Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4526 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali – safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru tiegħu fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4627 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – konsulenti – estenzjoni ta' kuntratti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk mit-12 ta' Marzu 2013 ’l hawn kinux estiżi kuntratti ta' konsulenza mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista’ jikkonferma jekk il-kuntratti oriġinali li ġew estiżi kinux għall-perijodu definit jew jekk kellhomx xi klawsola li tali kuntratt jista’ jiġi estiż? Liema huma l-konsulenti li kellhom il-kuntratt estiż, għalkemm tul ta' żmien u kemm se tiswiha lill-Awtorità tali estensjoni? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti oriġinali u kopja tal-estensjonijiet li ħarġu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mit-12 ta' Marzu 2013, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar estendiet kuntratt wieħed, dak ta' konsulenza legali mal-kumpanija Abela Advocates. Il-kuntratt oriġinali kien għal perijodu definit u kien jinkludi klawsola li tgħid li dan il-kuntratt jista' jiġi estiż ġaladarba jkun hemm qbil min-naħa tal-Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Fit-12 ta' Marzu l-MEPA sabet ruħha b'kuntratt illi kien jiġi estiż mingħajr approvazzjoni ta' xejn u għalhekk, bil-kontra ta’ dak li kien isir qabel, talbet l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, liema approvazzjoni ngħatat mill-Ministeru tal-Finanzi fit-2 ta Lulju 2013 u għalhekk ġie ffirmat kuntratt ġdid estiż għal tlett snin sa Diċembru 2015.
Leg 12 PQ #4628 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – konsulenti — kuntratti ġodda

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk mit-12 ta' Marzu 2013 ’l hawn ingħatawx kuntratti ġodda ta' konsulenza mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Għal kemm tul ta' żmien ġew mogħtija dawn il-kuntratti? Dawn il-kuntratt saru għal perijodu definit jew indefinit? Min huma l-konsulenti li ngħataw dawn il-kuntratti, għalkemm tul ta' żmien u kemm se jiswewa lill-Awtorità dawn il-kuntratti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-kuntratti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma tabella bid-dettalji mitluba. Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' Wardell Armstrong. Il-kopja tal-kuntratti l-oħra msemmija tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra mat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 319 u 2533.

Enemalta – ħaddiema li se jiġu redundant

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 973, u fid-dawl li parti mill-Korporazzjoni Enemalta se tiġi pprivatizzata, jista’ l-Ministru jgħid x' se jsir mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta li se jiġu redundant mill-power station tal-Marsa u mill-power station ta' Delimara Phase I?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta mhux ser tkun qed tagħmel redundancies minn fost il-ħaddiema tagħha.
Leg 12 PQ #4630 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – rati ta' żvilupp

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2933, jista’ l-Prim Ministru jgħid xi kriterji ntużaw, min fassalhom u min kien responsabbli għalihom biex ġie deċiż li r-rati għall-iżvilupp kummerċjali raħsu b'55%, filwaqt li r-rati għall-iżvilupp residenzjali raħsu bi 8% biss?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2933.
Leg 12 PQ #4631 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – roħs fuq kontijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2934, peress li l-Avviż Legali 126 tat-2013 ġab traħħis fit-tariffi tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u peress li affettwat l-applikazzjonijiet kollha li għadhom ma ġewx validati u jinqasmu fi tliet kategoriji: a) dawk li ħarġilhom il-kont u ħallsuh; b) dawk li ħarġilhom il-kont u għadhom ma ħallsuhx; u ċ) dawk l-applikazzjonijiet il-ġodda li għadu ma ħarġilhomx kont, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi stmata li se tiswa lill-Awtorità biex tagħti l-flus lura lill-applikanti li diġà ħarġilhom il-kont u ħallsuh u liema huma dawn l-applikazzjonijiet, inkluż id-dettalji ta' min hu l-klijent, min hu l-perit responsabbli, x' tip ta' xogħol se jsir u fejn hu propost li jsir ix-xogħol, inkluż l-ammont li se jingħata lura?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2934.
Leg 12 PQ #4632 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – roħs fuq kontijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2935, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi stmata li se titlef mid-dħul tagħha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fuq dawk il-kontijiet li kienu diġà ħarġu u issa qed jiġu riveduti, u liema huma dawn l-applikazzjonijiet inkluż id-dettalji ta' min hu l-klijent, min hu l-perit responsabbli, x' tip ta' xogħol se jsir u fejn hu propost li jsir ix-xogħol inkluż l-ammont li se jingħata lura? Kemm hi stmata li se titlef fir-revenue tagħha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq dawk l-applikazzjonijiet il-ġodda li għadu ma ħarġilhomx kont u liema huma dawn l-applikazzjonijiet inkluż id-dettalji ta' min hu l-klijent, min hu l-perit responsabbli, x' tip ta' xogħol se jsir u fejn hu propost li jsir ix-xogħol inkluż l-ammont li se jiġi ffrankat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2934.
Leg 12 PQ #4722 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il talba taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (FOIA) saret minn mindu daħlet fis-seħħ il-liġi, maqsumin skont l-awtorità pubblika li minnha ntalbet l-informazzjoni? Kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati minnufih? Kemm minn dawn it-talbiet ġew irrifjutati fl-ewwel istanza? Kemm minn dawn it-talbiet li ġew irrifjutati, ġew appellati mal-istess awtorità u kemm minnhom reġgħu kienu rrifjutati? Kemm irċieva lmenti l-Kummissarju tal-Informazzjoni u Protezzjoni tad-Data fuq talbiet FOIA li ġew irrifjutati? Kemm-il deċiżjoni tal-Kummissarju ġew appellati fit-tribunal, u kemm minn dawn id-deċiżjonijiet ġew ikkonfermati minn dawn it-tribunal?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni dwar l-Att dwat il-Liberta’ tal-Informazzjoni għar-rigward tal-awtoritajiet pubbliċi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru mitluba qed nagħtiha f’Tabella A. Għar-rigward ta’ awtoritajiet pubbliċi oħra nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri individwalment.

Kunċert mit-Tenur Joseph Calleja

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex il-kunċert tat-tenur Joseph Calleja fuq il-fosos ikun miftuħ għall-pubbliku mingħajr ħlas? Tista' tispeċifika kemm se jħallas il-Gvern lill-organizzaturi sabiex il-membri tal-udjenza li se jkunu bilwieqfa jidħlu b'xejn? Tista' tgħid kemm tneħħew postijiet standing potenzjali mill-pjan oriġinali tal-organizzaturi tal-kunċert sabiex jinbiegħu biss il-biljetti għas-siġġijiet u l-kumplament jidħlu b'xejn?

Response (DALLI, HELENA)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat

Learning Support Assistant – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ omm li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li qed titlob learning support assistant għat-tifel tagħha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ġenitur indikat ġie kkuntattjat.

Djar tal-Anzjani — każ ta' individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara jekk hux possibbli li l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul fejn hemm ir-raġel tagħha peress li għandha 88 sena u qed issibha diffiċli biex tmur iżżuru?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuna msemmija sarilha assessment mit-Tim Multidixxiplinarju fid-13 ta’ Settembru 2013 u fit-18 ta’ Ottubru 2013 fejn ġie deċiz li l-applikazzjoni biex tiġi ammessa fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul hija ta’ Priorita’ Media. B’hekk din l-applikazzjoni tqiegħedet fil-lista ta’ stennija biex tkun annessa skond l-urġenza tal-Każ.

Manutenzjoni – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li ssir tiswija ta’ gallarija tal-appartament li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistqosija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Sigurtà Soċjali — każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema minħabba sigurtà soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Sigurtà Soċjali — każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema minħabba sigurtà soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Pensjoni — każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema li tirrigwarda l-pensjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #5060 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb 4727 u jgħid jekk hux vera li s-servizzi fil-komunità tas-saħħa mentali se jinfirdu mill-Isptar Monte Karmeli?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li dawn huma servizz ħolistiku wieħed, tant hu hekk li għandhom clinical diretion waħda u vot ta’ flus wieħed.
Leg 12 PQ #5061 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diviżjoni tas-Saħħa — diretturi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4417 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se joħorġu r-riżultati għall-post ta’ diretturi fid-Diviżjoni tas-Saħħa li l-interviews tagħhom ġà saru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-eżitu tal-proċess tal-għażla għal karigi ta’ Direttur ma joħroġx fil-forma ta’ riżultat iżda jiġi ikkomunikat direttament lill-applikanti. Fil-każ tal-karigi li rrefera għalihom l-Onor Interpellant, dan mistenni jsir fil-ġimgħat li ġejjin. Waqt li sa qabel Marzu li għadda l-proċess kollu tal-għażla ta’ Diretturi kien jieħu mas-sitt xhur, meta l-aktar li kienu joħorġu kienu 30 post, illum b’mal-mitt post, il-proċess kollu lanqas sa jkun ħa 3 xhur.

Residenza San Vinċenz de Paul — wardens

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux vera li ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul se jibda jkun hemm il-wardens? Jekk iva, tista’ tikkonferma jekk dawn intalbux mit-tmexxija l-ġdida tar-Residenza San Vinċenz de Paul? Min se jħallas għas-servizzi ta’ dawn il-wardens?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Taqsima tas-Sigurtà tar-Residenza San Vinċenz de Paul intalbet biex tassigura li l-parkeġġ tal-vetturi jsir fil-post allokat għalihom. Bħalma jsir f’każijiet oħjran fejn tkun qed tinkiser il-liġi, il-Pulizija jew il-Gwardjani Lokali jistgħu jissejħu fuq il-post biex jittieħdu l-passi neċessarji. Huwa imperattiv li f’postijiet bħalma hija din ir-residenzja jiġi assigurat li ebda vettura ma tkun ipparkjata f’postijiet li jistgħu jkunu ta’ detriment għas-saħħa tar-residenti.

Dħul ta’ anzjani f’djar u residenzi għall-anzjani

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-professjonisti u l-membri tat-tim multidixxiplinarju li assuma r-rwol tal-admission board biex jagħmel assessment u jara l-anzjani li jkunu applikaw biex jidħlu f’dar/residenza għall-anzjani?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjonijiet ta’ anzjani biex jiġu ammessi f’residenza għall-anzjani qed jiġu assessjati minn timijiet multi-dixxiplinarji fl-Isptar Karin Grech magħmula minn speċjalisti fil-qasam tal-anzjani, occupational therapists, fiżjoterapisti, infermieri, social assitants u ħaddiema soċjali. Dawn flimkien qegħdin jipprovdu assessjar komprensiv u ‘scoring’ skont prassi internazzjonali. Dan skont rakkamondazzjonijiet ripetuti tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u inpartikulari għar-rapport ta’ l-istess Awditur Ġenerali tal-2003, u bit-titolu ‘The Quality of Life for the Elderly at St Vincent de Paule Resident, li sfortunatament kienu għadhom qegħdin jiġu injorati sa ftit tax-xhur ilu.