Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5434 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – persons of trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta ohra

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali – persons of trust

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li hemm persuna waħda li ilha taħdem fl-EU Secretariat mill-2001 li ngħatat approvazzjoni f’Settembru ta’ din is-sena biex tagħmel xogħol bit-telework. Madanakollu l-persuna konċernata s’issa ma ghamlitx xogħol bit-telework.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — persons of trust - persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħadd mill-persuni ingaġġati bħala persons of trustma jagħmel xogħol bit-telework.
Leg 12 PQ #5437 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — persons of trust - persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi, m’hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) li jagħmlu xogħol bit-telework.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li fid-dekasteru tiegħi hemm persuna waħda ingaġġata bħala person of trust li tagħmel xogħol bit-telework. Dan huwa Dr Mark Mifsud li, mill-01 ta' Mejju 2011, ingħata permess li jagħmel 100% mill-ħin tiegħu fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija kollu bit-teleworking.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil il-Klima — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taht ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li m’hemmx persuni li huma ingaġġati bħala persons of trust li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework.

Casa Arkati – każ ta’ persuna

Question

Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha ommha residenti f’Casa Arkati fuq l-iskema tal-Gvern u minkejja li ilha hemm sentejn u nofs minn Jannar, qegħdin jitolbuha ħlas addizzjonali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna ġiet ikkuntattjata u l-każ tagħha qiegħed jiġi investigat.

Pensjoni tad-diżabilità – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema bil-pensjoni tad-diżabilità?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.

Ħal Qormi – Triq Ġorġ Mifsud Chircop — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet fuq Triq Ġorġ Mifsud Chircop f’Ħal Qormi peress li għadha qatt ma ngħatat wiċċ tat-tarmak u hemm numru ta’ residenti li qegħdin joqogħdu f’din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Ġorġ Mifsud Chircop f’Ħal Qormi, skont il-policy eżistenti, tkun eliġibli biex tidħol fil-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali meta t-triq tkun mibnija iżjed minn 70% u meta l-iżviluppaturi/residenti jkunu ffurmaw t-triq hekk kif huma obligati jagħmlu skont il-Liġi.

Marsamxett — sinjali ttat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta approvatx it-tneħħija tas-sistema one way fit-triq li mix-xatt ta' Marsamxett tagħti għal Triq San Mark il-Belt minħabba li d-djuq ta' din it-triq joħloq kongestjoni tat-traffiku kull darba li jinżertaw żewġ vetturi kontra xulxin f'din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li Transport Malta approvat u mplimentat il-miżura li t-traffiku fi Triq il-Lanċa isir fiż-żewġ direzzjonijiet (two way) sabiex, għal raġunijiet ta’ sigurtà, ikun hemm żewġ aċċessi mix-Xatt tal-Belt, wieħed għal Triq San Mark u l-ieħor għal Triq San Bastjan. L-Awtorità wkoll neħħiet xi parkeġġi min-niżla ta’ Triq il-Lanċa u żiedet xi parkeġġi aktar ‘l isfel. Dan sabiex ikun kemm wisgħa biżżejjed fil-kurva tan-niżla ta’ Triq il-Lanċa fejn m’hemmx viżibilità tal-karozzi ġejjin minn direzzjonijiet opposti.

kera — reviżjoni skont il-liġi

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5219 u tgħid f'każ ta' kera qadima li ġiet riveduta għal €185 kull meta trid issir reviżjoni tal-kera skont il-liġi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħti aktar dettalji fuq dan il-każ bħall-isem, l-indirizz u numru tal-karta tal-identità tal-persuna kkonċernata sabiex l-Awtorità tad-Djar tkun tista’ tagħti spjegazzjoni fuq dan il-każ.
Leg 12 PQ #5462 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Budget 2013 – tnaqqis fil-voti

Question

B’referenza għall-mistoqsijet parlamentari 5104 u 5298 għaliex fit-tnejn li huma ma ngħatatx risposta? Għaliex il-Ministru mhux qed jagħti d-dettalji tal-voti kollha li ġew imnaqqsa minn kif approvati fil-budget li ġie approvat minn din il-Kamra għas-sena 2013 u dan in vista tar-rapport sottomess minnu lill-Kummissjoni Ewropea fejn hemm indikat b’mod ċar li l-ispiża kif approvata se titnaqqas b’ €21 miljun? M’għandhiex dritt din il-Kamra li tkun taf xi tnaqqis sar mill-budget li ġie diskuss u approvat minnha? Jista’ jagħti vot b’ vot kemm kien it-tnaqqis u kemm f’punti perċentwali huwa dan it-tnaqqis mill-vot approvat oriġinarjament? Jista’ jgħid għaliex qed jevita li jwieġeb din il-mistoqsija meta din l-informazzjoni tinsab fil-pussess tiegħu għax għaddieha lill-Kummissjoni Ewropea?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Bħalma sar fi snin preċedenti, it-tnaqqis fl-allokazzjonijiet tal- budget huma parti mill-proċess ta’ moniteraġġ u kontroll fuq il-qagħda ġenerali tal- budget għas-sena kurrenti.

Uffiċjali tal-MCCAA ssekondati mill-għaqdiet tal-konsumatur

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4845, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb minn dan il-Gvern li uffiċjali tal-MCCAA jiġu ssekondati maż-żewġ għaqdiet tal-konsumatur rikonoxxuti?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern m'għandux ħsieb li uffiċċjali tal-MCCAA, li huma responsabbli għar-rikonċiljazzjoni meta konsumatur iressaq l-ilment, jiġu sekondati ma' xi għaqda tal-konsumatur.

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur — laqgħat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4843, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra l-minuti tal-erba' laqgħat li saru mill-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.

Sport Promotion Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-iSport Promotion Unit u x'inhu r-rwol tiegħu fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li min-naħa kurrikulari, din taqa' taħt l-Uffiċjal Edukattiv tal-Edukazzjoni Fiżika u l-iSport is-Sur Stephen Grima. Dan m'għandu l-ebda rwol fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport.

Sport Promotion Unit — għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema impjegati mal-iSport Promotion Unit, SPU, u kemm-il siegħa jagħmlu kull wieħed jew waħda fil-ġimgħa dedikati lill-SPU u kemm-il siegħa jagħmlu fuq lezzjonijiet tal-Edukazzjoni Fiżika? Kif jipparaguna dan mas-sena skolastika li għaddiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li hemm 14-il għalliem fl-iSport Promotion Unit, 13 f'Malta u għall-ewwel darba hemm wieħed f'Għawdex. Dawn l-għalliema għandhom ġurnata ddedikata għall-organizzazzjoni ta' sports u attivitajiet fiżiċi u erbat ijiem oħra fejn ikunu qed jgħallmu fl-iskejjel. In-numru ta' sigħat li kull għalliem qed ikollu ma' l-istudenti ma naqasx imma baqa' l-istess bħal tas-sena l-oħra.

Sport Promotion Unit – sports festival

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda ta' sport festivals li organizzat l-iSport Promotion Unit fis-sena skolastika 2012/13 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm ta' sport festivals li hemm ippjanati mill-istess unit għal din is-sena skolastika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda ta' sport festivals li organizza l-iSport Promotion Unit għas-sena skolastika 2012/13. Kif wieħed jinnota, l-isport festivals isiru bejn Jannar u April ta' kull sena. Għalhekk l-iskeda tal-isport festivals tas-sena skolastika 2013/14 għadha qed tiġi mfassla.

Delegazzjoni fil-Qatar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lill-Kamra min kien qed jakkumpanjah għaż-żjara tiegħu fil-Qatar aktar kmieni din is-sena apparti l-persuni li d-dettalji dwahom qed jintbagħtu separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li apparti l-persuni msemmija, kont akkumpanjat mis-Segretarju Privat.
Leg 12 PQ #5515 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Standing Selection Panels — membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet u l-kwalifiki, individwu b'individwu, tal-persuni li qegħdin fil-lista tal-iStanding Selection Panels miżmuma mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li minnhom jintgħażlu bħala membri biex iservu fuq bordijiet tal-għażla u proposti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fl-uffiċċju tal-Prim Ministru m’hemmx listi li minnhom jintgħazlu membri għal fuq bordijiet tal-għazla.Il-bordijiet tal-għazla fis-servizz pubbliku issiru b’approvazzjoni tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku bi proċedura li ilha snin stabbilita .Xi membri tal-bordijiet tal-għazla huma uffiċċjali pubblici irtirati u dan fuq sistema mibdija mill-PAHRO fl-uffiċċju tal-Prim Ministru mxandra fil-gazzetta tal-gvern tal-31 ta’Awwissu 2012.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – segretarju permanenti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għandu Segretarju Permanenti ġdid? Jekk iva, min hu? Skont liema kriterji ntgħażel għall-ogħla kariga ta' policy u amministrazzjoni fil-ministeru? Xi preparazzjoni u esperjenza relevanti għandu fil-qasam edukattiv biex ikun jista' jikkontribwixxi b'mod konkret f'dan il-qasam importanti fl-amministrazzjoni u l-futur tal-pajjiż?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nibda biex ngħid li s-Segretarju Permanenti ma jaħtrux il-Ministru, u l-kostituzzjoni hija ċara dwar hekk. Iżda se nwieġeb xorta waħda. Nikkonferma li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għandu Segretarju Permanenti ġdid. Dan hu s-Sur Joseph Caruana. Intużaw l-istess kriterji li dejjem intużaw. Kemm ilu jeżisti l-Ministeru tal-Edukazzjoni l-ħatra ta' Segretarju Permanenti okkupawha diversi persuni li ma kinux ġejjin direttament mill-qasam edukattiv. Dan ġara taħt amministrazzjonijiet differenti. Dan il-Ministeru jinkorpora oqsma differenti u mhux tal-edukazzjoni biss. Għall-qasam edukattiv speċifiku l-Ministeru għandu Diretturi Ġenerali u Diretturi. Kif se nsemmi, is-Sur Caruana għandu karriera fl-amministrazzjoni pubblika u l-esperjenza tiegħu tħaddmet taħt amministrazzjonijiet differenti. L-amministrazzjoni preċedenti afdatu mhux f’ħatra waħda imma fi tnejn f’daqqa fl-istess ħin u l-ħidma tiegħu ġiet imfaħħra saħansitra mill-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni Ewropeja. Is-Sur Caruana, okkupa l-kariga ta’ Aġent Direttur tal-Eżamijiet bejn Novembru 1999 sa Marzu 2000 u Assistent Direttur tal-Eżamijiet bejn Marzu 2000 u Frar 2004. Matul dan iż-żmien hu ta kontribut fit-tibdil u tfassil tas-sistemi tal-eżamijiet fil-livell Sekondarju u post-Sekondarju, kif ukoll ħa diversi inizjattivi edukattivi fosthom it-tfassil tas-sistema kompjuterizzata fid-Dipartiment tal-Eżamijiet bħall-introduzzjoni u l-iżvilupp tas-servizzi online tal- e-government u l- m-gov . Kien responsabbli mit-tfassil u l-pubblikazzjoni tal- Quality Service Charter fid-Dipartiment tal-Eżamijiet, kif ukoll ġab l-amministrazzjoni tal -eżamijiet tal-MATSEC fl-istess Dipartiment. Ikkontribwixxa fit-tfassil ta’ inizjattivi li kienu mnedija mid-dipartiment bħall-ECDL. Matul dan iż-żmien huwa kellu kuntatt ma’ universitajiet barranin. Huwa okkupa l-kariga ta’ Infomation Managament Officer fi ħdan il-Ministeru tal-Kompetittivita` bejn Frar u Ottubru 2004. Matul dan il-perjodu huwa kkoordina proġetti relatati mas-Sistema tal-Informatika fi ħdan l-istess Ministeru u mexxa t-trasferiment tas-sistema tal-pagamenti tal-liċenzji tat-televiżjoni għas-Servizzi Korporattivi fi ħdan l-istess Ministeru. Bejn Ottubru 2004 sa Ġunju 2008, is-Sur Caruana serva bħala Direttur tas-Servizzi Korporattivi fi ħdan il-Ministeru tal-Agrikoltura u s-Sajd fejn ta gwida u sapport lid-Direttorati f’affarijiet finanzjarji u ta’ riżorsi umani. Minn Awwissu 2007 sa Ġunju 2008 kien Aġent Direttur tal-Aġenzija għall-Pagamenti fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, u bejn Ġunju 2008 sa Ġunju 2013 serva bħala Kap tal-Aġenzija għall-Pagamenti tal-Fondi Agrikoli. Matul dan iż-żmien serva wkoll bħala Aġent Direttur Ġenerali tas-Sajd bejn Ottubru 2011 sa April 2013. Matul dan iż-żmien huwa ta kontribut sabiex itejjeb is-servizzi u l-operat ta’ dawn id-Direttorati, kif ukoll ħa sehem intensiv fid-diskussjonijiet li kienu qegħdin isiru fir-Riforma tal-Politika Agrikola Komuni kif ukoll tal-Politika tas-Sajd Komuni rispettivament kemm fuq livell lokali u kif ukoll fi ħdan il-Kummissjoni Ewropeja. Sabiex itejjeb is-servizzi li jingħataw kemm lill-bdiewa u lis-sajjieda, is-Sur Caruana waqqaf ‘call centres’ għall-ħtiġijiet tal-bdiewa u tas-sajjieda rispettivament. Infatti twaqqaf il- Call Centre għall-bdiewa ġewwa Ta’ Qali filwaqt li fi ħdan id-Direttorat tas-Sajd twaqqaf servizz ta’ 24 siegħa Call Centre fejn is-sajjieda jistgħu jinqdew f’kull ħin tal-ġurnata. Tnieda wkoll servizz online għall-bdiewa. Dawn il-kisbiet setgħu jinkisbu permezz ta’ tmexxija effettiva u soda u użu aħjar tar-riżorsi. F’dan il-Ministeru s-Sur Caruana ser ikompli jikkontribwixxi għall-governanza aħjar sabiex jinkisbu r-riżultati mixtieqa u jiġu implimentati l-istrateġiji varji fl-iżvilupp tas-sistema edukattiva, fix-xogħol u fl-oqsma l-oħra li jaqgħu fi ħdan dan il-Ministeru.