L-Imġarr (Malta) – Triq Temi Zammit — Pelican lights
Question
Jista’ l-Ministru jara li jitwaħħlu pelican lights fi Triq Temi Zammit, kantuniera ma’ Triq iż-Żebbiegħ fil-Limiti tal-Imġarr peress li din it-triq hi ta’ periklu kbir għall-persuni li jaqsmu speċjalment għat-tfal li jmorru l-iskola?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr għal din il-pelican crossing. Saret spezzjoni fuq il-post minn uffiċjali tal-Awtorità u rriżulta li minħabba l-kurvi vertikali w orizzontali li jinsabu f’din il-parti tat-triq, m’hemmx linji ta’ viżibiltà twal biżżejjed sabiex tiġi approvata pelican crossing fil-viċinanzi ta’ kantuniera ma’ Triq Żebbiegħ minħabba raġunijiet ta’ sigurtà. Il-parti l-aktar viċin ta’ kantuniera ma’ Triq Zebbiegħ, fejn ikun sikur li tiġi kkunsidrata tali pelican crossing, jiġi f’distanza ta’ 116-il metru bogħod minn dik il-pelican crossing eżistenti. Distanza ta’ 116-il metru bogħod hija distanza qasira wisq għal bejn pelican crossings suċċessivi.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess u l-pjanta tal-car park li kellu jsir fiż-żona ta’ Santa Margerita f’Bormla? X’inhu l-ħsieb tal-Gvern dwar dan il-car park?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li it-Taqsima tax-Xogħlijiet kienet applikat għall-Outline MEPA Permit għal dan il-proġett fl-2003(PA 002243/03) u l-permess ħareġ fit-8 ta' Ottubru 2003. Dan il-permess ġie mġedded mill-MITC fl-2008 (PA 03366/08) u ħareg fid-9 ta' April 2009 u għadu validu sad-9 ta' April 2014.
Il-Carpark ta’ Santa Margerita għall-ewwel darba qiegħed jiġi studjat f’kuntest aktar wiesgħa biex iservi ta’ parkeġġ kemm għall-Birgu kif ukoll għal Bormla apparti l-fatt li qed isir studju fuq l-użu ta’ proġetti futuri fiż-żona.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4762 fejn intqal li l-ħaddiema kellhom jieħdu s-somma ta’ €45,357, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fuq dan il-ħlas u jekk fl-affermattiv, il-ħaddiema tħallsux il-flus dovuti kollha?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta saret il-mistoqsija parlamentari numru 4762, il-Kunsill Lokali Valletta għamel pagament ta €5,000 fl-24 ta’ Ottubru. Dan il-pagament se jgħaddi lill-ħaddiema fis-salarju tal-2 ta’ Dicembru 2013. B’hekk il-bilanċ dovut mill-Kunsill Lokali Valletta lid-Direttorat għat-Tindif jammonta għal €40,357.
Jista' l-Ministru jghid kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-Korp tal-Pulizija, matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi minn Jannar 2009 sa Settembru ta’ din is-sena, il-vetturi ġodda mixtrija mil-Korp tal-Pulizija kienu 47 vettura, 21 mutur u 2 segway.
Korp tal-Pulizija – membri involuti f’inċidenti tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu involuti f'inċidenti tat-traffiku waqt il-qadi ta' dmirijiethom f'dawn l-aħħar ħames snin u kif kienu maqsuma sena b'sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu involuti f’incidenti tat-traffiku waqt il-qadi ta’ dmirijithom bejn Jannar 2009 u Settembru ta’ din is-sena huwa kif ġej:
Sena
2009
2010
2011
2012
2013
Membri tal-Korp involuti f'inċidenti tat-traffiku waqt il-qadi ta' dmirijiethom
18
16
8
17
12
Numru ta’ incidenti
21
21
8
17
13
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru urine tests fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin tul x-xhur ta' Marzu, April u Mejju 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li matul ix-xhur ta’ Marzu, April u Mejju 2013 saru dawn il-urine tests:
Marzu - 69 test
April - 93 test
Mejju - 168 test
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — każijiet ta' dixxiplina interna
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' dixxiplina interna pendenti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Meta l-aħħar li ngħatat deċiżjoni ta' dixxiplina interna fil-ħabs?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Bħalissa hemm 25 każ pendenti ta’ dixxiplina interna fil-Faċiltà Korrettiva ta’ Kordin.
L-aħħar li ngħatat deċiżjoni ta’ dixxilplina interna kien fl-20 ta’ Settembru 2013.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — klassifikazzjoni tal-priġunieri
Question
Jista’ l-Ministru jispejga x'passi qed jittieħdu għall-klassifikazzjoni tal-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, il-klassifikazzjoni tal-priġunieri qiegħda ssir kif ġej:
- skont l-eta’ (id-Divizjoni tal-YOURS)
- skont is-sess (in-nisa huma separati mill-irġiel)
- skont il-vulnerabbilità tal-individwu (Divizjoni 8)
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — programmi ta' rijabilitazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm programmi ta' rijabilitazzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li attwalment qed isegwu l-priġunieri?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ir-residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għandhom il-possibilità li jsegwu wieħed minn-żewġ programmi residenzjali kontra l-abbuż tad- droga, dak offrut mill-Aġenzija Sedqa u dak offrut mill-Caritas.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa għall-għajnuna fuq il-baħar kellhom il-Forzi Armati ta’ Malta tul dawn l-aħħar ħames snin? X’kienu r-raġunijiet prinċipali għal dawn is-sejħiet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il MRI scan jintalab kuljum? Kemm-il wieħed isir kuljum? Kemm jiswa kull MRI scan lill-Gvern Malti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li skond l-istatistika jintalbu medja ta’ ħamsa u tletin rikjesta kuljum fuq ġimgħa ta’ sitt ijiem u jsiru medja ta’ tletin MRI scan kuljum fuq ġimgħa ta’ sitt ijiem. Bil-proċedura l-ġdida li nuzaw l-MRI scan fi twilight hours, l’ hemm mill-ħin normali, dan in-numru ta 30 MRI kuljum żdied b’15 għal 45 b’kollox.
Għaddej eżerċizzju biex tiġi stmata l-ispiża ta’ kull intervent fl-Isptar Mater Dei, inkluż l-MRI scans. Għaldaqstant, l-ispiża finali tkun tista’ tingħata aktar ‘il quddiem.
B’referenza għall-iskema tas-Second Step training program offrut mill-MITA b’għajnuna mill-Fond Soċjali Ewropew, fejn l-applikanti jirċievu diploma nazzjonali fl-ICT bla ħlas, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fl-2010 u fit-tieni sejħa fl-2011? Jista’ jgħid jekk dan il-programm ġiex estiż fl-2012? Jista’ jgħid jekk is-Second Step training program huwiex se jerġa’ jiġi estiż fl-2013 mill-Fond Soċjali Ewropew jew allokazzjoni mill-Gvern Malti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li fl-2010 kien hemm 164 applikazzjoni, filwaqt li fit-tieni sejħa li saret fl-2011 kien hemm 82 applikazzjoni. Fl-2012 dan il-programm ma ġiex estiż.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux protokolli li jirregolaw public conveniences u restrooms ta’ azjendi privati li jistgħu jintużaw mill-pubbliku? Liema standards iridu jintlaħqu? Kif inhuma kklassifikati? Min jara jekk dawn il-postijiet humiex safe u dinjitużi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għal Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jirregola biss konvenjenzi sanitarji li jinsabu fi stabbilimenti tal-ikel. Dan isir skont kif stabbilt kemm bl-Avviz Legali 264 tal-2002 (Regolamenti dwar l-Igjene tal-Ikel) kif ukoll skont Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 t’April 2004, dwar l-Igjene tal-Oġġetti tal-Ikel. Spezzjonijiet ta’ konvenjenzi sanitarji isiru wkoll ġewwa postijiet mediċi privati kif ukoll stabbilimenti bħall-beaticians, hairdressing salons u tattoo clinics fl-istadju tal-liċenzjar tal-imsemmija postijiet.
Minkejja li ma jeżistu l-ebda standards jew klassifikazzjonijiet għar-regolazzjoni ta’ public conveniences jew restrooms, uffiċċjali fi ħdan id-Direttorat għal Saħħa Ambjentali jagħmlu spezzjonijiet ġewwa f’azjendi privati biss, sabiex jinvestigaw ilmenti rigward nuqqas ta’ iġjene fl-imsemmija postijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi f’dawn l-aħħar ħames snin ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jista’ jgħid jekk ix-xogħol li jsir mill-priġunieri waqt li jkunu Kordin isirx fuq bażi volontarja? Jeżisti xi protokoll biex jgħin lil dawn il-persuni jsibu xogħol ladarba dawn jirritornaw lura fis-soċjetà?
Response (MALLIA, EMANUEL)
In-numru ta’ individwi miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin f’dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej:
Sena 2007 389*
2008 423*
2009 492*
2010 582*
2011 591*
2012 596*
2013 602*
Dwar ix-xogħol li jsir mill-priġunieri waqt li jkunu fil-Faċilità, dan dejjem jsir buq ba¿i volontarja fejn kull priġunier li jkun jixtieq jagħmel xogħol jitkellem mal-Uffiċjal addett għal dan il-għan u l-istess Uffiċjal jqassam ix-xogħol skont il-ħtieġijiet tal-Faċilità u l-abilitajiet tal-priġunier. Improtanti li jingħad li tittieħed ukoll in kunsiderazzjoni lis-stat ta’ saħħa tal-priġunier.
Jekk l-Onorevoli interpellant qed jirreferi wkoll, għall-xogħol li jsir mill-priġunieri barra l-Faċilità (xogħol fil-komunità) il-priġunieri jdaħħlu l-applikazzjoni tagħhom u kull talba tkun evalwata minn mill-Prison Leave Board.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma – safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura.
Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għas-Saħħa fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-nefqa totali tal-Ministeru għas-Saħħa li tinkludi d-dipartiment fuq safar mill-10 ta’Marzu 2013 sal-lum kienet ta’€126,929.82.
In-nefqa tal-Ministru nnifsu hi ta’€4,446.08
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-dettalji mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ma kienx hemm rizenji tat-tip li qed tirreferi għalihom.