Legislature:
Category:
Reset
Active:

Carers barranin fid-djar Maltin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn nies ta' nazzjonalità barranija li qed jaħdmu bħala carers fid-djar Maltin? Jista’ jgħid jekk is-salarju tagħhom jaqax taħt xi kategorija partikolari?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Ċensura fuq logħob elettroniku

Question

Jista’ l-Ministru jekk teżistix xi forma ta' ċensura fuq logħob elettroniku li jista' jkun meqjus bħala vjolenti jew għandu messaġġ vjolenti speċjalment għat-tfal? Fid-dawl ta' dan kollu, jeżisti xi tip ta' kontroll?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Persuni homeless

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn persuni bla saqaf (homeless) ġewwa pajjiżna? X'qed isir biex tiġi indirizzata din il-problema? Tista’ tgħid jekk hemmx statistika li turi minn liema naħat qed jiġu identifikati dawn il-homeless?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tibdil fil-liġi għall-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk hemmx il-ħsieb li jsir tibdil fil-liġi biex meta persuna tapplika għal impjieg, mistoqsijiet fuq tqala u menstruazzjoni jiġu mħollija barra totalment għax huma diskriminatorji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat, jiġifieri lill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li n- National Employment Authority , li bħala awtorita' taqa' fi ħdan id-dekasteru tiegħi, dejjem tikkunsidra dawn id-dettalji waqt is-smigħ tal-appelli li jkollu l-Bord. Dan biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet kemm tal-ħaddiem kif ukoll ta' min iħaddem.

Kirjiet ta’ postijiet jew appartamenti residenzjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif jiġu kkalkulati l-kirjiet ta’ postijiet jew appartamenti residenzjali tal-Gvern? Dawn ivarjaw skont il-lokalità jew is-sitwazzjoni tal-individwu? Xi dħul għandu l-Gvern fis-sena minn dawn il-kirjiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kirjiet ta’ postijiet jew appartamenti residenzjali tal-Gvern għalina qed jiġu kkalkulati skont:- § in-numru tal-kmamar tas-sodda, § il-lokalita’ tal-fond u § d-dħul tal-inkwilini. Is-sussdiju jingħata skont it-tabella t’hawn taħt Dhul Annwali(€) Sussidju 0,000 – 6000 85% 6,001 - 8,000 80% 8,001 -10,000 75% 10,001 u aktar 70% Dan sakemm ma titlesta l-policy għal kirjiet soċjali li qed tkun zvilupatta mill-Awtorita’ tad-Djar. Dan qed isir anke f’kuntest ta’ l-istrategija għal housing soċjali li qed tinbena minn dan il-Ministeru.

skejjel — Programmi kontra l-vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux programmi fl-iskejjel kontra l-vjolenza domestika? Jekk le, hemm xi ħsieb li jiġu introdotti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz għall-protezzjoni tat-tfal (Child Safety Services) li tifforma parti minn Safe School Programmes fi ħdan is-Servizz Psiko-Soċjali għall-istudenti tagħmel xogħol ukoll fuq livell ta’ prevenzjoni. Dan jinkludi sessjonijiet ta’ għarfien mal- ġenituri u sessjonijiet ta’ prevenzjoni u għarfien mal-istudenti tar-raba’ sena fl-iskejjel primarji kollha tal-istat f’Malta u Għawdex bl-isem ‘How to keep safe’. Il-programmi għandhom l-għan li jagħtu lill-istudenti t-tagħrif meħtieġ fuq abbuż tat-tfal u l-għodda meħtieġa biex jipproteġu ruħhom. Il-vjolenza domestika wkoll tiġi ndirizzata għax taqa’ taħt l-aspett ta’ abbuż fiżiku. Dawn il-programmi jiġu offruti wkoll fil-livell sekondarju fuq talba mill-iskejjel infushom. Għalkemm ma jeżisti l-ebda programm speċifiku fl-iskejjel kontra l-vjolenza domestika, fil-Personal and Social Development l-għalliema jirreferu għar-rispett reċiproku li għandu jkun hemm fir-relazzjoni ta' bejn il-mara u r-raġel.
Leg 12 PQ #4208 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Primary Health Care — Kap Eżekuttiv – kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jagħmel ix-xogħol ta’ Kap Eżekuttiv tal-Primary Health Care u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-persuna konċernata, jgħid kif intgħażlet u jipprovdi wkoll il-kwalifiċi u l-esperjenza tal-istess persuna?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kura Primarja għanda Kap Eżekuttiv u ntagħżel minħabba l-ħiliet u l-esperjenza li għandu fil-qasam tal-kura komunitarja. Hu kien jokupa kariga għolja fil-managment minn sa Mejju 2012 fejn kien Assistent Direttur fil-kura Primarja.
Leg 12 PQ #4209 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Kunsill għall-Qwiebel u l-Infermiera — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Kunsill għall-Qwiebel u l-Infermiera mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn Marzu sas- 16 ta’ Ottubru 2013, Il-Kusill għall-Infermiera u Qwiebel iltaqa’ tlett darbiet.
Leg 12 PQ #4210 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – Segretarjat Privat — Staff complement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istaff complement tas-Segretarjat Privat tiegħu huwiex konformi mal-linji gwida maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għal dan il-għan, u għal kull pożizzjoni li hemm mimlija sal-lum jgħid jekk il-persuna ġietx ingaġġata mis-settur pubbliku, mis-settur privat jew jekk il-persuna kinitx bla impjieg?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ninsab f’mistoqsija parlamentari numru 103 u 285.
Leg 12 PQ #4211 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jekk ingaġġax konsulenti skont il-provvedimenti tad-dokument maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bl-isem ħlasijiet lill-konsulenti f’ministeri datat Mejju 2013? Jekk iva, jista’ jagħti l-lista tagħhom u liema kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni u benefiċċji japplikaw għalih?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ninsab f’mistoqsija Parlamentari numru 4153.
Leg 12 PQ #4212 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Kunsill għall-Qwiebel l-Infermiera – persuni appuntati

Question

B’referenza għal dak li ġie ppubblikat f’The Malta Independent tal-10 ta’ Settembru 2013, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li ġiet appuntata persuna addizzjonali fuq il-Kunsill għall-Qwiebel u l-Infermiera u jekk iva x’kienet din ir-raġuni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-persuna li kienet appuntata addizzjonali, jirriżulta li kien żball ġenwin li kkoreġejnieħ fl-iqsar żmien possibli.
Leg 12 PQ #4321 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Implimentazzjoni ta’ tracking fuq mediċini

Question

B’referenza għal dak li ġie rrappurtat f’The Times tal-10 ta’ Settembru 2013 fejn intqal li se tiddaħħal sistema ta’ tracking ta’ mediċini, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-implimentazzjoni ta’ dawn is-sistemi u proċessi li se jiddaħħlu? Meta se tibda topera? Kemm se tiswa? Kif se tiġi żviluppata u implimentata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-sistemi fl-isptarijiet għadhom standalone u m’hemmx aċċess tad-data. L-impenn ta' dan il-Gvern huwa li jkollu sistemi ta' tracking tal-medicina,sa minn meta tinxtara, sa kemm tasal għand il-pazjent. Is-sistemi se jiġu implimentati b’mod illi d- data tkun inter-operable biex tkun faċli li jsiru analiżi bżonjużi. Kieku kien hemm dan il pjan holistiku mill-amministrazzjonj preċedenti ħafna mill- probemi fil-mediċini kienu jiġu evitati. Infurmat ukoll li sistema ta kif se topera u ta kemm ġeja tiswa għadha qed tiġi analizzata.

UNFCCC — Conference of the Parties

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux biħsiebu jattendi l-Conference of the Parties tal-UNFCCC f’Varsavja dwar it-tibdil fil-Klima? X’outcomes qed jistenna mill-istess konferenza? Jista’ jgħid liema punti fl-aġenda tal-COP jħoss li għandhom l-iktar influwenza diretta fuq Malta?

Response (BRINCAT, LEO)

Nikkonferma illi ser nattendi l-Konferenza tal-UNFCCC f’Varsavja. Kull min isegwi dawn in-negozjati jaf li l-andament għal ftehim konkret biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima mhuwiex għaddej bir-ritmu mixtieq. L-agenda tal-COP tinkludi ħafna elementi, fosthom dawk marbutin mal-iffinanzjar għall-azzjonijiet, t-teknoloġija, progress dwar l-implementazzjoni u capacity buildingli lkoll huma t’interess għal Malta. Madanakollu l-iktar element li ser jinfluwenza direttament lil Malta huma d-diskussjonijiet dwar l-ftehim post 2015.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – Reklutaġġ ta’ professjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm fi ħdan il-Ministeru biex jimtlew il-vakanzi ta’ professjonisti fil-Ministeru u entitajiet dipendenti?

Response (BRINCAT, LEO)

Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant, hemm proċedura stabbilita ta’ kif jimtlew vakanzi mal-Gvern permezz tal-eżerċizzju tal-capacity building bl-involviment tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-PAHRO. Barra minn hekk il-proċess ta’ identifikazzjoni ta’ vakanzi huwa wieħed dinamiku għaliex wieħed ikun irid jadatta ruħu għaċ-ċirkustanzi. Sadanittant il- Management Efficiency Unit ser jagħmel operations review tal-Uffiċju tas-Segretarjat Permanenti li fost affarijiet oħra huwa maħsub li jidentifika x’vakanzi hemm bżonn jimtlew.

Fondi għall-adatazzjoni għat-tibdil fil-klima

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux se jerġa’ jgħaddi fondi lill-entitajiet li jaħdmu f’pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-adatazzjoni minħabba tibdil fil-klima bħalma ġara bejn l-2010 u l-2012?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-flus li ħalset Malta bejn is-snin 2010 u 2012 kienu fil-fatt parti mill-pledge li għamlet Malta fl-2009 taħt il-pakkett Fast-Start Finance li kien maqbul bejn il-pajjiżi hekk msejħa żviluppati. Filwaqt li nikkonferma l-impenn tal-Gvern li jkun parteċipi f’inizjattivi bħal dawn, d-deċiżjoni jekk jerġgħux jinagħtaw fondi tiddependi ħafna fuq il-budget li jkun hemm għad-dispożizzjoni tiegħi.

UNFCCC – rapport fuq tibdil fil-klima

Question

B’referenza għar-rapport dwar Malta li l-UNFCCC ippubblikat f’Marzu 2013 b’numru ta’ rakkomandazzjonijet speċifiċi marbuta ma’ tibdil fil-klima, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet qegħdin jiġu implimentati fis-sistemi użati?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li r-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapport qegħdin jiġu kkunsidrati fl-ambitu ta’ proċess li mistenni jwassal biex tiġi stabbilita ‘National System for the Estimation of Greenhouse Gas Emissions and Removals’ skont ir-rekwiżiti internazzjonali. Dan il-proċess qiegħed jitmexxa mill-Ministeru tiegħi b’għajnuna mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi u entitajiet oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – safar

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru tiegħu fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej – safar

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru tiegħu fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4525 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru tiegħu fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.