Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta' siġar li ġew rappurtati lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li mietu f'daqqa waħda, jekk kien hemm? Fejn kienu dawn is-siġar li ġew rappurtati jew li indunaw bihom l-uffiċjali tal-awtorità? X'passi qed tieħu l-Awtorità meta jkun hemm rapporti ta' dan it-tip? X'investigazzjonijiet tagħmel l-istess Awtorità f'ċirkostanzi bħal dawn? Fejn tali siġar jirriżulta li kienu f'postijiet li fuqhom ikun hemm applikazzjonijiet għall-bini, jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi effett fuq l-applikazzjonijiet li jkunu pendenti?
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti quddiem xi wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru li hu responsabbli minnu, biex jinbnew serer għal skop agrikolu, madwar Malta u Għawdex? X’area hi proposta li jkollhom dawn it-talbiet hekk pendenti? F’liema lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex jinsabu t-talbiet pendenti?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li preżentament m’hemm l-ebda talba għall-bini ta’ serer għal skop agrikolu.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru reġax ħareġ kaxxi tal-plastic ġodda għall-użu agrikolu matul l-aħħar tliet xhur? Jekk iva, kemm ħarġu kaxxi ġodda u ta’ liema daqs huma?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar tlett xhur intlaqgħu offerti għax-xiri ta’ 21,960 kaxxa tal-plastik li minnhom s’issa ħarġu għall-użu tal-bdiewa 1,168 kaxxi kbar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet biex art agrikola li hi tal-Gvern tinqaleb fuq persuni li fil-fatt qegħdin jaħdmuha, u dan skont skema li kienet tħabbret lejn l-aħħar tal-amministrazzjoni preċedenti?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li għall-fini ta’ paragrafu 6 (d) (ii) tal-Kap. 268, s’issa daħlu 8 applikazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-koperattivi li magħhom saru diskussjonijiet dwar ħtiġijiet partikulari tal-biedja jew tas-sajd f'pajjiżna? Liema rakkomandazzjonijiet li saru waqt dawn il-laqgħat ġew aċċettati, u liema ġew rifjutati?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l- koperattivi tal-biedja u s-sajd li kellna laqgħat magħhom dwar il-ħtiġijiet tal-biedja u s-sajd jinkludu:
· FARMERS’ CENTRAL COOPERATIVE SOCIETY
· GĦAQDA KOPERATTIVA TAS-SAJD
· K.I.M.
· K.P.H.
· KOPERATTIVA GĦAQDA NAZZJONALI TAS-SAJD
· MĠARR FARMERS COOPERATIVE SOCIETY
· ASSOĊJAZZJONI TAL-KOPERATTIVI
Ninsab infurmat ukoll li ġew diskussi diversi materji t’interess għall- biedja u s-sajd u saru diversi proposti u rakkomandazzjonijiet.
Tista’ l-Ministru tagħti definizzjoni ta’ persuni homeless u roofless li timxi fuqhom il-Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar għandha 298 applikazzjoni li jaqgħu taħt il-kategorija “Homeless” kif muri fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari W144. Id-definizzjoni ta’ “Homeless” hija kif ġej:
Homeless - Institution
Applikanti li qed japplikaw minn istituti varji, xelters, u djar bħal Dar Merħba Bik, Suriet il-Bniedem, Dar Leopoldo etc, etc.
Homeless - CCF
Applikanti li qed japplikaw minn ġewwa l-faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Homeless - Eviction
Applikanti li qegħdin mhedda li ser jiġu żgumbrati jew mill-banek jew mis-sidien.
Homeless - Rehab Clients
Applikanti li kellhom xi vizzju u qegħdin ġo post tar-rijabilitazzjoni u ma jkollhomx post fejn jgħixu meta jlestu dan il-programm.
Homeless – Tolerance
Applikanti li jgħixu f’post mgħoti lilhom b’tolleranza iżda li xi darba jridu jirritornawh lura lis-Sid.
Homeless – Postal Address
Applikanti li m’għandhomx post fiss t’abitazzjoni iżda jkollhom indirizz li jintuża għall-posta biss.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa stmat li hawn persuni homeless u kemm hawn roofless f’Malta skont id-definizzjoni li timxi fuqhom il-Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar sallum għandha 298 applikazzjoni li jaqgħu taħt il-kategorija tal-“Homeless” kif murija fit-tabella hawn taħt:
3.2 Homeless - Institution
36
3.3 Homeless - CCF
23
3.4 Homeless - Eviction
106
3.6 Homeless - Rehab Clients
12
3.7 Homeless – Tolerance
33
3.8 Homeless – Postal Address
88
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4108, tista’ l-Ministru tgħid x’qed isir biex tiġi indirizzata l-problema ta’ dawk il-persuni homeless u ta’ dawk roofless f’Malta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar qegħda tikkunsidra x’miżuri tista’ tieħu biex jiġu mnieda proġetti ta’ Housing bejn il-Gvern u l-privat kemm għall-bejgħ kif ukoll b’kiri b’rati soċjalment aċċettabbli.
Apparti dan, l-Awtorita’ toffri diversi skemi fosthom sussidju tal-kera meta wieħed jikri mill-privat kif ukoll skemi fejn tgħin persuni biex jirranġaw ir-residenza tagħhom sabiex tkun fi stat abitabbli li jistgħu jibqgħu jgħixu fiha.
L-Awtorita’ qiegħda ukoll tkompli bil-proċess ta’ Skema Kiri 2 li ġew committed mill-Amministrazzjoni preċedenti sabiex ikollha aktar postijiet li tkun tista’ talloka lil-persuni fil-lista’ ta’ stennijja għall-akkomodazzjoni soċjali u li fost din il-lista hemm ukoll persuni homeless.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari W98, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija b’mod sħiħ u tgħid x'inhi l-policy attwali ta’ dan il-Gvern u tal-Awtorità tad-Djar dwar dawk il-postijiet li għadhom taħt ordni ta’ rekwiżizzjoni? Huwa maħsub li din l-Ordni titneħħa jew le? Jekk iva, meta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Politika tal-Gvern dwar il-postijiet milquta b’ ordni ta’ rekwizizzjoni ma inbidlitx. Hi l-intenzjoni tal-Gvern li jara li jitneħħew l-Ordnijiet ta’ Rekwizzizzjon. Imma dan jista isir bis każ b’ każ. Kont irid jittiehed tal-okkupanti tal-fondi u tal-funzjoni li l-istess fondi ikunu qed jaqdu. Intant ukoll il-Gvern qed jistudja il-possibilita’ li jagħmel pjan sabiex jinstab bilanċ bejn il-bzonn li jinżammu fis-seħħ certi Ordnijiet ta’ Rekwizizzjoni u id-drittijiet tas-sidien.
Postijiet li għandhom ordni ta’ rekwiżizzjoni li qed jintużaw mid-Dipartiment tal-Gvern
Question
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari W99, tista' l-Ministru tikkonferma li r-risposta mogħtija lil din il-Kamra hija fil-fatt korretta? B’mod partikolari tista’ l-Ministru tgħid jekk il-proprjetà 1, Braille Str, Santa Venera, imniżżla fir-risposta tal-Ministru bħala proprjetà li għadha taħt ordni ta’ rekwiżizzjoni, ġietx fil-fatt mogħtija lura lis-sidien madwar sentejn ilu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mistoqsija parlamentari W99 tagħmel referenza għall-liema huma dawk il-postijiet ta’ rekwiżizzjoni li qed jintużaw mid-dipartiment tal-gvern. Rigward il-propjeta’ 1, Braille Street, Santa Venera, din fil-fatt għadha taħt ordni ta’ rekwiżizzjoni.
Tista' l-Ministru twieġeb b’mod sħiħ il-mistoqsija parlamentari W90 dwar l-istrateġija tal-Awtorità tad Djar fuq l-anzjani biex jibqgħu jgħixu fil-komunità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika l-mistoqsija tiegħu.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3747 u 3044 u tgħid x’kien l-eżitu ta’ sejħa għall-promozzjonijiet fl-Awtorità tad-Djar li kienet ippubblikata lejn l-aħħar tas-sena l-oħra? Ladarba l-interviews saru f’Jannar li għadda u r-riżultati li kellhom l-approvazzjoni tal-bord kellhom jitħabbru lejn nofs ix-xahar ta’ Marzu u peress li issa qegħdin f’Ottubru, tista’ l-Ministru tgħid x’qed jikkawża dan id-dewmien?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-proċess kien diskuss internament minħabba l-istrateġija ta’ l-Awtorita’ u issa ġie iffinalizzat. Ir-riżultati tal-promozzjonijiet tal-14-il sejħa interna ġew ippubblikati permezz ta’ ċirkulari interna datata 10 ta’ Diċembru 2013.
Korp tal-Pulizija – membri jservu barra minn Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija qed iservi barra minn xtutna? F'liema organizzazzjoni u f’liema pajjiż qed iservu dawn il-membri tal-Korp u xi gradi għandhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm Supretendent li qed jservi fl-Olanda u Surġent li qed jservi fil-Kosovo.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-suġġetti akkademiċi li qed jiġu mgħallma l-Pulizija , konnessi direttament max-xogħol tagħhom, fl-Akkademja tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 2212 li staqsa huwa stess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' droga maqbuda mill-Pulizija fis-snin 2009, 2010, 2011, 2012 u sal-lum fl-2013, u x'kienet din id-droga?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif dwar l-ammont ta’ droga li nqabdet mil-Pulizija minn Jannar 2009 sa Settembru ta’ din is-sena, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-baġit għall-Korp tal-Pulizija, sena b'sena f'dawn l-aħħar 10 snin? Kemm fil-fatt intnefqu flus fl-istess perjodu sena b'sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onororevoli Interpellant li t-tagħrif dwar il-baġit tal-Korp tal-Pulizija għall dawn l-aħħar għaxar snin, se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm hemm sezzjonijiet differenti fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija fil-Floriana hemm għaxar sezzjonijiet differenti:
1. It-Taqsima Amministrattiva
2. It-Taqsima tal-Ispecial Branch
3. Id-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali
4. L-Iskwadra ta’ kontra d-Droga
5. L-Iskwadra ta’ kontra ir-Reati Ekonomici u Vizzji
6. It-Taqsima tal-Forensika
7. It-Taqsima tal-Informatika
8. It- Taqsima tat-Traffiku
9. It-Tasima tal-Administrative Law Enforcement
10. It-Taqsima tas-Snajja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il produzzjoni Maltija u barranija xtara x-Xandir tal-Istat tul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm swew lix-Xandir u kemm-il produzzjoni nħadmet f’dan il-perjodu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-PBS hija kumpanija kummerċjali li tibbenefika biss minn fondi tal-EPSO (Extended Public Service Obligation). L-awditjar ta’ dawn il-fondi isir kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra tal-Parlament.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix programm/kampanja għal batteriji użati? Jekk le, hemm xi ħsieb li jiġi introdott programm jew kampanja simili? Jekk iva, x’inhuma r-riżultati?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi l-WasteServ għandha programm għal batteriji wżati. Permezz tal-kampanja pubbliċitarja fl-iskejjel, magħrufa bħala il-Battery Buster Campaign, inġabru ‘l fuq minn 32,000 kilo ta’ batteriji wżati kemm ilha għaddejja l-kampanja s’issa. Il-kampanja kompliet f’din s-sena skolastika.
Ninsab infurmat ukoll li apparti dawn, inġabru wkoll 98.67 tunnellata ta’ batteriji wżati minn ħwienet, kunsilli lokali u entitajiet oħra bejn is-sena 2010 sa Awissu 2013. Batteriji wżati jinġabru wkoll fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff tal-WasteServ. Bejn 2010 u Awissu 2013 inġabru mal-283.50 tunnellata minn dawn iċ-Ċentri.
Nawgura li l-abbozz tal-pjan dwar l-immaniġġjar tal-iskart iħares b’lenti ġdida lejn din l-
issue
.