Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati lill-Pulizija każijiet ta’ abbuż fuq anzjani tul din is-sena? Fiex kien jikkonsisti l-abbuż? X'passi ttieħdu f'kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, il-Pulizija kellha 187 rapport ta’ abbuż fuq persuni ta’ sittin sena jew aktar. Dawn kienu 65 każ ta’ vjolenza domestika, 75 offiżi fuq il-persuna, 6 serq, 5 mugging, 36 snatch & grab. Infurmat ukoll illi dawn il-każijiet ġew investigati u s’issa 54 persuna ġew imressqa quddiem il-Qorti
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-MITA approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.
Istitut Internazzjonali għal-Liġi Marittima – Tnaqqis fil-Budget
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget dovut lill-Istitut Internazzjonali għal-Liġi Marittima li ġie approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-Privatisation Unit approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-MIMCOL approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-Bord tal-Koperattivi approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-Malta Enterprise approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li trid tirranġa s-saqaf tar-residenza tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-każ imsemmi qed jingħata prijorità minn naħa tal-Awtorità tad-Djar. Għalkemm kien hemm xi dewmien biex jinbdew ix-xogħlijiet minħabba proċeduri amministrattivi in konnessjoni mat-tender, qed isir sforz biex tinstab soluzzjoni mill-aktar fis possibbli sabiex ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jinbdew mill-kuntrattur possibilment fi żmien ġimgħa.
Jista’ l-Ministru jara x’sar mill-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed jistenna biex issirlu operazzjoni tal-irkoppa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer care.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għadha ma rċevietx iċ-cheque tal-pensjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l persuna msemmija ġiet nfurmata bil-miktub.
F’każi simili, wara li l-persuna titlob stop payment, dan jiġi mibgħut il-Bank Ċentrali u malli jkun hemm il-clearance li ma ssarrafx, joħroġ ċekk ieħor bħala replacement immedjatament.
Tista’ l-Ministru tikkonferma li kien hemm xi riżenji minn xi bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, liema bordijiet jikkonċernaw il-kura tat-tfal? Jekk fl-affermattiv min huma dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Minn min imtlew il-postijiet vakati minn dawn il-persuni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk waqqfitx jew hijiex fil-proċess li twaqqaf task force fuq il-fostering? Jekk iva, min huma l-persuni li se jkunu fuq dan it-task force u xi kwalifiki għandhom biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet ta’ daqstant sensittività?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistqosija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk sarux tibdiliet fil-proċeduri tal-fostering? Tista' l-Ministru tgħid kif dawn swew ta’ aktar ġid għat-tfal vulnerabbli?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien ikun aktar f’waqtu li kieku l-Interpellant indentifika xi spażju li fil-Ministeru għall-Familja u Soliderjetà Soċjali jew fl-Aġenżija Appoġġ li jista jesa’ aktar minn 300 ruħ, għaliex din il-laqgħa u laqgħat oħra sussegwenti kienu jsiru f’xi post minn dawn u mhux f’Kastilja f’sala li tista’ tieħu dan l-ammont ta’nies.
(Ara dokument 1787 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 87 tas-Sibt 16 ta' Novembru 2013)
Tista’ l-Ministru tiċħad jew tikkonferma li foster carers intalbu jiltaqgħu magħha f’Kastilja u mhux fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali jew fl-Aġenzija Appoġġ? Jekk fl-affermattiv x’inhi r-raġuni wara din it-talba?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien ikun aktar f’waqtu li kieku l-Interpellant indentifika xi spażju li fil-Ministeru għall-Familja u Soliderjeta Soċjali jew fl-Aġenżija Appoġġ li jista' jesa’ aktar minn 300 ruħ, għaliex din il-laqgħa u laqgħat oħra sussegwenti kienu jsiru f’xi post minn dawn u mhux f’Kastilja f’sala li tista’ tieħu dan l-ammont ta’nies.
Tista’ l-Ministru tiċħad li xi żmien ilu kellha pressjoni biex tifel li qiegħed taħt care order jerġa’ jmur lura ma’ ġenitur u dan kontra l-parir tal-psikologi u s-social workers li qed isegwu mill-qrib il-każ ta’ dan it-tifel? Kif qed taġixxi l-Ministru f’sitwazzjonijiet simili?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Nassumi lill-Onorevoli Interpellant huwa familjari mal-liġi u l-proċedura tal-Care Orders u għaldaqstant nassumi ili jaf li l-Ministru ma jidħolx fuq direzzjoni li bil-liġi jittieħdu mill-Children and Young People’s Advisory Board.
Tista' l-Ministru tagħti timeline bid-dettalji ta’ dak li diġà sar, inkluż kull tħabbira li saret dwar din l-istrateġija, u ta’ dak li għad irid isir, inkluż kull draft li qed joħroġ, fit-tfassil tal-istrateġija kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4942 u tara li ssir tiswija ta’ gallarija tal-appartament li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi qiegħed fi stat avvanzat li jiġi ngaġġat kuntrattur biex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4943 u tinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema minħabba sigurtà soċjali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni tal-pensjonijiet dwar il-każ tagħha.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' siġar tħawlu bħala parti mix-xogħol li qed isir fil-front ta’ bejn Bormla u l-Birgu? Kemm tħawlu siġar f'dan il-post u x'tip ta' siġar tħawlu? Dan it-tħawwil sar skont l-approvazzjoni tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jew le? Min ta pariri biex jitħawlu dawn it-tipi ta' siġar? Minn liema pajjiż ġew dawn is-siġar u kemm hi l-istima tas-siġar li tħawlu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għażla tas-siġar saret mill-Architectural and Landscaping Consultants. Dawn is-siġar ġew impurtati mill-Italja u t-tħawwil tagħhom ġie approvat b’ permess tal-MEPA. L-istima ta’ dawn is-siġar li ġew imħawla hija ta’ €30,124. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.