Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta, Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija — polza ta’ assigurazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 28294, 28295 u 28296, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet is-sitwazzjoni fl-Amministrazzjoni preċedenti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’għandi xejn x’inżid mat-tweġibiet imsemmija. Inżid biss illi l-Ministeru tiegħi għaddej b’diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 12 PQ #30057 Sitting 473 2017-01-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li ġew Impjegati fis-servizz pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28256 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar in-numru ta’ persuni li, sena b’sena, ġew impjegati fis-servizz pubbliku minn barra mill-2013 sal-2015 u jaqsam l-informazzjoni skont il-gradi li fihom ġew impjegati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni impjegati fis-servizz pubbliku minn barra fi snin imsemmija kienu 1,315 fl-2013, 1,830 fl-2014 u 1,207 fl-2015. Il-lista ta’ gradi applikabbli qed jiġu murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. Interpellant li madwar 70% ta’ dawn l-impjiegi huma fl-oqsma tas-sahha u dak edukattiv. Dan jirrifletti l-impenn tal-Gvern biex isahhah dawn iz-zewg setturi prinċipali. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tal-2013 tinkludi 271- il persuna li kienu impjegati fis-servizz pubbliku minn barra, bejn l-1 ta’Jannar u t-8 ta’Marzu.
Leg 12 PQ #30058 Sitting 473 2017-01-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fond/proprjetà tal-Gvern użat għal operat ta’ retail

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28265 u jgħid jekk teżistix proċedura stabbilita biex persuna tkun allokata fond/proprjetà tal-Gvern biex jintuża għal operat retail?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-proċedura għall allokazzjoni ta’ propjeta mhux residenzjali trid issir skond l-Att dwar it-Trasferiment ta’ Art tal-Gvern (Kap 268).
Leg 12 PQ #30059 Sitting 473 2017-01-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Power fibre link

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28257, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern iqisx li l-power fibre link mhux qiegħed jintuża fil-kapaċità massima tiegħu u x’qiegħed jagħmel biex il-pajjiż jieħu aktar valur minn dan l-investiment strateġiku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Enemalta plc li li l-power fibre link imsemmi qed jintuża mill-istess kumpanija bħala parti mis-sistema ta’ protezzjoni, kontroll superviżjonali u akkwist tad-data (SCADA) tal-Malta-Italy Interconnector. Intant il-Kumpanija qegħdha tara kif tagħmel użu aktar sostenibbli ta’ din l-infrastruttura.
Leg 12 PQ #30060 Sitting 473 2017-01-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta – Triq l-Arċisqof – permessi biex stabbilimenti joħorġu mwejjed u siġġijiet fit-triq

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 28258, jista’ l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #30061 Sitting 473 2017-01-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Projects Malta – Financial Statements

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements ta’ Projects Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #30101 Sitting 473 2017-01-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta’ second class water għall-bdiewa — xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol marbut mal-proġett li kellu jipprovdi second class water għall-bdiewa ta' pajjiżna, wara li jiġi msoffi d-drenaġġ? Liema partijiet tal-proġett ġew imqegħda f'posthom s’issa? Meta hu mistenni li jitlesta l-proġett kollu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-impjanti ġew installati u beda l-commissioning u l-ittestjar tal-ilma. Is-sistema tal-pajpijiet qegħda fi stat avvanzat ta’ tlestija. Il-proġett kollu huma mistenni li jitlesta fix-xhur li ġejjin.
Leg 12 PQ #30102 Sitting 473 2017-01-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – toroq li ġew spezzjonati wara x-xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq, wara li sar xogħol fihom mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, ġew spezzjonati s’issa mill-istess Korporazzjoni, minn Ottubru 2016 sal-lum, fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar? X'kienu r-riżultati ta' dawn l-ispezzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-ispezzjonijiet li saru minn Ottubru 2016 s’issa fil-lokalita’ msemmija, huma dawn. Ir-riżultati kienu sodisfaċenti. Mellieħa: Triq Għeriexem Triq l-Etna Triq Salvinu Vella Triq Dun Belin Azzopardi Triq it-Tramuntana Triq San Pawl Triq il-Mitħna l-Qadima Triq San Mikiel Triq Dun Manwel Grima (Manikata) Triq San Ġużepp (Manikata) Triq ir-Raħħala (Manikata) Naxxar: Triq Sta Luċija, Sqaq Nr 14 Triq San Pawl Triq il-Fortizza tal-Mosta Triq il-Ġermanja Triq Leli Falzon Triq il-Forġa San Pawl il-Baħar: Triq J. Quintinus Triq il-Luzzu Triq San Publiju Triq Luigi Preziosi Triq il-Mazzola Triq Stamnar Triq Nelson

Animal Welfare – klieb slavaġ

Question

Billi f'diversi lokalitajiet qed ikun hemm klieb jiġru barra, jew għaliex slavaġ, inkella għaliex is-sidien tagħhom iddeċidew li jħalluhom għal riħhom, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jinġabru dawn l-istess klieb, mis-sezzjoni tal-Animal Welfare? Kemm inġabru klieb minn din is-sezzjoni, matul l-aħħar 12-il xahar? Jista’ jara li numru ta’ klieb li hemm jiġru bejn il-bypass ta' San Pawl il-Baħar u l-inħawi tal-Veċċja jiġu miġbura?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li matul is-sena 2016 inġabru 580 kelb. Id-Direttorat ta’ Trattament Xieraq tal-Annimal jiġbor biss dawk l-annimali li huma morda jew feruti. Dawn jittieħdu l-Isptar fejn jiġu kkurati. Skond il-proċeduri stabbiliti tad-Direttorat, klieb li huma b’saħħithom ma’ jinġabrux.
Leg 12 PQ #30104 Sitting 473 2017-01-24 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

Problema dwar skema — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament rigward problema dwar skema?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntattjata sabiex tissolva l-problema tagħha.

Akkomodazzjoni Soċjali – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward akkomodazzjoni soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar diġà qegħda f'kuntatt mal-persuna kkonċernata.

Applikazzjoni għas-sussidju tal-kera – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward kwistjoni dwar applikazzjoni għas-sussidju tal-kera?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna li, l-applikazzjoni ġiet proċessata u fil-jiem li ġejjin din is-sinjura ser tkun ikkuntatjata mill-Awtorità tad-Djar.

Tourism Police

Question

B'referenza għar-risposta dwar it-Tourism Police, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt il-pulizija li għamlu dan il-kors hux kollha bdew jagħtu servizz f'dan ix-xogħol partikulari, inkella jekk kienx hemm numru żgħir biss minnhom, li wara li għamlu l-kors, bdew jaħdmu f'dan ix-xogħol partikulari? Jekk kollha taw servizz, jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt kienx hemm minnhom li ddeċidew li ma' jibqgħux jagħtu dan is-servizz, u kien għalhekk li n-numru ta' pulizija issa naqas għal ħdax?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li mhux il-pulizija kollha li għamlu l-kors tat-Tourism Police jagħtu servizz f'dan ix-xogħol partikulari direttament, għalkemm it-taħriġ u l-esperjenza li gwadanjaw xorta sservi ta’ għajnuna waqt ix-xogħol normali tagħhom. Kif indika tajjeb l-Interpellant, hemm ħdax il-membru tal-Korp illi jagħmlu dan ix-xogħol volontarjament kull meta jiġu mitluba, filwaqt illi ħmistax oħra jagħmlu dan ix-xogħol meta jkun hemm il-ħtieġa u jiġu mitluba.
Leg 12 PQ #30113 Sitting 473 2017-01-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Energy Performance Certificates

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jerġgħu jinfetħu l-korsijiet li jwasslu biex ikun hemm ċertifikazzjoni għall-persuni biex jiċċertifikaw bini għal dak li jikkonċerna energy performance (EPC), billi ilu jingħad ħafna li dan il-kors ser jerġa' jinfetaħ, iżda, sa issa dan għadu ma seħħx? Kemm hu n-numru ta' persuni li talbu biex ikunu fil-lista ta' persuni li qed jistennew biex jagħmlu dan il-kors, kif mitluba li jagħmlu mill-organizzaturi tal-kors?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Infurmat li fid-dawl tal-fatt li Malta qed tistudja kif l-aħjar tittrasponi d-Direttiva Ewropea dwar ir-Rendiment tal-Enerġija fil-Bini, wara li kienet ġiet servuta b’Reasoned Opinion mill-Kummissjoni Ewropea peress li l-amministrazzjoni preċedenti kienet ittraskurat dan il-qasam, għad irid ikun deċiż meta jkun jista’ jibda jiġi organizzat il-kors t’Assessur tad-Dwellings li s’issa kien hemm interess għalih minn 384 persuna.
Leg 12 PQ #30120 Sitting 473 2017-01-24 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

Kont tat-taxxa – każ ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separament, minħabba każ fuq kont ta' taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntattjata sabiex tissolva d-diffikulta tagħha.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — persuni f'position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 ma ġewx maħtura persuni f’position of trust mal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Biex persuna tkun f’position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.

Il-Gudja – Għassa – rapporti ta’ serq u frodi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa tal-Gudja tul is-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa tal-Gudja kien ta’ 104, minn dawn kien hemm 97 każ ta’ serq u 7 każi ta’ frodi.

Qrati – Sentenza ta’ Probation

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi ta’ probation mill-Qrati tagħna fis-sena 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Fis-sena 2016 ingħataw total ta mitejn, wieħed u erbgħin (241) sentenzi ta’ probation. Mitejn, ħamsa u tletin (235) fil-Qorti ta’ Malta u sitta (6) fil-Qorti ta’ Għawdex.

Qrati – Multi Penali inflitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw multi penali komplessivament mill-Qrati tagħna fis-sena 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Matul is-sena 2016 kien hemm total ta’ mija u dsatax (119) multi penali, mija u ħamsa (105) ingħataw mill-Qorti ta’ Malta u erbatax (14) mill-Qorti ta’ Għawdex.

Raħal Ġdid – Għassa – rapporti ta’ serq u frodi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa ta’ Raħal Ġdid tul is-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid kien ta’ 181, minn dawn kien hemm 169 każ ta’ serq u 12 il-każ ta’ frodi.