Jista' l-Prim Ministru jara jekk hux possibli li d-Dipartiment tal-Artijiet jagħmel arranġamenti bħalma kien hemm fi snin imgħoddija biex sidien tal-pleasure boats ikunu jistgħu jtellgħu d-dgħajjes tagħhom fuq l-art biswit il-crane li hemm li jtellgħu d-dgħajjes f'Marsaxlokk?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern qatt ma għamel xi arranġamenti jew ta permessi biex jittellgħu d-dgħajjes fiż-żona indikata mill-Onorevoli Membru.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala Transport Malta waħħlet tabella fil-ħruġ tal-istabbiliment PAVI f'Ħal Qormi li tindika li wieħed jista' jdur għad-direzzjoni ta' Ħaż-Żebbuġ iżda ma jistax idur lejn il-Marsa?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li t-tabella li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant kienet parti mill-Immaniġġjar tat-Traffiku Temporanju li kien hemm fuq il-post bħala parti mill-proġett għall-immaniġġjar tal-għargħar. Jien infurmat li l-kuntrattur intalab ineħħi din it-tabella.
Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jinbdlu d-dwal tal-mini Ta' Triq Reġjonali u dan ħalli jitneħħa l-periklu li jeżisti li meta tkun ħafna xemx u tidħol fil-mina tidħol fi dlam ċappa u jista’ jkun hemm inċidenti gravi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dwal tal-mini ta’ Triq Reġjonali saritilhom manutenzjoni f’Awwissu li għadda. Ix-xogħol kien jinkludi tindif tal-fanali li kienu għadhom f’kundizzjoni tajba, tibdil tal-bozoz kollha kif ukoll tibdil tal-fanali li ma kienux għadhom f’kundizzjoni li jdawwlu l-mini kif meħtieġ.
Servizzi għall-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 845, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jwaqqaf aġenzija (bħall-Aġenżija Sapport) biex toffri servizzi professjonali għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Nirreferi għat-tweġiba li ngħatat f’mistoqsija Parlamentari numru 845.
Ninsab infurmat li mhux il-ħsieb tal- MJF li jidduplika ħidma diġa eżistenti. Persuni li jbagħtu b’mod ta’din ix-xorta għandhom kull sosten mill-qasam tal-kura kommunitarja u ta’sptar akut skond l-att tal-liġi tas-saħħa mentali.
specialised fostering benefit persuni li għalqu l-21 sena u għandhom diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk koppji jew individwi jistgħux jibbenefikaw mill-ispecialised fostering benefit minħabba li t-tfal tagħhom li huma ffosterjaw għalqu 21 sena u għadhom jgħixu magħhom billi għandhom xi forma ta’ diżabilità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li c-Child in Care Benefit li jagħmel parti mill-ispecialised fostering benefit, jibqa’ jitħallas sal-eta’ ta’ 21 sena. Il-kumplament tal-ispecialised fostering benefit bħalissa jkopri t-tfal li huma elegibbli għalih sa l-eta’ ta’ 18-il sena.
B’referenza għall-mistoqsijiet preċedenti dwar Triq il-Palazzi fiż-Żejtun, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret s’issa u x’kordinament qed isir mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun sabiex din it-triq tingħata wiċċ diċenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li parti minn Triq il-Palazzi, Żejtun għandha wiċċ u għalhekk taqa’ taħt ir-responsabilta’ tal-Kunsill Lokali. Il-parti l-oħra li baqa’ f’din it-triq qatt ma ġiet mogħtija wiċċ u għalhekk ġiet inkluża fil-lista ta’ toroq li jridu jsiru minn Transport Malta.
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi wkoll għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3590.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni, li kienet inbdiet qabel l-elezzjoni, dwar allegat frodi fl-użu ta' credit cards tal-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament, liema cards kien ingħad li kienu ġew użati minn uffiċjali għolja tal-istess kumpanija, li llum wieħed minnhom huwa uffiċjal għoli ħafna fis-Civil Aviation Directorate taħt Transport Malta u l-ieħor illum jinsab irtirat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-investigazzjoni msemmija tlestiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq barra mill-ispetturi tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-aħħar ta’ Settembru 2013, xahar b’xahar? Kien hemm xi ħlas ta’ overtime għal dawn l-ispezzjonijiet? Jista’ jgħid kemm kien dan il-ħlas?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispezzjonijiet li saru fuq barra huma kif muri fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kien hemm ħlas ta’
overtime
għal spezzjonijiet li saru barra l-ħin tal-uffiċċju u li jammonta għall-€58,411.80.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4485 u tgħid jekk il-budget tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi — Tnaqqis fil-budget
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4486 u tgħid jekk il-budget tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spetturi fil-Law Compliance Unit tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)? Jista’ jgħid minn Marzu sa Ġunju din is-sena kemm saru spezzjonijiet mill-ispetturi tal-korporazzjoni u kemm minn dawn l-ispezzjonijiet kienu f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm instabu persuni barranin jaħdmu bla permess, kemm instabu ħaddiema jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw u kemm instabu ħaddiema jaħdmu u ma kinux iddikjarati li qed jaħdmu? Jekk saru, jista’ jgħid kemm saru spezzjonijiet flimkien mal-Pulizija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat illi l-Law Compliance Unit fi ħdan il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tħaddem ħames spetturi li joperaw f'żewġ gruppi. Minn Marzu sa Ġunju ta' din is-sena saru 1,706-il spezzjoni li kienu kollha ppjanati f'Malta. F'dawn l-ispezzjonijiet instabu 63 persuni barranin jaħdmu bla permess; 25 persuna li nstabu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw u 334 persuna nstabu jaħdmu fejn ix-xogħol tagħhom ma kienx iddikjarat. Matul dan il-perjodu ma kienx hemm bżonn l-għajnuna tal-Pulizija fuq l-ispezzjonijiet li saru rigward barranin jaħdmu bla permess.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li ġew ingaġġati mill-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA) minn Marzu 2013 ’l hawn?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li l-konsulenti li ġew ingaġġati mill-istess Awtorità minn Marzu 2013 ’l hawn huma msemmija hawn taħt:
Associació Eclèctica Laboratori de Noves Visions Digitals
Analysis Mason Ltd
Ernst & Young Ltd
Jista’ l-Ministru jgħid min huwa l-Kap Eżekuttiv jew Diretturi Ġenerali tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara r-riżenja taċ-Chairman ta’ l-Awtorita’, fil-31 ta’ Diċembru 2012, ma kienx ġie appuntat Direttur Ġenerali fl-Awtorita’ Maltija għall-Komunikazzjoni(MCA). Din il-pożizzjoni għadha vakanti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-organisational structure tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA) u jelenka x’tibdil sar minn Marzu 2013 ’l hawn?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qiegħed juża third party internet connection minflok servizz offrut mill-MITA? Jekk dan huwa minnu, jista’ jgħid liema internet service provider qiegħed jipprovdi dan is-servizz? Jista’ jgħid ukoll jekk dan is-servizz ġiex ipprovdut b’direct order jew tender? X’inhi l-ispiża marbuta ma’ dan is-servizz?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk f’Kastilja hemmx servizz ta’ child minding jew child care? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm tfal li qegħdin jibbenefikaw minn dan is-servizz? Kemm hemm persuni li huma ingaġġati biex jipprovdu dan is-servizz? X’inhi l-ispiża għal dan is-servizz?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
F'dan l-istudju ma hemmx is-servizz li qed tirreferi għalih l-Onor Interpellant.
San Pawl il-Baħar – il-Menqa – ordnijiet fuq opri tal-baħar
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5056, filwaqt li ma nippretendix li ningħata l-ismijiet ta' min għamel l-ilmenti li hemm referenza għalihom fir-risposta, jista' l-Ministru jagħti tagħrif meta saru dawn ir-rapporti fejn saru l-istess rapporti u kemm-il darba sdaru minn persuni differenti? Jista' jikkonerma li l-pulizija li marru fuq il-post mhux talli talbu lil min ineħħi xi dgħajjes, iżda ordnaw ukoll lill-oħrajn biex ma jpoġġux id-dgħajjes tagħhom bf'post li nbena għalihom snin twal ilu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-ilmenti dwar karrijiet ta’ dgħajjes, dgħajjes u oġġetti oħra mitluqha fuq il-moll b’ingombru fuq il-moll fl-inħawi tal-Menqa, San Pawl il-Baħar kienu saru matul dawn l-aħħar gimgħat b’mod konfidenzjali. Infurmat ukoll illi l-pulizija ħadet azzjoni dwar dawk l-oġetti li kienu sors ta’ ngombru fuq il-moll. Pero’ jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi tagħrif għall kuntrarju ta’ dak li qed ikun rrapurtat lili, ġentilment nissuġerilu li jgħaddili it-tagħrif li għandu, sabiex inkun nista’ nivverifika ulterjorment
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer mindu ilu Ministru, fejn mar, x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra, min akkumpanjah, kemm ġiet tiswa kull safra għad-delegazzjoni kollha u minn fejn inxtraw il-biljetti tal-ajru?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-segretarjat tiegħu, x’inhi l-pożizzjoni li jokkupaw u x’inhu l-pakkett finanzjarju ta’ kull membru tas-segretarjat?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.