Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5322 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Skema għal Turiżmu Sostenibbli

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx applikazzjonijiet għal fondi taħt ir-raba sejħa tal-iskema għat-turiżmu sostenibbli li se jiġi affetwati negattivament minħabba id-dewmien fl-evalwazzjoni? Jista' jikkonferma li wħud mill-proġetti ma jistgħux isiru fit-totalità jew parzjalment għax ma baqax żmien biżejjed biex isir il-proġett kif pjanat?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5321.
Leg 12 PQ #5323 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunċert tal-MTV

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-kunċert tal-MTV hux se jsir is-sena d-dieħla? Jekk iva, jista' jagħti d-data ta' meta se jsir il-kunċert?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħas-snin preċedenti bħalissa għaddejin diskussjonijiet mal-MTV dwar il-kunċert. Kif jiġu konklużi dawn in-negozjati tkun tista’ tingħata iktar informazzjoni.

Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur – rapport

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport imħejji mill-kumpanijali isimha qiegħed jintbagħat separatament dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur liema rapport ġie diskuss waqt il-laqgħa tal-Bord tal-Awtorità ta’ Malta f'Awwissu li għadda?

Response (DALLI, HELENA)

Ir-rapport finali li għalih qed tirreferi l-Onor Interpellant għadu ma ġiex diskuss mill-Board of Governors. S’issa ġie diskuss biss rapport preliminarju billi f’dak l-istadju ir-rapport ma kienx għadu finalizzat.

Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur – spezzjonijiet fuq ħwienet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet mill-ispetturi tal-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur fix-xhur ta' bejn Mejju u Awwissu li għadda biex jaraw li l-ħwienet tal-merċa għandhom il-prezzijiet indikati kif titlob il-liġi? Tista' tindika kemm saru spezzjonijiet xahar b'xahar u f'liema lokalitajiet saru, kif ukoll kemm-il ħanut instab mingħajr prezzijiet indikati kif titlob il-liġi? X'azzjonijiet ittieħdu mill-Awtorità f'dan ir-rigward?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onerevoli Interpellant Ii n-numru ta’ spezzjonijiet li saru mill-ispetturi tal-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur bejn Mejju u Awwissu 2013 fil-ħwienet tal-merċa fir-rigward ta’ prezzijiet indikati jammontaw għal 1,811 fejn minnhom 1,746 ħanut instabu konformi mar-Regolamenti dwar Prezzijiet Indikati skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, filwaqt li 65 instabu mhux konformi. It-tabella t’hawn taħt turi l-ispezzjonijiet li saru xahar b’xahar. Xahar Numru ta' Spezzjonijiet Konformi Mhux Konformi Mejju 436 432 4 Ġunju 217 215 2 Lulju 507 486 21 Awwissu 651 613 38 Dawn l-ispezzjonijiet saru f’diversi bliet u rħula li jinkludu B’Bugia, B’Kara, Fgura, Hamrun, Luqa, M’Scala, Mellieħa, Mosta, Naxxar, Qormi, San Ġwann, Santa Luċija, Sliema, Swieqi, Tarxien, Valletta u Żurrieq f’Malta, filwaqt li f’Għawdex saru spezzjonijiet ġewwa Fontana, Għajnsielem, Għarb, Għasri, Kerċem, Munxar, Nadur, Qala, Rabat, San Lawrenz, Sannat, Xagħra, Xewkija u Żebbuġ. Dawk il-ħwienet li nstabu mhux konformi ingħataw twissija verbali jew bil-miktub. Ġranet wara reġgħet saret spezzjoni fil-ħwienet tagħhom fejn instab li kienu kkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-liġi.

Awtorità ta Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur — spetturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha spetturi l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur? Tista' tgħid kemm minnhom jaħdmu fuq bażi full-time u xi kwalifiċi għandhom l-ispetturi kollha tal-Awtorità?

Response (DALLI, HELENA)

L-Awtorita’ għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għandha 11 il-spettur full-time u 21 spettur part-time. Il-kwalifiċi jvarjaw minn xjentisti, inġiniera, uffiċjali tekniċi u amministrattivi kif ukoll avukat.
Leg 12 PQ #5356 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

messaġġiera — appointments

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jingħataw l-appointments lil dawk il-persuni li fil-bidu ta' din is-sena għamlu l-eżami għall-messaġġiera u għaddew skont ir-riżultat ippubblikat u approvat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li kif sar dejjem, l-ingaġġ f’kull proċess ta’ għażla, isir skont il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku u l-prijoritajiet tal-Amministrazzjoni minn żmien għal żmien.
Leg 12 PQ #5357 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Senior Messengers — appointments

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jingħataw l-appointments lil dawk il-persuni li fil-bidu ta' din is-sena għamlu l-eżami għall-senior messengers u għaddew skont ir-riżultat ippubblikat u approvat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li kif sar dejjem, l-ingaġġ f’kull proċess ta’ għażla, isir skont il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku u l-prijoritajiet tal-Amministrazzjoni minn żmien għal żmien.

Police Negotiating Board — laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-laqgħa li jmiss tal-Police Negotiating Board?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Police Negotiating Board ġie iffurmat wara li ġiet ifformata l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija. Fil-jiem li ġejjin l-ismijiet tal-membri ta’ dan il-bord se jkunu ippublikati fil-gazetta tal-Gvern u wara dan il-proċess formali mistennija ssir l-ewwel laqgħa.

Korp tal-Pulizija – Xogħol mal-Frontex

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x-xogħol li l-Korp tal-Pulizija qed jagħmel flimkien mal-Aġenzija Ewropea FRONTEX?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi L-attivitajiet ta’ Frontex primarjament jirrigwardaw il-koperazzjoni ma’ l-aġenziji ta’ sigurta Ewropej, f’dak li hu il-kontroll tal-fruntieri. Il-Pulizija Maltija tibbenefika ħafna mill-attivitajiet ta’ din l-Aġenzija billi ta’ kull sena, diversi uffiċċjali jingħatalhom taħrig u Frontex tagħti assistenza biex jigi zgurat illi jkun hemm standards komuni fix-xogħol tal-Ufficcjali tal-Fruntieri. Il-Pulizija Maltija ukoll taħdem fil-qrib ma Frontex biex meta jkun hemm il-possibilita tieħu sehem f’operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn ta’ persuni li jkunu irregolari fil-pajjiz, specjalment f’każijiet fejn il-konnessjonijiet bl-ajru għar-ritorn ikunu difficli. Kien hemm żmien fejn Malta ħadmet ħafna ma Frontex biex issaħħah il-kapaċita tagħha ta’ ritorn u kienu saru diversi attivitajiet ma uffiċjlai ta’ Frontex, kemm f’Malta kif ukoll barra min Malta, biex dan l’element jissaħħah. Malta ukoll tagħti is-sehem tagħha ma’ din l-Aġenzija, biex ikunu jistgħu isiru analżi u tinħoloq stampa ċara u attwali fuq bażi regolari tal-fenomenu tal-immigrazzjoni illegali fl-Ewropa. Barra min dan isir xogħol ukoll fi ħdan il-Frontex billi jintbagħtu ufficcjali tal-Pulizija Maltin, imħarrgin fix-xogħol ta’ immigrazzjoni, biex meta jkun hemm il-bżonn jassistu fix-xogħol tagħhom lill-Forzi tas-Sigurta inkarigati mill-fruntieri f’pajjizi oħra Ewropej. Fi ħdan il-Pulizija, Malta għadha kuntatt regolari u kontinwu mal-Aġenzija Frontex permess tan-National Frontex Point of Contact (NFPOC), li permezz tiegħu tirċievi u tinbagħat informazzjoni fuq diversi suġġetti ta’ nteress, liema nformazzjoni tigi disseminata lill entitajiet konċernati, inkluż lill-Forzi Armati ta’ Malta, li huma attivi ħafna wkoll fix-xogħol ta’ Frontex, kemm bil-mezzi ta’ l-ajru u tal-baħar kif ukoll bir-riżorsi umani.

Korp tal-Pulizija – sick leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġurnata sick leave ttieħdu globalment fis-snin 2011, 2012 u sal-lum fl-2013 mill-membri tal-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ ġranet sick leave li ttieħdu globalment fis-snin 2011, 2012 u matul din is-sena sa l-aħħar ta’ Settembru mill-membri tal-Korp tal-Pulizija kienu kif ġej: 2011 - 25391.5 Ġurnata 2012 - 26593 Ġurnata 2013 - 18303.5 Ġurnata

Korp tal-Pulizija – membri li għadhom iservu wara l-25 sena servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li fl-1 ta' Mejju 2013 kienu għadhom iservu fil-Korp minkejja li għalqu 25 sena servizz? F'liema grad jinsabu dawn l-uffiċjali? Kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li huma mistennija jagħlqu l-25 sena servizz sal-aħħar tas-sena kurrenti 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif gej: Grad Membri tal-Korp tal-Pulizija li fl-1 ta’ Mejju ta’ din is-sena kienu għadhom iservu fil-Korp minkejja li għalqu l-25 sena servizz. Membri tal-Korp li mistennija jagħlqu l-25 sena servizz sa l-aħħar ta’ din is-sena 2013 Kummisarju 1 - Deputat Kummissarju 1 - Assistent Kummissarju 6 - Supretendent 9 - Spettur 8 3 Surgent Maġġur 33 2 Surġent 23 3 Kuntistabbbli 168 15

Korp tal-Pulizija — Akkademja – in service training

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra minn min qed jiġi mfassal il-kurrikulu fl-Akkademja tal-Pulizija għall-in service training li qed jingħataw il-membri tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kif ġa kelli l-okkażżjoni nispjega fi Tweġiba preċedenti, l-In Service Training lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fl-Akkademja tal-Pulizija, huwa sospiż minħabba li t-taħriġ f’din l-akkademja ma kienx qed jagħti riżultati mixtieqa. Bhalissa għaddej eżerċizzju ta’ ristrutturar fl-Akkedmja tal-Pulizija, fejn anke’ ser jinħatar Direttur ta’ l-Istudji li, skond kif jipprovdi l-Att dwar il-Pulizija, ikun responsabbli għat-twaqqif tal-korsijiet u kurrikula tal-Akkademja.

Korp tal-Pulizija – medical investigation room f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-każ ta' eżami mediku mit-tabib tal-Korp tal-Pulizija, jekk hemmx il-ħsieb li l-Pulizija Għawdxin ikollhom il-faċilità ta' medical investigation room anke f'Għawdex stess?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li jekk qed jitkellem fuq kamra fejn it-tabib tal-pulizija ikun jista jagħmel eżamijiet medici lill-pulizija stess, għallissa f’pajjiżna hawn kamra waħda biss li hi attrezzata għal dan l-iskop. Minkejja dan mhux qed jigi eskluż, li tiġi attrezzata facilita ta’ Medical Investigation Room f’Għawdex. Dan isir skond il-prijoritajiet u l-eżiġenzi tal-korp.
Leg 12 PQ #4014 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — xogħol mogħti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu u entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid jekk f’kull każ, ix-xogħol ingħatax b’direct order jew wara li saret sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kienet l-ispiża? F’kull każ, min awtorizza li jsir il-ħlas? F’kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xogħol mogħti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu u entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid jekk f’kull każ, ix-xogħol ingħatax b’direct order jew wara li saret sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kienet l-ispiża? F’kull każ, min awtorizza li jsir il-ħlas? F’kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Mill-2004 sa Marzu 2013 kien hemm tlett xogħolijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom ingħataw separtament. Sena Lista ta' xogħlijiet Direct Order jew Sejħa għall Offerti Spiża għall kul każ Min awtorizza l-ħlas għall-kul każ F'kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol 2010 Kiri ta’ Barriers għaż-żjara tal-Papa PO 1286 €273.76 Manager Corporate Services as per PBS’s procurement procedures Kiri ta’ Barriers għaż-żjara tal-Papa Kiri ta’ Platform għal Junior Eurovision PO 1380 €410.64 Kiri ta’ Platform għal Junior Eurovision 2011 Kiri ta' heaters u cilindri tal-gas. Direct Order €826 L-Amministrazzjoni tal-Ministeru Kiri ta' heaters u cilindri tal-gas fil-Ministeru, fl-okkazjoni ta' ikla organizzata mill-Ministru għall-European Association of Judges.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħol mogħti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu u entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid jekk f’kull każ, ix-xogħol ingħatax b’direct order jew wara li saret sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kienet l-ispiża? F’kull każ, min awtorizza li jsir il-ħlas? F’kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — xogħol mogħti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu u entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid jekk f’kull każ, ix-xogħol ingħatax b’direct order jew wara li saret sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kienet l-ispiża? F’kull każ, min awtorizza li jsir il-ħlas? F’kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija.
Leg 12 PQ #4018 Sitting 65 2013-10-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xogħol mogħti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu u entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid jekk f’kull każ, ix-xogħol ingħatax b’direct order jew wara li saret sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kienet l-ispiża? F’kull każ, min awtorizza li jsir il-ħlas? F’kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill- Onorevoli Intrepellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Xogħol mogħti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu u entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid jekk f’kull każ, ix-xogħol ingħatax b’direct order jew wara li saret sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kienet l-ispiża? F’kull każ, min awtorizza li jsir il-ħlas? F’kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi:- Tabella 'A' - Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol Tabella 'B' - Kunsill Malti Għall-Isport Tabella 'C' - Aġenzija Żgħażagħ Tabella'D' - Universita' ta' Malta Tabella 'E' - Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ Tabella 'F' - Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija Tabella 'G' - Fondazzjoni Għal Servizzi Edukattivi