Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4543 Sitting 68 2013-10-29 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva – riżenja ta’ ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda riżenja ta' persuni maħtura mis-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva.
Leg 12 PQ #4544 Sitting 68 2013-10-29 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja – riżenja ta’ ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Peress li l-qasam tal-ġustizzja hu regolat mill-Kostituzzjoni, fejn jidħlu ħatriet u riżenji ta’ uffiċjali, nitlob lill-Onor. Interpellant tirregola ruħha f’dan is-sens.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – riżenja ta’ ħaddiema

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (GRECH, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega x’qiegħed jifhem bit-terminu ‘kariga uffiċċjali’.

Transport Malta — Xufiera

Question

B' referenza għall-mistoqsija parlamentari 3837, jista’ l-Ministru jiċċara jekk ir-risposta li ta għal din il-mistoqsija parlamentari fejn qal li, "li l-spazju f’uffiċċju u kompjuter jitqiesu bħala elementi bażiċi iżda essenzjali li ħaddiem għandu jkun ipprovdut bihom biex jagħmel xogħlu.", tapplikax ukoll għax-xufiera?

Response (MIZZI, JOE)

Naħseb li l-Onor. Interpellant japrezza li kull impjegat, ikun x’ikun il-grad tiegħu, inkluż dak ta’ xufier, għandu dritt għal ċertu elementi bażiċi fuq il-post tax-xogħol tiegħu.

Transport Malta – Bord tal-Inġustizzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Inġustizzji li nħatar fi ħdan it-Transport Malta? Xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni? Fuq liema kriterji ġew magħżula dawn il-persuni biex iservu fuq dan il-bord?

Response (MIZZI, JOE)

Il-membri tal-Bord tal-Inġustizzji li nħatar fi ħdan it-Transport Malta huma dawn: Dr Silvio Debono Dr Aaron Mifsud Bonnici Mr Joshua Zammit Il-Persuni maħtura f’dan il-Bord għandhom il-kwalifiċi u l-esperjenza meħtieġa biex iservu fil-bord li fih kienu appuntati.

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità – policies dwar reserved parking

Question

B' referenza għall-mistoqsija parlamentari W58, jista’ l-Ministru jgħid x' inhuma l-emendi minuri li seħħew fuq il-policies dwar reserved parking li dwarhom il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità mhux biss qablet, iżda rrakkomandathom?

Response (MIZZI, JOE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – budget

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget approvat f'April ta' kull dipartiment, aġenzija u awtorità li jaqa’/taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk fl-affermattiv, b’kemm u x’kienet ir-raġun?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-budget għad-dipartiment u l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi ġie rivedut kif ġej: Il-budget ta’ Transport Malta ġie rivedut b’10%. F’ dak li jirrigwarda l-budget għad-Direttorat tat-Toroq u Infrastruttura ma kien hemm l-ebda reviżjoni. Il-budget tal-Grand Harbour Regeneration Corporation ( GHRC ) ġie rivedut bi 8.47%. Il-budget tad-Dipartiment li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi ġie rivedut b’ 32.65%.
Leg 12 PQ #4666 Sitting 68 2013-10-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Makkinarju tal-MRI — xiri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi dipartiment jew entità fil-Ministeru tiegħu xtarax jew huwiex fil-proċess li jikri jew jixtri xi makkinarju tal-MRI jew jekk għandux l-intenzjoni li jagħmel dan fis-sitt xhur li ġejjin? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif sar jew se jsir dan ix-xiri u/jew kiri?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Ministeru qiegħed fil-proċess li jixtri magna tal- MRI. Dan ix-xiri se jsir permezz ta’ tender pubbliku tad-Dipartiment tal- Kuntratti li jinsab fil-gazzetta tal-Gvern u tal-Ewropa u li se jagħlaq fil-15 ta’ Ottubru 2013. Il-proċess tax-xiri li jinkludi l- evalwazzjoni ta’ l- offerti rċevuti, l-għotja tat-tender lill-kumpanija li għandha l-aktar offerta vantaġġjuża, u l-perijodu sakemm din il-magna tiġi kkummissjonata u nstallata fl-Isptar Mater Dei, mistenni li jieħu mill-anqas 9 xhur. Wara dan il-proċess din il-magna tkun tista’ tibda topera biex jingħata s-servizz aħjar fl-isptar.
Leg 12 PQ #4667 Sitting 68 2013-10-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li huma intitolati għas-servizz ta’ saħħa b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-policy dwar min hu intitolat għas-servizz ta’ saħħa b’xejn f’pajjiżna u jispjega kif jiġi rimborsat jew imħallas il-Gvern fil-każ ta’ persuni li mhumiex taxpayers f’Malta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-persuni koperti mill- Avviz Legali 201/04 li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, huma intitolati għal servizz ta’ Saħħa b’xejn f’pajjiżna. Infurnat ukoll li l-proċedura li tintuża biex jiġi rimborsat jew imħallas il-Gvern fil-kas ta’ persuni li mhumiex intitolati hija li jinħareg kont mill-billing section tal-entità fejn tkun ingħatat il-kura u l-persuna kkonċernata tħallas il-kont. Fil-kas li l-persuna tippreżenta d-dokumentazzjoni meħtiega skont ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropeja, il-kont jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet rispettivi tal-pajjiż minn fejn ikun ġej il-pazjent.
Leg 12 PQ #4668 Sitting 68 2013-10-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li użaw s-servizz tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ċittadina ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea użat is-servizz tas-saħħa f’Malta, xahar b’xahar minn Jannar 2008 sa Awwissu 2013? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni bejn dawk li ppreżentaw l-EHIC card u dawk li ma ppreżentawhiex? Għall-istess perijodu (ukoll xahar b’xahar), jista’ jgħid kemm intalab ħlas mingħand il-pajjiżi rispettivi u kemm minn dan tħallas?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’persuni ċittadini tal-Unjoni Ewropeja li użaw is-servizz tas-saħħa.
Leg 12 PQ #4669 Sitting 68 2013-10-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li mhumiex minn stati membri tal-Unjoni Ewropea li użaw is-servizz tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna mhux ċittadina ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea użat is-servizz tas-saħħa f’Malta, xahar b’xahar, minn Jannar 2008 sa Awwissu 2013? Għall-istess perijodu (ukoll xahar b’xahar) jista’ jgħid kemm intalab ħlas mingħand dawn il-persuni, jew l-assigurazzjoni tagħhom jew il-pajjiżi rispettivi u kemm minn dan tħallas?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li t-totalli jisabu miġbura skont l-entità kif se nsemmi filwaqt li d-dettalji qed inpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra. Minn Jannar 2008 sa Awwissu 2013 Entity Amount Billed Paid Gozo General Hospital € 261,253.18 € 25,565.23 Mater Dei Hospital € 2,527,563.00 € 1,271,884.00 Mount Carmel Hospital € 660,318.84 27,032.03 Rehabilitation Karen Grech Hospital € 37,922.04 NIL Dan juri biċ-ċar l-mismanagment fil-Billing section tas-sistema tas-saħħa. Il-Gvern hu kommess li joħloq aktar kontabiltà.
Leg 12 PQ #4670 Sitting 68 2013-10-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sit elettroniku għall-mediċini li huma out-of-stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li jagħmel sit elettroniku li permezz tiegħu jippubblika l-mediċini li jkunu out-of-stock b’tali mod li jkun aġġornat real time biex b’hekk il-pazjenti jevitaw l-iskariġġ li jmorru fl-ispiżeriji għal xejn?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-ħsieb tal-Ministeru hu li jkollu strateġija fejn is-servizzi bżonjuzi jkunu kollha online. Peress li sibna sistemi inkompetenti ma' xulxin, irridu nagħmlu prijoritajiet, għaldaqstant irridu l-ewwel ikollna sistema ta' Stock Control efficjenti. Sa dan it-tant il-pazjenti dejjem jistgħu jinqdew bit-telephone qabel imorru l-ispiżerija ħalli ma jinqalgħux għal xejn. Barra minn hekk huwa l-għan tagħna li mediċini jkunu kemm jista' jkun 'available' għal pazjenti.
Leg 12 PQ #4671 Sitting 68 2013-10-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — sodod

Question

Peress li l-Ministru pubblikament ta dettalji dwar kemm jiswew kuljum sodod fl-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kalkoli kollha marbutin ma’ dawn l-ispejjeż?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kalkoli kollha marbutin ma’dawn l-ispejjeż.

Tħaffir għaż-żejt — blata kontinentali Maltija - relazzjonijiet mal-Italja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa l-Gvern Malti fil-konfront tal-Gvern Taljan wara li dan ħareġ id-Decreto Ministeriale li bih estenda l-pretenzjonijiet Taljani fuq il-Lvant tal-blata kontinentali Maltija, li tinkludi parti kbira mill-areas 2 u 7? Jista’ jgħid jekk bagħatx note verbale lill-Gvern Taljan bi protesta għal dawn il-pretenzjonijiet, kif dejjem kienet il-konswetudni tal-Gvern Malti f’każijiet bħal dawn, u jippreżenta koppja ta’ din in-note verbale lil din il-Kamra?

Response (MIZZI, JOE)

Naċċertak li l-Gvern Malti mill-ewwel ħa ħsieb li jibgħat Note Verbale lill-Gvern Taljan bi protesta għad- Decreto Ministeriale li bih il-Gvern Taljan estenda Żona C fil-Lvant ta' Malta. Il-Gvern Malti protesta bil-qawwa għal dan id-digriet minħabba li din l-estenzjoni ta' Żona C tidħol f'parti kbira mill-blata kontinentali Maltija fil-Lvant ta' Malta. It-taħdidiet bejn Malta u l-Italja għadhom għaddejjin rigward dan is-suġġett. Mhux in-norma li Note Verbale li fih informazzjoni sensittiva dwar is-sovranita ta' Malta jigi preżentat fil-Kamra iżda jekk l-Interpellant jixtieq jara dan in-Note Verbale nitolbu biex dan jarah għand l-uffiċjal inkarigat fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

Tħaffir għaż-żejt — blata kontinentali Maltija - informazzjoni ġeoloġika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija taż-żejt Heritage Oil, li għandha l-liċenzja għat-tħaffir taż-żejt f’areas 2 u 7, kif ukoll bjar taż-żejt fl-Italja, għaddietx xi informazzjoni ġeoloġika dwar il-blata kontinentali fil-Lvant ta’ Malta, jiġifieri fl-istess żona fejn il-Gvern Taljan estenda il-pretenzzjonijiet tiegħu fuq il-blata kontinentali Maltija, lil terzi persuni jew gvernijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Nixtieq niċċara li Heritage Oil ma għandiex la liċenzji u l-anqas bjar taż-żejt ġewwa l-Italja. Il-kuntratt bejn Heritage Oil u l-Gvern ta’ Malta għandu klawsoli sabiex jisalvagwardja il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni. Il-Gvern ukoll staqsa lill-Heritage Oil dwar dan u dawn ċaħdu li qatt għaddew informazzjoni lil terzi persuni jew lil gvernijiet. Nitlob lill-Onor. Interpellant li jekk hu għandu xi provi li din l-informazzjoni għaddiet lil terzi persuni jew Gvernijiet dan għandu jgħaddili dawn il-provi ħalli jien nieħu l-passi meħtieġa.

Sodod għall-anzjani – expression of interest

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ dawk li wrew interess li jipprovdu sodod għall-anzjani (residential care) fl-expression of interest li nħarġet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

djar tal-anzjani – site visits

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux site visits f’dawk id-djar tal-anzjani li wrew l-interess li jipprovdu sodod għall-anzjani wara l-expression of interest li nħarġet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom ma saru ebda żjarat f’djar tal-anzjani li wrew interess li jipprovdu sodod għall-anzjani wara li nħarġet l-espressjoni ta’ interess.

Sodod għall-anzjani – expression of interest — evalwazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn min hu kompost il-kumitat/tim li hu inkarigat biex jagħmel evalwazzjoni tal-expression of interest li nħarġet biex jiġu provduti sodod għall-anzjani (residential care)?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat ta’ Evalwazzjoni hu magħmul mis-Sur Raymond Mamo bħala Chairperson u Dr Miriam Azzopardi u Dr Stephen Abela bħala membri. Dr Marvina Formosa u s-Sur Philip Rizzo huma osservaturi fuq il-kumitat waqt li s-Sur Mark Debono huwa s-Segretarju tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni.

Sodod għall-anzjani – expression of interest

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm fost dawk li wrew interess li jipprovdu sodod għall-anzjani fl-expression of interest li ħarġet, jistgħu jipprovdu nursing care?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-evalazzjoni tal-espressjoni ta’ interess għadu għaddej.

Residenza San Vinċenz de Paul – rapporti dwar abbuż fuq anzjani

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew rappurtati każijiet ta’ abbuż fuq l-anzjani tul din is-sena xahar b’xahar fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Fiex kien jikkonsisti l-abbuż? X'passi ttieħdu f'kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.