Legislature:
Category:
Reset
Active:

ħarsien u kura tal-annimali – organizzazzjonijiet volontarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema organizzazzjonijiet volontarji għall-ħarsien u kura tal-annimali jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Gvern? Kemm hu l-valur ta’ din l-għajnuna għal kull organizzazzjoni msemmija?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-preżent m’hemm l-ebda organizzazzjoni volontarja għall-ħarsien u kura tal-annimali li qiegħda tibbenefika minn għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Ministeru tiegħi.
Leg 12 PQ #4129 Sitting 67 2013-10-28 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Programm tal-IVF – tkabbir tal-intensive care baby unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk flimkien mat-tħaddim tal-programm tal-IVF huwiex se jkun hemm ukoll it-tkabbir tal-intensive care baby unit? Dan it-tkabbir kemm se jinkludi sodod?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bħalissa m’hemmx ippjanar li jitkabbar in-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU). Biss qed isiru diskussjonijiet biex jiżdied in-numru ta’ paediatricians li jispeċjalizzaw fil-qasam tan-Neonatology. Barraminhekk, huwa mistenni li fit-tħaddim tal-programm tal-IVF, li se jsir ġewwa l-Isptar Mater Dei, se jkun hemm aktar skop ta’ ppjanar biex ma jkunx hemm iffullar ġewwa l-NPICU. Ninsab infurmat ukoll li issa bit-twaqqif tal-Awtorità għal Protezzjoni tal-Embrijun (Embryo Protection Authority), l-Awtorità se tkun qed tiġbor l-informazzjoni neċessarja tal-outcomes tal-proċessi kollha li jsiru kemm fl-Isptar Mater Dei kif ukoll fil-Kliniċi Privati, u hekk se ssir iktar ippjanar tal-proċess u jkollna aktar informazzjoni għal NPICU.

djar residenzjali — Faċilitajiet sanitarji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn allokazzjonijiet residenzjali li m’għandhomx faċilitajiet sanitarji adegwati għaż-żminijiet li ngħixu fihom illum? X’beħsiebu jagħmel il-Gvern Malti sabiex jgħin lil dawn l-individwi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #4131 Sitting 67 2013-10-28 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Emerġenza – servizz ta’ ambulanza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ambulanza hemm marbuta mas-servizz dirett tal-emerġenza u kemm-il sejħa jkun hemm għal dan is-servizz fis-sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fil-preżent għandna 15-il ambulanza marbutin mas-servizz tal-emerġenza fl-Isptar Mater Dei. Infurmat ukoll li sa l-aħħar tas-sena se jkun hawn 11-il ambulanza ġdida. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra figuri bis-sejħiet għal dan is-servizz ta kull sena.
Leg 12 PQ #4328 Sitting 67 2013-10-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – applikazzjonijiet għall-kariga ta' Director Nursing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li nħatret fil-kariga ta’ Director Nursing fl-Isptar Mater Dei, intgħażlitx wara sejħa għall-applikazzjoni kif ġara fiż-żewġ każijiet ta’ qabel? Jekk iva, kif kien kompost il-bord tal-għażla?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-proċess li ntuża sabiex tiġi mpjegata l-persuna fir-rwol ta’ Director Nursing and Midwifery Services fl-Isptar Mater Dei huwa dak ta’ position of trust skont il-proviżżjonijiet kollha ta’ OPM Circular 21/2011 tal-14 ta’ Diċembru 2011, MPO/289/85/II.
Leg 12 PQ #4329 Sitting 67 2013-10-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Treatment Abroad Committee

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost it-Treatment Abroad Committee?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Kumitat tat-Treatment Abroad huwa kompost minn Chairperson, seba’ membri u segretarja. Wieħed mill-membri huwa lay person li jirrappreżenta lill-pubbliku.
Leg 12 PQ #4330 Sitting 67 2013-10-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti li ntbagħtu għall-kura barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbagħat għall-kura barra minn Malta, xahar b’xahar, fis-snin 2011, 2012 u 2013? Mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-pazjenti, jista’ jindika l-kundizzjoni li għaliha ntbagħat għall-kura?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4331 Sitting 67 2013-10-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Appointments tal-Advanced Pharmacists Practitioners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-appointments tal-Advanced Pharmacist Practitioners li r-riżultati tal-interviewsgħalihom ilhom li ħarġu mit-22 ta’ Frar 2013 u jekk dawn joħorġux backdated minn meta ħareġ ir-riżultat?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-ħatriet ta’ Advanced Pharmacist Practitioners jiġu approvati mill-Prim Ministru abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Nistieden lill-Onor. Membru sabiex jagħmel it-talba tiegħu lill-Onor. Prim Ministru. Huwa antiċipat li l-ħatra tkun effettiva mid-data tal-approvazzjoni tal-Prim Ministru u mhux mid-data tar-riżultat, u dan skont il-parametri tal-Public Service Management Code.
Leg 12 PQ #4332 Sitting 67 2013-10-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Testijiet tan-nervituri – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex isirilhom t-test tan-nervituri msejjaħ EMG? Kemm hemm każijiet li ilhom jistennew anqas minn sitt xhur, bejn sitt xhur u sena, bejn sena u sentejn u aktar minn sentejn? Jista’ jikkonferma wkoll hemmx EMG technician impjegat biex jagħmel dawn it-testijiet fid-Dipartiment tal-Newrofiżjoloġija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm 1,790 pazjent jistennew biex isirilhom t-test tan-nervituri msejjaħ EMG. Dawn huma imqassma kif ġej: 454 minnhom ilhom jistennew anqas minn sitt xhur. 382 bejn sitt xhur u sena. 954 bejn sena u sentejn. M'hemm ħadd li ilu jistenna aktar minn sentejn. Dawn it-testijiet isiru minn EMG technician wieħed li huwa mpjegat part-time. Qed nagħamlu ħilietna biex nimpjegaw lil ħaddieħor.

Pensjoni ta’ impjegati tal-Gvern qabel l-1979 – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-pożizzjoni rigward is-somma tal-pensjoni (ta’ dawk li kienu jaħdmu mal-Gvern qabel l-1979) tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li oriġinarjament kienet daħal mal-Gvern permezz tal-Korp Dirgħajn il-Maltin fl-1972 u li kienet għaddiet mal-Gvern l-1979?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija għandha tingħata lill-Ministru konċernat.

Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – Spejjeż ta’ Media Events

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tagħrif huwa dwar kontijiet imħallsa diġà.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

Segretarju Parlamentari għall-Kompetitività u Tkabbir Ekonomiku – safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompettitività u Tkabbir Ekonomiku fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

Ministeru għall-Familija u s-Solidarjetà Soċjali – safar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Familija u s-Solidarjetà Soċjali fuq safar? Tista’ tagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva –safar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva fuq safar? Tista’ tagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #4539 Sitting 67 2013-10-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Finanzi fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb li jingħad illi fil-kas tad-Dipartiment tal-Lottu ir-risposta hija fin-negattiv. Din ir-risposta ma tinkludix informazzjoni fuq il-Bank Ċentrali.
Leg 12 PQ #4639 Sitting 67 2013-10-28 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Iż-Żejtun – reviżjoni tal-pjan lokali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3567, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux veru li meta se jiġi rivedut il-Pjan Lokali, se tiġi inkluża triq li minn Triq il-Kalkunieri se tagħti għal Triq San Ġużepp fiż-Żejtun? Min huma s-sidien tal-għelieqi li se jiġu affettwati bl-iżvilupp ta' din it-triq? Ir-residenti taż-Żejtun ġew ikkonsultati, u jekk fl-affermattiv, meta saret tali konsultazzjoni? Il-pjanti u rapporti tekniċi għall-bini ta' din it-triq saru? Jekk fl-affermattiv, saret applikazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Fiex wasal il-proċess ta' din l-applikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3657

Dock 7 – bidla fi triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ttieħdet id-deċiżjoni li Transport Malta tbiddel iż-żona ta' Dock 7 fi triq? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-avviż legali li ġie ppubblikat li jindika dan it-tibdil?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħadet id-deċiżjoni li ż-żona tad-Dock 7 tintuża bħala triq pubblika fil-ġimgħat li għaddew u dan skont Kapitlu 499 tal-Liġijiet ta’ Malta li tagħti l-poteri lill-istess Awtorità biex tagħmel dan. Nagħmilha ċara ukoll li għall-kuntrarju ta’ dak li ntqal, kull min jgħaddi minn hemm huwa kopert bil-polza tal-assigurazzjoni.

Coaches minflok articulated buses – apparat ta’ sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-coaches li qed jintużaw minflok l-articulated buses humiex equipped bl-arja kkundizzjonata, CCTVs, aċċess għal persuni b'diżabilità, magni Euro 5 u apparat ieħor ta' sigurtà kif kienu armati l-articulated buses?

Response (MIZZI, JOE)

Nibda billi nfakkar lill-Onor. Interpellant li l-coaches qed jintużaw temporanjament minflok l-articulated buses bħala parti minn pjan ta’ kontinġenza minħabba dak li seħħ bil-ħruq tal-istess articulated buses. Ninfurmah li dawn il-coaches huma mgħammra bl-apparat kollu meħtieġ skont kif stipulat fil-“Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri” (SL 499.56). Infurmat ukoll li l-parti l-kbira ta’ dawn il-coaches għandhom arja kundizzjonata u l-apparat kollu ta’ sigurtà skont kif mitlub mil-liġi.