Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa taż-Żejtun tul is-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa taż-Żejtun kien ta’ 98, minn dawn kien hemm 87 każ ta’ serq u 11 il-każ ta’ frodi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi sospiżi mill-Qrati tagħna fis-sena 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Fis-sena 2016 ingħataw total ta’ erba’ mija, u tmenin (480) sentenzi sospiżi.
Erba’ mija u erbgħa u sebgħin (474) mill-Qorti ta’ Malta. u sitta (6) mill- Qorti ta’ Għawdex.
Ministeru għall-Kompettitività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Personal Emoluments - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal–Estimi Ġenerali li jiġu ippublikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil jum tal–Baġit.
Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluża u tkun ippublikata fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jmiss.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti break down dettaljata ta’ kif intefqu t-€2.24 miljun fuq Travel matul l-2016? In partikolari, jista’ jgħid kemm-il żjara barra minn Malta ġiet koperta b’dan il-vot? Kemm ġiet tiswa kull safra? Kemm kien hemm nies jakkumpanjaw il-Prim Ministru?
Supplementary Financial Estimates 2016 – Professional Services – nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif intefqu l-€1,000,900 f’Professional Services kif jidher fid-dokument Supplementary Financial Estimates 2016? Jista’ jgħid liema servizzi ġew koperti b’din in-nefqa? Jista’ jgħid f’kull każ jekk saritx sejħa għall-offerti qabel ingħata s-servizz?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il każ daħal fid-Dipartimenti tal-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 rispettivament u kemm-il każ minn dawn li ġew reġistrati kien:
a. solvut; u
b. ma ġiex solvut?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Il-Mosta – Triq il-Gżari – rampa quddiem entratura
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex quddiem l-entratura ta’ Blokk A2, fi Triq il-Gżari fil-Mosta, fil-Qasam tal-Bini tal-Gvern issir rampa għall-ħtiġijiet tar-residenti tal-istess appartament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar għandha bżonn id-dettalji tal-inkwilin jew amministratur tal-blokka flimkien mal-ħtieġa tal-inkwilini, biex tkun tista’ tikkunsidra t-talba tagħhom.
Mosta — Vjal Indipendenza salib it-toroq ma' Triq il-Mitħna - traffic lights
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29243, jista’ l-Ministru jerġa’ jikkonsidra t-talba li kont ressaqt għall-traffic light jew sakemm isiru t-traffic light, isiru rubber bollards fi Vjal Indipendenza salib it-toroq ma’ Triq il-Mitħna peress li ftit tal-ġranet ilu kien hemm aċċident fatali eżattament f’dan il-post?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 29243 u 29369, ninfurmah ukoll li t-Traffic Control Committee approva l-installazzjoni ta’ bollards. Dawn ġew installati.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Vot 30 — Contractual Services
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħlasijiet saru taħt Vot 30 “Contractual Services” taħt Vot 14 għall-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Jista’ jgħid ukoll lil min tħallsu dawn il-pagamenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-informazjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Estimi Supplimentari Finanzjarji 2016 – Cost Centre 16 — allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid lil min tħallsu l-allowances fl-2014, fl-2015, fl-2016 li għas-sena 2016 jidhru taħt Cost Centre 16 fl-Estimi Supplimentari Finanzjarji 2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' gradi u nomenklatura ta' dawk l-impjegati li għandhom xi forma ta' allowance.
Attachments:PQ 29620 - Cost Centre 16 - Allowances.pdf
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Cost Centre 6163 ETC — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni qed jintalab li tiżdied in-nefqa ta’ €7,500,000 kif jidher taħt Cost Centre 6163 ETC taħt Vot 13 għall-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol? Jista’ jgħid xi programmi u inizjattivi ġew implimentati fl-2016 u xi ħlasijiet hemm dovuti li jsiru u lil min għandhom isiru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ntalbet żieda fin-nefqa ta’ €7,500,000 sabiex isiru l-ħlasijiet tal-Community Work Scheme. L-ispiża għall-2016 u l-benefiċċjari rispettivi huma kif indikati hawn taħt, jiġifieri:
Skema
Ammont (€)
Benefiċċjaru
Community Work Scheme
6,872,383
Community Work Scheme Foundation
Work Programme
240,241
EMD Ltd. / P5+ Ltd.
Work Programme
196,575
FSS Ltd.
Work Programme
158,754
MTRM Ltd.
Work Exposure
165,688
Participants
Mainstream Courses
227,851
Trainers (various)
Document Management (Gozo)
87,461
Posta Ltd.
Trade Testing Boards
25,289
Board Members
Minimum Wage Earner Scheme
22,175
Trainees (various)
Transport for Jobsplus trainees
12,136
Minibus Coop Services Ltd.
Jista’ l-Ministru jispjega kif skont paġna 60 tal-Economic Survey 2016, il-produzzjoni industrijali tal-farmaċewtika għall-ewwel seba’ xhur tas-sena niżel bi kważi 10% filwaqt li skont in-News Release tad-9 ta’ Jannar 2017 fuq l-International Trade, il-valur tal-esportazzjoni tal-istess prodotti farmaċewtiċi għall-perjodu Jannar sa Novembru żdiedu bi 265.8%?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, waqt li l-produzzjoni industrijali tal-farmaċewtika kkwotata fl-Economic Survey hi bbażata fuq volum u fuq tagħrif miġbur minn kampjun (sample), il-figura tal-esportazzjoni li tidher fin-News Release u li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hi bbażata fuq il-valur u hi dik attwali.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Privat - lista aġġornata
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw contracts of service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jagħti ukoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Skrivani mas-Servizz Pubbliku – eżami, interview u appointment
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif fit-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 29132 qal li l-proċess tal-għażla tal-iskrivani kien għadu għaddej, meta fil-fatt ir-riżultat ta’ dan il-proċess kien diġà ġie ppubblikat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29132 kienet oriġinalment skedata għat-27 ta’ Diċembru 2016 qabel ma l-Parlament ġie xolt għall-vakanżi tal-Milied sa’ 9 ta’Jannar 2017 u għaldaqstant it-tweġiba mogħtija tindika l-proċess tal-għazla fhiex kien wasal sa dak iż-żmien.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27800, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-ġurija li għażlet Heritage Malta? Jista' jgħid kemm minnhom huma kwalifikati fil-marketing, product development u f'business development?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-membri kollha tal-gurija kellhom l-esperjenza u l-kwalifiċi kollha meħtieġa sabiex jevalwaw il-proposti minn kull aspett fi proġett bħal dan.
B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 27797 u 27802, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-immaniġġar tal-ispazji kummerċjali fil-Forti Sant’Iermu hux se tobliga lil Heritage Malta tipprovdi sistema tal-POS tagħha għal raġunijiet ta’ awditjar u kontabbiltà?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li peress li l-mudell li se jitħaddem Sant’Iermu huwa differenti, mhux se jkun hemm bżonn li Heritage Malta tipprovdi sistema ta’ Point of Sale.