Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Segertarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għal Għawdex fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – safar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili fuq safar? Tista’ tagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (DALLI, HELENA)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 4533 ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi d-dettalji fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2946, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-membri tal-warranting board tal-periti ġewx ikkonfermati jew jekk ġewx maħtura membri ġodda? Min huma dawn il-membri, u min hu iċ-Chairman ta' dan il-Bord? Minn meta se jerġa’ jibda jiffunzjona dan il-Bord peress li għalkemm fir-risposta tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2013 il-Ministru kien qal li l-Warranting Board tal-Periti se jinħatar uffiċjalment fil-ġranet li ġejjin, diġà għaddew iktar minn tliet xhur u dan il-Bord għandu ma nħatarx?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nitlob lill- Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4307, nixtieq ninfurmah li l-abbozz għadda mill-ewwel Qari mill-Parlament. La darba jitlesta il-proċess kollu fil-Parlament, inkun nista’ npoġġi il-lista minn min hu kompost il-Warranting Board tal-Periti fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għadu jippersisti li ma jaħtarx il-Warranting Board tal-Periti għalkemm issa ilu aktar min sitt xhur u nofs ma jiffunzjonax?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill- Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4633.
Periti – Baċellerat tal-Arkitettura u Inġinerija Ċivili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm gradwati fil-Baċellerat tal-Arkitettura u Inġinerija Ċivili jistennew biex jittellgħu għall-eżami quddiem il-Warranting Board tal-Periti? Kull meta suppost isir l-eżami tal-warrant u kemm saru eżamijiet tal-warrant mit-12 ta' Marzu 2013 ’l hawn?
Response (MIZZI, JOE)
Il-Periti Warranting Board għandu fl-uffiċċju tiegħu d-dokumenti ta’ 9 kandidati gradwati fil-Baċellerat tal-Arkitettura u Inġinerija Ċivili. L-eżamijiet tal-warrant normalment isiru skont l-esġenzi ta’ kemm ikun hemm kandidati.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex, hekk kif stqarr hu fuq diversi mezzi tal-media lokali, anke jekk ir-rapporti tekniċi juru li l-articulated buses huma siguri, xorta jrid ineħħihom mit-toroq?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onorevoli Interpellant għandu joqgħod attent għad-diskors kollu li jien ngħid ħalli ma jasalx għal konklużjonijiet żbaljati kif għamel f’dan il-każ. Għandu jkun informat li għamiltha ċara mal-ARRIVA li l-bendy buses għandhom ikunu phased-out u ma’ dan L-ARRIVA qed taqbel fil-prinċipju.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapporti tekniċi kollha li saru fir-rigward ta' l-articulated buses fid-dawl ta' inċidenti ta' ħruq li kienu inqalgħu reċentement?
Response (MIZZI, JOE)
Bħal ma jaf sewwa l-Onor. Interpellant, hu stess kellu l-opportunità li jiġi jara ir-rapporti kif fil-fatt għamel. Kif seta jara f’dawn ir-rapporti hemm rakkomandazzjonijiet li minħabba is-sigurtà pubblika, l-imsemmija rapporti m’għandhomx jiġu ppubblikati. Madankollu jien kont issottomettejt talba lill-Avukat Ġenerali biex ikun possibli li jiġi ppublikat sommarju tar-rapport tal-inkjesta. S’issa għad m’għandi ebda risposta.
Jista’ l-Ministru jgħid x' mezzi ta' trasport pubbliku alternattiv u kemm jiġu introdotti minnhom jekk jitneħħew l-articulated buses? Xi tkun l-ispiża involuta u li l-Gvern irid iħallas lill-operatur tat-trasport pubbliku jekk tali eventwalità sseħħ? Kif se jagħmel tajjeb il-Gvern għal din l-ispiża addizzjonali, se jżid in-nollijiet jew se joħroġ xi taxxa ġdida li tagħmel tajjeb għal din iż-żieda fl-ispejjeż?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala miżura temporanja, fil-preżent hemm 49 vettura tal-Unsheduled Bus Service, flimkien ma’ vetturi oħra tal-Arriva Malta Ltd li qegħdin jintużaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku. Dan sabiex ilaħħqu mal-iskeda wara li l-użu tal-articulated buses ġie sospiż.
Bħalissa għaddej proċess fejn qed jiġi evalwat l-impatt fuq is-servizz, kif ukoll qed jiġi diskuss x’tibdil jinħtieġ li jsir jekk l-articulated buses phased out għal kollox mis-servizz. Għaldaqstant, f’dan l-istadju m’aħniex f’pożizzjoni li nipprovdu dettalji finanzjarji.
Infakkar li meta l-Gvern preċedenti ġie ffaċċjat b’sitwazzjonijiet fejn kellu juża s-servizzi tal- Unscheduled Bus Service, bid-differenza ta’ dak li qed jiġri llum il-Gvern ta’ dak iż-żmien kellu jħallas parti sostanzjali mill-ispiża hu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw extensions matul dawn l-aħħar ħames snin lil persuni li jkunu laħqu l-età tal-irtirar sena b'sena, u skont liema dipartiment kienu jaħdmu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li, ingħataw 45 estenzjoni lil 30 Uffiċċjal Pubbliku li laħqu l-eta` tal-irtirar f’dawn l-aħħar ħames snin, mill-2009 ‘l hawn, fis-Servizz Pubbliku.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant: -
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-iStamp Design Advisory Committee fassalx il-pjan għall-bolol tas-sena d-dieħla? Jista' jgħid liema huma s-settijiet ta' bolol li mistennija jiġu maħruġa matul l-2014? Jista' jassigura li fost il-bolol tas-sena d-dieħla jkun hemm sett li jfaħħar b'mod sew il-50 anniversarju tal-Indipendenza ta' Malta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-pjan għal ħruġ ta' bolol jitfassal skond il-ħtiġijiet tal-posta li llum hija entita' privatizzata għalkemm l-għażla tad-disinn huwa f’idejn l-iStamp Design Advisory Board kif maħtur mill-Gvern.
It-temi tal bolol jinkludu okkażjonijiet speċjali , li jinqalgħu perjodikament , obbligi nternazzjonali li għandhom x’jaqsmu mal-posta per eżempju l-UPU jew l-Olimpijadi jew il FIFA kif ukoll kommemorazzjonijiet importanti bħal ma huma l-Milied jew xi żjara tal-Papa eċċ.
Peress li spiss ikun hemm ħtieġa għat-tibdil fil ħruġ ta’ dawn il bolol għal raġunijiet li semmejt , il-pjan jiġi rivedut minn ħin għall-ieħor.
Ninsab infurmat li hemm pjan biex jitfakkar il-50 anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4649 u 3882 u jgħid kemm-il direct order ingħata mill-Privatisation Unit mis-sena 1998 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid x’kienu dawn id-direct orders, lil min ingħataw u kemm swew? Jista’ jgħid ukoll fuq liema bażi ngħataw u għaliex intgħażlet il-proċedura ta’ direct order
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ ħlasijiet li saru b’ direct order approval bejn l-2004 u l-2013. (Tabella A). Dawk il-ħlasijiet li saru bejn l-1998 u l-2003 mhumiex disponibbli.
Il-Privatisation Unit minn dejjem kellha budget biżżejjed biex jitħallsu biss is-salarji taċ-Chairman u tal-assistenta tiegħu. Spejjeż oħra materjali li ma setgħux jiġu koperti minn dan il-budget kienu jitħallsu mill-MIMCOL minkejja l-fatt li kienet tkun il-Privatisation Unit li kienet titlob dawn is-servizzi. Kull ħlas kien isir wara li tinġieb l-awtrorizzazzjoni taċ-Chairman tal-istess Privatisation Unit kif ukoll taċ-Chairman tal-MIMCOL li wkoll kien membru tal-Privatisation Unit.
Ninsab infurmat li spejjeż oħra tħallsu mill-MGI/MIMCOL għan-nom tal- Pivatisation Unit matul is-snin 2003 u 2013. Dawn l-ispejjeż qed jidhru f’ Tabella B. Dawn l-ispejjeż tħallsu mill-MGI/MIMCOL fuq l-awtorizzazzjoni bil-miktub ta’ Chairman tal-PU, matul iż-żmien. L-MGI/MIMCOL mhux infurmat u ma għandux aċċess għal xi awtorizzazzjoni oħra li setgħet ingħatat mill-Ministeru rispettiv għal xi direct orders approvals. MGI / MIMCOL huma biss ‘paying agents’ għan nom tal- Privatisation Unit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4651 u 3862 u jgħid kemm daħlu jaħdmu impjegati ġodda mal-Malta Enterprise taħt it-tmexxija tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Min kienu dawk l-impjegati? Saru interviews? Min għamilhom? Xi rwol ingħataw dawn il-ħaddiema ġodda? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tagħhom flimkien ma’ rendikont tas-salarju tagħhom u l-grad li ngħataw minn dan l-individwu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Huwa possibli li r-raġuni għala ċertu informazzjoni ma tidhirx rigward dettalji tal-interviewing board hu minħabba:
- Data mhux kompluta peress li ma ġietx segwita tajba l-proċedura ta’ rekrutaġġ;
- Data mhux kompluta peress li l-ewwelnett l-informazzjoni ma ġietx imniżżla;
- Data mhux kompluta peress li l-informazzjoni imniżżla kienet mitlufa
Peress li ċertu informazzjoni m’hijiex disponibbli, l-uffiċju tagħna m’huwiex f’pożizzjoni li jiddetermina liema minn dawn hija r-raġuni il-għala m’hemmx informazzjoni f’kull każ partikolari.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4652 u 3863 u jgħid jekk iddaħħlux jaħdmu mal-Malta Enterprise persuni li huma relatati, ossija jiġu mill-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fl-istess żmien li hu kien Chairman tal-Malta Enterprise ? Min kienu? Xi rwol ingħataw? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħhom? Jista’ jgħid jekk f’tali proċeduri kenitx iddikjarata l-parentela?
Response (CARDONA, CHRIS)
Skond il-kodiċi ta’ etika ta’ Malta Enterprise huwa stabbilit li “huwa biss l-uffiċjal individwali li jista’ jkun a konoxxenza ta’ potenzjal ta’ konflitt ta’ nteress”. Mela, fil-każ ta’ konflitt potenzjali , bħal dak li jista' jkun hemm fil-każ ta’ parentela, il-kodiċi jgħid li “r-responsabbilita’ (onus) li wieħed jgħarraf lill-uffiċjali superjuri tiegħu jekk hemm konflitt attwali jew potenzjali ta’ nteress, taqa’ fuq l-uffiċjal individwali” ikkonċernat.
Ma nafu b’ebda każ fejn saret dikjarazzjoni f’dan is-sens minn xi mpjegat.
Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm tnaqqis mill-fondi allokati fil-baġit għal din is-sena, approvat mill-Parlament f'April, ta' xi dipartiment, aġenzija jew entità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Jekk iva, kemm kien it-tnaqqis u x'kienet ir-raġuni għalih?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed nerġa npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba li ngħatat fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru 5068. Ninsab infurmat li fejn kien hemm tnaqqis dan sar wara intervent mill-Ministeru tal-Finanzi.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema minħabba sigurtà soċjali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jidhierx li hemm problemi fir-rigward tal-benefiċċji li qiegħda tirċievi l-persuna msemmija, għaliex ir-rata li qegħda titħallas hi korretta u bbażata fuq l-informazzjoni li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali.