Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4947 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Problema medika — każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema medika?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Leg 12 PQ #4948 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

ħtieġa ta' operazzjoni — każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha bżonn operazzjoni urġenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Leg 12 PQ #4949 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

bżonn ta' apparat mediku — każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha bżonn apparat mediku li jingħata mill-isptar imma s’issa għadha mingħajru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Leg 12 PQ #4950 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Kartuna s-safra — każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għadha qed tistenna biex tingħata l-kartuna s-safra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Leg 12 PQ #4951 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

ħtieġa ta' gold implant — każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha bżonn gold implant imma s’issa għadha bla risposta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Leg 12 PQ #5079 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ tuberkolożi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ tuberkolożi notifikati kull sena mis-sena 2008 sas-sena 2012? Dawn kienu ċittadini Maltin jew immigranti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li skond in-notifikazzjonijiet mibgħuta lit-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard, l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ każijiet ta’ tuberkolożi attiva ( pulmonari u mhux pulmonari ) bejn 2008 u 2012 rapportati huma kif se nsemmi: 2008 2009 2010 2011 2012 Maltin 13 9 7 6 7 Immigranti 34 32 23 24 28 Baranin 8 3 2 2 6 Total 55 44 32 32 41
Leg 12 PQ #5080 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ lebbra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ lebbra (leprosy) notifikati kull sena bejn is-snin 2008 u l-2012? Dawn kienu ċittadini Maltin jew immigranti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li skond in-notifikazzjonijiet mibgħuta lit-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard, l-Informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ każijiet ta’ lebbra (leprosy) bejn 2008 u 2012 rapportati huma kif se nsemmi: 2008 2009 2010 2011 2012 Maltin 0 0 0 0 0 Immigranti 1 (raġel, impurtat) 0 0 1 (raġel, impurtat) 0
Leg 12 PQ #5081 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ HIV

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ HIV notifikati kull sena bejn is-snin 2008 u l-2012? Dawn kienu ċittadini Maltin jew immigranti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li skond in-notifikazzjonijiet mibgħuta lit-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard, l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ każijiet ta’ HIV bejn 2008 u 2012 rapportati huma kif se nsemmi: Sena HIV AIDS Immigranti Baranin Maltin 2008 28 8 15 11 10 2009 18 2 8 8 4 2010 17 6 8 7 8 2011 24 5 11 5 13 2012 30 5 17 5 13

Servizz ta’ home help – applikazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm applikanti bħalissa li qed jistennew is-servizz tal-home help? Minn liema lokalità huma l-applikanti?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra

Servizz ta’ home help – żieda fil-ħin tas-servizz

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li diġà qed jieħdu s-servizz tal-home help u li għandhom applikazzjoni pendenti biex iżidu s-sigħat ta’ servizzi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Servizz ta’ meals on wheels

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm klijenti ġodda ngħataw is-servizz tal-Meals on Wheels minn wara l-elezzjoni ’l hawn?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Servizz ta’ Telecare – applikazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm applikanti bħalissa li qed jistennew is-servizz tat-Telecare? Minn fejn huma l-applikanti?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa hemm 27 applikant/a li qegħdin jistennew is-servizz tat-telecare. Ta’ min jinnota li l-għadd ta’ applikazzjonijiet ivajra skont il-ġurnata ladarba l-proċess huwa wieħed kontinwu. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-lokalitajiet tal-applikazzjonijiet pendenti.

Residenzi għall-Anzjani — Tim multidixxiplinarju – każijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ra persuni t-tim mutlidixxiplinarju li twaqqaf biex jagħmel assessment ta’ dawk li jkunu applikaw biex jidħlu f’dar jew residenza tal-anzjani? Kemm saru house visits minn dan it-tim? Minn fejn huma l-anzjani li s’issa ġew assessed minn dan it-tim?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-timijiet multi-dixxiplinarji tal-Isptar Karin Grech assessjaw 629 applikazzjoni pendenti ta’ anzjani li jeħtieġu kura fit-tul. Fosthom 308 pazjenti attendew mill-komunità waqt li 321 kienu assessjati waqt li kienu rekoverati fl-Isptar Mater Dei jew l-Isptar Karin Grech. Informata li kien hemm ħames pazjenti li ma setgħux jattendu għal dan l-assessjar fl-isptar u saret żjara fir-residenza tagħhom. Dawn kienu każ (1) f’Wied il-Għajn, (1) San Ġiljan, (1) Ħal Qormi u (2) każ ta’ koppja f’Ħaż-Żabbar.
Leg 12 PQ #5099 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttur Elderly – interviews

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4661, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw għall-post ta’ direttur elderly? Meta saru l-interviews u min kien fuq il-bord tal-għażla? Meta hu maħsub li joħorġu ir-riżultati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li kien hemm ħames kandidati għall-pożizzjoni ta’ Direttur (Elderly Care), fil-Ministeru għas-Saħħa. L-intervisti saru fit-23 ta’ Awissu, 5 ta’ Settembru, 9 ta’Settembru u 17 ta’ Ottubru 2013. Il-Kumitat Konsultattiv għall-Ħatriet Anzjani huwa kompost kif ġej:- Segretarju Permanenti Ewlieni Segretarju Permanenti (Familja u Solidarjeta’ Soċjali) Segretarju Permanenti (Għawdex) Occupational Psychologist Huwa mistenni li l-proċess jiġi konkluz fil-ġimgħat li ġejjin.

Qasam tad-Edukazzjoni — manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet li għandu dwar il-ħaddiema li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni li hemm fil-kulleġġi, fid-Dipartiment tar-Riżorsi fl-Iskejjel u fid-Dipartiment tas-Support Services?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tal-manutenzjoni li jaqgħu fi ħdan id-Dipartiment tar-Riżorsi fl-Iskejjel ser ikomplu bil-ħidma tagħhom fl-iskejjel billi jkomplu jagħmlu xogħlijiet ta' tisbiħ u manutenzjoni skont il-bżonn u l-ħtiġijiet tal-iskejjel.

Ministeru għall-Edukazzjoni – kuntratt ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandu l-persuna li ismu qed jintbagħtu separatament li sa ftit ilu kellu kuntratt ta' advisor fil-Ministeru tal-Edukazzjoni? Jista' jgħid jekk hux minnu li din il-persuna saret impjegata tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada? Jista' jgħid meta ħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni ta' ingaġġ mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviżi li dehru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuna ndikata fil-mistoqsija. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija ġiet redeployed mill-IPSL għall-Fondazzjoni Għal Iskejjel ta' Għada f'termini ta' Att 15A tal-FTS Act.

Ministeru għall-Edukazzjoni – ħlas ta’ remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li għandu bżonn allokazzjoni finanzjarja taħt il-line votes tal-personal emoluments tal-vot tal-Ministeru u tal-vot tad-Direttorati tal-Edukazzjoni sabiex titħallas ir-remunerazzjoni kollha tal-ħaddiema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-ammont ta' fondi addizzjonali li l-Ministeru għal Edukazzjoni u Xogħol għandu bżonn taħt il-line votes tal-Personal Emoluments taħt il-vot tad-Direttorati tal-Edukazzjoni (Vote 16) hija ta' madwar €7 miljuni.

Stipendji – talba għal fondi addizzjonali għall-2013

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jintalab fondi addizzjonali sal-aħħar tas-sena sabiex jitħallsu l-istipendji tal-istudenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol bħas-snin ta' qabel se jitlob fondi addizzjonali sal-aħħar tas-sena sabiex jitħallsu l-istipendji tal-istudenti.

Ministeru għall-Edukazzjoni – ingaġġ ta’ persons of trust

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta' dawk il-persuni li mid-9 ta' Marzu 'l hawn ġew ingaġġati mal-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru bħala persons of trust? Jista' l-Ministru jqiegħed kopja tal-kuntratti tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni — contract for service

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li ngħataw contract for service mid-9 ta' Marzu 'l hawn? Jista' jqiegħed kopja tal-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li 18-il persuna ngħataw Contract for Service mid-09 ta' Marzu 'l hawn. Infurmat ukoll li kien hemm 15-il kuntratt ieħor bħala Contract for Service li ġew estiżi fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant. Kopja tal-kuntratti u/jew estensjoni tal-kuntratti se tingħata lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.