Naturalment l-element kulturali jassumi parti importanti ħafna fis-selezzjoni ta’ motivazzjonijiet li għalihom iħajjru turist iżur pajjiżna. Għaldaqstant il-promozzjoni ġenerali li twettaq l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu tinkorpora fiha b’mod dirett l-aspetti kulturali kollha li joffri pajjiżna, inkluż il-mużewijiet u s-siti arkeoloġiċi. Minħabba li l-qafas tal-promozzjoni hu wieħed ġenerali huwa diffiċli li wieħed jikkwantifika n-nefqa fuq turiżmu kulturali b’mod separat.

Ċentri tad-Detenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li jinfetħu aktar ċentri tad-detenzjoni għall-immigranti irregolari meta dawk eżistenti jkunu mimlija, u liema naħat f’Malta qed jiġu kkunsidrati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

M’hemm l-ebda pjanijiet biex jinfetħu aktar ċentri ta’ detenzjoni għall-immigranti irregolari. Meta tqis l-popolazzjoni ta’ Malta, il-fatt li għandna żewġ ċentri ta’ detenzjoni huri ċar li pajjiżna qed jitgħabba aktar milli jiflaħ bil-problema tal-immigrazzjoni li hi problema ewropea. Is-soluzzjoni għal-immigrazzjoni mhijiex il-ftuħ ta’ aktar ċentri ta’ detenzjoni imma ta’ azzjoni konkreta mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.