Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar – fondi allokati

Question

Tista' l-Ministru tiċċara jekk l-allokazzjoni finanzjarja li ġiet allokata għal din is-sena lill-Awtorità ghad-Djar hux se tkun biżżejjed sabiex jitħallas fuq accrual basis l-operat kollu ta' din l-entità għal din is-sena?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Benefiċċji soċjali – fondi allokati

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk il-benefiċċji soċjali li se jkun hemm ħtieġa ta' allokazzjoni addizzjonali għalihom sal-aħħar ta' din is-sena u liema se jkun hemm savings fuqhom? Kemm jammontaw dawn il-varjanzi f’kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Aġenzija Appoġġ – lista ta’ stennija

Question

Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji dwar il-lista ta’ stennija li hemm għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Appoġġ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar il-lista ta’ stennija li hemm għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Appoġġ qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Is-servizzi li mhux imnizzlin m’ghandhomx waiting list.

Aġenzija Sapport – lista ta’ stennija

Question

Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji dwar il-lista ta’ stennija li hemm għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Sapport?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar il-lista ta’ stennija li hemm għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Sapport qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija Sedqa – lista ta’ stennija

Question

Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji dwar il-lista ta’ stennija li hemm għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Sedqa?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar il-lista ta’ stennija li hemm għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Sedqa tinsab hawn taht: Is-servizzi li mhux imnizzlin m’ghandhomx waiting list. · Substance Misuse Outpatient Unit (Detox Out-Patients): 1 · Assessment and Stabilisation Unit: 9 · Zerniq (Alcohol Residential Programme): 3 · Alcohol and Gambling Community Team: 38 (Alcohol) & 2 (Gambling) · Drugs Community Team: 34 · Psychology Team*: 68 (Adults) & 62 (Minors) · Family Team*: 6 (Couples or Families) * Jinkludu każijiet referuti wkoll mill-Aġenzija Appoġġ

Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali – postijiet/pożizzjonijiet vakanti

Question

Tista' l-Ministru tagħti l-lista ta' pożizzjonijiet vakanti li bħalissa għandhom il-Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali, l-Aġenzija Appoġġ, l-Aġenzija Sapport, u l-Aġenzija Sedqa? Għal liema minnhom ġà ħarġet sejħa?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #5180 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ritratti ta' djar u bini ieħor

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4848, u ġaladarba beda x-xogħol fuq it-teħid tar-ritratti tal-faċċati tal-bini, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol? Min jew liema kumpanija ġiet inkarigata sabiex twettaq dan ix-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’kontinwazzjoni mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari msemmija, ninforma lill-Onor Membru li apparti l-valur msemmi, biex jitlesta x-xogħol kollu mit-teħid ta’ ritratti sa organizazzjoni ta’ librerija digitali għal kull triq residenzjali li turi kull binja f’dawn it-toroq fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex, il-valur totali huwa ta’madwar €240,000. Dan ix-xoghol se jinqasam b’bejn mill-anqas 31 fotografu.
Leg 12 PQ #5181 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ritratti ta' djar u bini ieħor

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4848 dwar teħid ta’ ritratti tal-faċċati tal-bini, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’diffikultà qed isib biex iwieġeb id-domanda ġaladarba x-xogħol ilu li nbeda numru ta’ ġimgħat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm xejn xi nzid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru: 4848.
Leg 12 PQ #5182 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4852 u jindika jekk il-budget kif approvat f'April għall-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġiex imnaqqas? Jekk iva, b'kemm ġie mnaqqas? X'kienet ir-raġuni li tnaqqas dan il-budget?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda tnaqqis mill-budget 2013 tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Leg 12 PQ #5183 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – tnaqqis mill-budget

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4853, jista’ l-Prim Ministru jindika l-voti speċifiċi li lilhom tnaqqsilhom il-baġit fi spiża kurrenti u spiża kapitali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tnaqqis fil-baġit li kien hemm kien minn dawn il-Voti speċfiċi kif ġej: Spiża kurrenti Item 5168 – Charges on Property transferred from the Church Item 5603- Lemis Spiża Kapitali Item 7105 – Rehabilitation Works Item 7301- Acquistion of Property (Possession & Use)
Leg 12 PQ #5184 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żvilupp f’sitit – expression of interest

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4817, jista’ l-Prim Ministru jindika għalfejn mhux f’pożizzjoni jpoġġi kopja tal-expression of interest għall-iżvilupp tal-Palazz ta’ Strickland fiż-Żebbiegħ, il-Palazz tal-Marfa, art fil-Busbesija u l-Isolation Hospital fl-Imtarfa, ġalardarba din is-sejħa diġà saret pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

konsulent barrani — żjara barra minn Malta

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4903 dwar konsulent barrani li akkumpanja lill-Ministru tal-Enerġija waqt żjara barra minn Malta f’diskussjonijiet ma’ stat ieħor, jista’ l-Ministru jindika liema hu l-Ministru konċernat ġaladarba indika li mhux hu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghandu jaghmel il-mistoqsija lill-Ministeru responsabbli mill-Malta Enterprise.

Awtorità tad-Djar – bini ta’ sheltered housing għall-anzjani

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar hux se tibni sheltered housing fil-komunità għall-anzjani?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bini ta’ sheltered housing hija biss idea waħda ta’ kif jistgħu jiġu mgħejjuna persuni anzjani fil-komunità. Bħalissa għaddej studju biex tiġi stabbilità strateġija ħolistika f’dan il-qasam, u mhux biss fuq il-bini ta’ sheltered housing.

Skejjel — każijiet ta’ bullying

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ każijiet ta’ bullying rappurtati fl-iskejjel matul is-sena skolastika 2011-2012 u sena skolastika 2012-2013? F’liema skejjel twettqu dawn l-abbużi? X’azzjonijiet ittieħdu biex dawn l-abbużi ta’ bullying jieqfu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-każi riferuti mill-iskejjel tal-Istat lill-Anti-Bullying Services fi ħdan is-Safe School Programmes kien kif jidher hawn taħt: 2011-2012 2012-2013 Primarji fil-Kulleġġi kollha: 104 Primarji fil-Kulleġġi kollha: 110 Sekondarji fil-Kulleġġi kollha: 88 Sekondarji fil-Kulleġġi kollha: 99 Infurmat ukoll li l-każi riferuti mill-iskejjel tal-Knisja u Skejjel Indipendenti lill- Anti-Bullying Services fi ħdan is- Safe School Programmes hu kif ġej: 2011-2012 2012-2013 Primarji: 15 Primarji: 24 Sekondarji:10 Sekondarji: 20 Meta jiġi riferut każ, is-servizz kontra l-ibbuljar jagħmel intervent immedjat. Ġeneralment l-ewwel intervent isir mal-klassi biex tittieħed idea aħjar tal-problema. Wara s-sessjoni fil-klassi, jiġi deċiż jekk isirux sessjonijiet individwali mal-vittmi, jew fi grupp. Skont il-bżonnijiet partikulari tal-każ, il-vittmi jew jiġu mħarrġa fil-ħiliet soċjali, jew jingħataw għajnuna sabiex jibnu relazzjonijiet aħjar ma’ sħabhom. Bl-istess mod tingħata għajnuna biex titranġa l-imġiba tal-aggressuri. Spiss isiru laqgħat kemm mal-amministrazzjoni u għalliema tal-iskola, kif ukoll ma’ professjonisti oħrajn bħall-Prefetti tad-Dixxiplina, Speċjalisti tas-SEBD, Psikoloġi, ‘Counsellors’ u ‘Guidance Teachers’. Jissejħu wkoll ‘case conferences’ fejn jiġi diskuss kif se tingħata l-aħjar għajnuna lill-istudent. L-interventi jsiru fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-istat, tal-knisja kif ukoll fl-iskejjel indipendenti. Importanti nsemmu wkoll li barra l-interventi, s-servizz kontra l-ibbuljar joffri wkoll ħidmiet ta’ prevenzjoni. Dan isir permezz ta’ laqgħat għall-ġenituri, għalliema u studenti.

Programm ‘Job Bridge’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-programm ‘Job Bridge’? Kemm hemm persuni li qed jieħdu sehem f’dan il-programm? Min jista’ japplika biex jieħu sehem f’dan il-programm?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-programm Job Bridge huwa programm ta' 12-il xahar, bbażat fuq il-mudell Ewropew ta' Supported Employment, maħsub biex jipprepara persuni b'diżabilita' intelletwali jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Bħalissa fil-programm qed jipparteċipaw sitt persuni. Għal dan il-programm jistgħu japplikaw persuni li għandhom diżabilita' intelletwali u li qegħdin fuq ir-reġistru tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tal-Persuni b'Diżabilita'.

Pixxina Nazzjonali f’Tal Qroqq – entraturi tal-parkeġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ta’ min kienet id-deċiżjoni li mill-ġimgħa 18 ta’ Ottubru wara nofsinhar ingħalqet waħda mill-entraturi tal-parkeġġi ewlenin li hemm barra l-Pixxina Nazzjonali fTal Qroqq b’inkonvenjent għall-għawwiema u dawk li jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-pixxina li jinkludu wkoll ħaddiema u uffiċjali tal-Kumitat Olimpiku Malti (KOM)? Jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal din id-deċiżjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li s-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħi ta parir biex, fl-interess ta' min jiffrekwenta l-pixxina nazzjonali, jkun hemm sigurta' u traffic management biex jitneħħa l-periklu u l-inkonvenjenza għal dawk li jkunu qed jagħmlu użu mill-pixxina nazzjonali. Il-parking qed jerġa' jsir b'mod aktar organizzat.
Leg 12 PQ #5190 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out-of-stock

Question

Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata lil din il-Kamra għaliex dawn il-mediċini importanti għas-saħħa tal-pazjenti jinstabu out-of-stock sa mill-18 ta’ Ottubru 2013: a) Travaprost eye drops b) Testosterone enante injection c) Lisinopril 5mg u 10mg d) Amiodarone 200mg e) Compount aliginate tablets f) Salbutamol inhaler g) Enalapril 5mg tablets h) Sotalol 80mg tabs i) Warfarin 1mg, 5mg j) Quetiapine 25mg k) Mesalazine 400mg l) Fybogel m) Pancreatin 10,000 n) Atenolol 25mg o) Simvastatin 20mg p) Thickening agent q) Mesalazine 1mg r) Spironolactone 25mg s) Risperidone 1mg t) Etanercept 25mg injection? X’qed jagħmel biex isolvi din il-problema kemm jista’ jkun malajr? X’qed ikunu l-linji gwida għall-pazjenti li ma jgħaddux mingħajr ċertu mediċini (eżempju l-warfarin)? Kemm minn dawn il-pazjenti qegħdin jiddaħħlu l-isptar minħabba li ma jkomplux it-trattament li suppost jieħdu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-lista tal-mediċini out of stock hija dinamika u tvarja minn ġurnata għal oħra. Ghaldaqstant, il-lista mhux neċċessarjament tirrifletti l-posizzjoni tal-istess stokk fil-213-l ispiżerija fil-Kommunita li qed tipparteċipa fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC]. Barraminhekk, mhux bilfors li l-mediċina out of stock tkun nieqsa mill-ispiżeriji kollha fl-istess ħin -- f’dan ix-xenarju l-POYC Unit jgħamel dak kollu possibbli biex jittrasferixxi dik il-mediċina partikolari minn spiżerija fl-Iskema tal-POYC għall-oħra sabiex il-pazjent jkun jista jinqedgħa. Ta’ minn jgħid li l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] tipprovdi biex meta mediċina tkun out of stock mill-ispiżeriji tal-Kommunita, il-pazjenti li jibbenifikaw mill-Iskema jistgħu jinqdew mil-lokalitajiet l-oħra fil-Qasam tas-Saħħa. Minħabba din il-varjazzjoni u d-dinamika kbira fil-parametri, huwa diffiċili li wieħed jikkwantifika u jiddentifka kemm kienu dawk il-mediċini li attwalment kienu out of stock matul dan il-perijodu.
Leg 12 PQ #5192 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

divorzju — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw nies għad-divorzju minn kemm ilu li ġie fis-seħħ sal-ġurnata li qed tingħata din ir-risposta? Kemm kienu dawk li ġiet aċċettata l-applikazzjoni tagħhom għad-divorzju? Kemm minn dawn li ddivorzjaw reġgħu żżewġu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall-mistoqsija Nru 5192: Dipartiment Qrati tal-Ġustizzja Total ta’ talbiet għal divorzju preżentati fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja) – 989 Minn dawn it-talbiet għal divorzju ġew miċħuda tlieta. Id-Dipartimenti tal-Qrati tal-Ġustizzja ma jkollux informazzjoni dwar żwiġijiet u għalhekk din il-parti tad-domanda trid tiġi rivolta lill-Ministru kkonċernat. Qrati u Tribunali (Għawdex) Minn kemm ilha li ġiet fis-seħħ il-liġi tad-divorzju (fl-1 ta’ Ottubru 2011) sal-lum, fil-Qorti ta’ Għawdex ġew preżentati 35 każ għal divorzju. Fl-istess perjodu kien hemm 27 rikorsi għal divorzju li ntlaqgħu. Dwar kemm minn dawk li iddivorzjaw reġgħu żżewġu, din il-parti tad-domanda trid tiġi rivolta lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #5194 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamazzjoni tal-Art – konsultazzjonijiet ma’ għaqdiet ambjentali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għala l-Gvern ma ħassx il-ħtieġa li jikonsulta ma’ għaqdiet ambjentali meta saru konsultazzjonijiet dwar ir-reklamazzjoni tal-art, ħaġa li ammetiha s-Segretarju Parlamentari waqt laqgħa organizzata mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fit-18 ta’ Ottubru 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngharraf lill-Onor Interpellant li għalissa inħarġet biss Expression of Interest biex il-gvern jara x’tip ta’ proġetti innovattivi se jitressqu.

kera — reviżjoni skont il-liġi

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'każ ta' kera qadima li ġiet riveduta għal €105 kull meta trid issir reviżjoni tal-kera skont il-liġi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.