Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema fil-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsumatur ġiet ikkuntattjata fit-22 ta' Otturbu 2013, fejn din kienet infurmata li l-kont għoli li rċeviet huwa kont stima.

Biċċerija – każ ta’ individwu

Question

Jikkonferma l-Ministru li fil-leġiżlatura li għaddiet kien hemm individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li kien jaħdem fil-biċċerija u li kien jagħmel anke spezzjonijiet ġewwa l-irziezet mingħajr ma dan l-individwu kien veterinarju? Meta beda jagħmel dan ix-xogħol u meta spiċċa? Jikkonferma li dan mhux veru kien veterinarju?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li huwa minnu li fil-leġiżlatura li għaddiet kien hemm individwu ta’ nazzjonalita’ Ingliża, impjegat mill-Ministeru, li kien jagħmel l-ispezzjonijiet fuq il-farms u kultant xi xogħol fil-biċċeriji tat-tiġieġ jew dik ta’ Għawdex. Ninsab infurmat ukoll li dan l-individwu ma kellux f’idejh iċ-ċertifikazzjoni neċessarja biex ikun reġistrat u liċenzjat bħala veterinarju mill-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji. Huwa għamel dan ix-xogħol bejn is-26 ta’ Jannar 2011 u l-25 ta’ Jannar 2013.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jitqiesx bħala wieħed ta’ prijorità?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni soċjali nhar l-14 t’Ottubru, 2013. L-ispezzjoni se ssir fil-futur qarib.

Dar tal-Anzjani – applikazzjoni ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-individwu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex jidħol f’dar tal-anzjani? Jista’ jiġi offrut servizz ta’ care worker sakemm jidħol f’dar tal-anzjani?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kkonfermajna mad-Dipartiment li l-klijent għadu ma ssottomettix applikazzjoni u b’hekk se tintbgħatlu l-applikazzjoni. Dan is-servizz tal-home help jista’ jiġi offrut wara li timtela applikazzjoni li tista’ tinġabar miċ-Ċentru Servizz Anzjan jew miċ-Ċentru Ħidma Soċjali f’Santa Venera.

Awtorità tad-Djar – gallarija f’periklu — każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn irrapurtat gallarija hija ta' periklu imma ħadd għadu ma ħa azzjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #5242 Sitting 67 2013-10-28 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Bord tal-Appell – membri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-Membri l-ġodda tal-Bord tal-Appell (l-Environment Tribunal) huma kollha fuq bażi part-time ħlief għal wieħed? Jekk fl-affermattiv jista’ jikkonferma li dan ifisser li dawn il-membri part-time qed jagħmlu l-prattika privata tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nikkonferma, kif indikat hawn taħt, li l-membri l-ġodda kollha tat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar huma fuq bażi part-time ħlief għal wieħed u għaldaqstant nikkonferma illi tali membri, ħlief għal wieħed (dak impjegat fuq bazi full-time) għadhom iżommu x-xogħol privat tagħhom.
Leg 12 PQ #5243 Sitting 67 2013-10-28 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – applikazzjonijiet ta’ stabbilimenti tal-ikel

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li kif intqal fis-seminar tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bit-titlu ‘Semma' Leħnek’, li sar il-ġimgħa li għaddiet għall-impjegati u xi mistiedna, il-Kap Eżekuttiv tal-MEPA, ta direzzjoni li jekk restaurant jew stabbilimenti tat-take away ma jkollux ċumnija tielgħa ’l fuq il-permess ikun rifjutat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #5244 Sitting 67 2013-10-28 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Corporate Tax — Gaming

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-corporate tax miġbur mis-settur tal-gaming għas-snin 2012, 2011 u 2010? X’inhuma l-projections għas-sena 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li t-taxxa miġbura fuq livell ta’ kumpaniji mis-settur tal-gaming għas-snin 2012, 2011 u 2010 ibbażat fuq lista ta’ kumpaniji liċenzjati ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Lotteries and Gaming Authority (LGA) huwa stmat kif muri hawn taħt: € 2012 9,865,840 2011 84,591,246 2010 62,873,325 Kumpaniji li jirraportaw b’munita li mhix l-ewro ġew konvertiti għall-ewro. Niġbed l-attenzjoni li l-ammonti jirreferu għal taxxa miġbura minn kumpaniji konċernati fejn l-azzjonista huma ntitolati għall-rifużjoni ta’ parti minn din it-taxxa. Għas-sena 2012 l-ammont huwa żgħir paragunat mas-snin ta’ qabel peress li l-maġġoranza tal-kumpaniji għandhom sat-30 ta’ Ġunju, 2014 biex iħallsu. Projections mhux possibbli li jsiru f’settur daqshekk volatili.
Leg 12 PQ #5245 Sitting 67 2013-10-28 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Corporate Tax – Settur Finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-corporate tax miġbur mis-settur finanzjarju għas-snin 2012, 2011 u 2010? X’inhuma l-projections għas-sena 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-taxxa miġbura fuq livell ta’ kumpaniji mis-settur finanzjarju għas-snin 2012, 2011 u 2010 ibbażat fuq lista ta’ entitajiet maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali Tal-Istatistika huwa stmat kif muri hawn taħt: € 2012 548,218,280 2011 650,660,237 2010 584,323,869 Kumpaniji li jirraportaw b’munita li mhix l-ewro ġew konvertiti għall-ewro. Niġbed l-attenzjoni li l-ammonti jirreferu għal taxxa miġbura minn kumpaniji konċernati fejn l-azzjonista huma ntitolati għall-rifużjoni ta’ parti minn din it-taxxa. Għas-sena 2012 l-ammont jista jiżdied peress li xi kumpaniji reġistrati mal- International Tax Unit għandhom sat-30 ta’ Ġunju, 2014 biex iħallsu. Projections mhux possibbli li jsiru f’settur daqshekk volatili.
Leg 12 PQ #5246 Sitting 67 2013-10-28 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Fond għall-Kawżi Ġusti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ibbenefika u kemm ibbenefika separatament mill-Fond għall-Kawżi Ġusti minn Marzu 2013 ’l hawn?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #5247 Sitting 67 2013-10-28 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Kumitat tal-Lotterija Nazzjonali u tal-Fond għall-Kawżi Ġusti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri maħtura fil-Kumitat tal-Lotterija Nazzjonali u tal-Fond għall-Kawżi Ġusti u li jamministraw il-Fond għall-Kawżi Ġusti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri tal- NLGCF (National Lottery Good Causes Fund) Advisory Board maħtura huma kif ġej: Mario Cutajar Chairperson of the NLGCF Advisory Board Michelle Delceppo Secretary – Advisory Board Jonathan Cardona Member Mark Farrugia Member

Kunsill Nazzjonali tat-Tfal

Question

Tista' l-Ministru tispjega l-għan tal-Kunsill Nazzjonali tat-Tfal? X’viżjoni għandha l-Ministru għal dan il-Kunsill? Minn min huwa kkostitwit dan il-Kunsill?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Children and Young Persons Advisory Board

Question

Tista' l-Ministru tispjega l-għan taċ-Children and Young Persons Advisory Board u x’viżjoni għandha għal dan il-bord? Minn min huwa kkostitwit dan il-Bord?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Bord tal-Addozzjonjiet

Question

Tista' l-Ministru tispjega l-għan tal-Bord tal-Addozzjonjiet u x’viżjoni għandha għal dan il-Bord? Minn min huwa kkostitwit dan il-Bord?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Bord għall-Fostering

Question

Tista' l-Ministru tispjega l-għan tal-Bord għall-Fostering u x’viżjoni għandha għal dan il-Bord? Minn min huwa kkostitwit dan il-Bord?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Pitkalija — Dħul ta' prodotti agrikoli

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' prodott agrikolu li daħal fil-Pitkalija fix-xhur April 2013 - Settembru 2013, xahar b'xahar? Kif jitqabbel dan l-ammont, ukoll xahar b'xahar, għall-istess perijodu tas-snin 2011 u 2012?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #5317 Sitting 67 2013-10-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar — U-bends

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5163, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm iktar u-bends li għalkemm imwaħħla, m'għandhomx riklami mwaħħla magħhom? Fejn jinsabu dawn il-bends li huma mwaħħla iżda mhux użati?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li tali informazzjoni mhux normalment tkun disponibbli għall-Kunsilli Lokali.

Qatla ta' Ċanga

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla taċ-ċanga fil-perijodu April - Settembru 2013 xahar b'xahar? Kif titqabbel din il-qatla mal-qatla ukoll xahar xahar, għall-istess xhur matul l-2011 u l-2012?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qatla ta' majjal

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla tal-majjal fil-perijodu April - Settembru 2013 xahar b'xahar? Kif titqabbel din il-qatla mal-qatla ukoll xahar xahar, għall-istess xhur matul l-2011 u l-2012?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qatla ta' fniek

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla tal-fniek fil-perijodu April - Settembru 2013 xahar b'xahar? Fejn inqatlu dawn l-istess fniek? Kif titqabbel din il-qatla mal-qatla ukoll xahar xahar, għall-istess xhur matul l-2011 u l-2012?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li dawn il-fniek inqatlu fiż-żewġ biċċeriji approvati għall-qtil tal-fniek li huma Furplay Rabbit Slaughterhouse and Farm Birżebbuġa u Bigfoot Rabbit Slaughterhouse il- Magħtab.