Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5402 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – ritratti tal-faċċati tal-bini

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4990, fejn intqal li d-deċiżjoni li jittieħdu r-ritratti kienet u għandha tkun tas-CEO, ġaladarba f’mistoqsija parlamentari 4991 ġie svelat li dan se jiġi jiswa lill-awtorità €75,000, il-Prim Ministru jibqa’ jsostni dak li ddikjara? Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk is-CEO aġixxiex b’mod skorrett meta ħeba l-ispiża ta’ €75,000 mill-bord tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Amministrazzjoni tal-Awtorità hija responsabilta tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità. Mijhiex il-prassi li l-Bord ta' l-Awtorità jkun jew jiġi infurmat qabel ma tinħareġ tender jew direct order. Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li CEO sab sitwazzjoni fejn numru kbir ta' tenders jew kienu skaduti b'numru ta snin jew inkella lanqas biss teżisti tender.
Leg 12 PQ #5403 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli — CEO

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu s-CEO tal-Isptar Monte Karmeli? Jikkonferma l-Ministru li l-Mental Health Act tispeċifika li għandu ikun hemm CEO għal dan l-isptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-liċenżja tal-Isptar Monte Karmeli tgħajjat lill-clinical chairperson tal-psikjatrija u għaldaqstant is-CEO hu l-istess persuna. It-tmexxija tas-saħħa mentali hi fdata f’idejn team li jkopri s-servizz kollu u li tinkludi lill- clinical chair tal-psikjatrija.
Leg 12 PQ #5406 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – paġna tal-Facebook

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu responsabbli għall-paġna tal-Facebook tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjnet u l-Ippjanar (MEPA)? Jista' jgħid jekk itteħditx azzjoni kontra l-persuna jew persuni mill-Awtorità għall-kumment uffiċjali posted il-Ħamis 23 ta' Ottubru fuq l-istess paġna li kienu miktubin b'Ingliż orribbli u li qanqal kummenti negattivi fuq l-istess paġna tant li finalment spiċċa tneħħa u nbidel b'messaġġ ieħor? Jikkonferma l-Prim Ministru li kummenti bħal dawn ma jagħmlu l-ebda ġid lil awtorità importanti bħall-MEPA?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-facebook page tal-MEPA hija amministrata mill-Uffiċċju tal-PRO fi ħdan il-MEPA. Il-persuna li hija responsabbli intalab jagħmel statement u ngħata verbal warning biex joqgħod attent kif u x’jiġi ippostjat fuq il-facebook page tal-MEPA.
Leg 12 PQ #5407 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IPSL — ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema tal-Industrial Projects and Services Limited (IPSL) li fil-preżent jinsabu assenjati mal-Kunsilli Lokali f'Malta u Għawdex, maqsuma lokalità b'lokalità u skont il-grad tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għajnsielem – Skola tal-Arti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-istudenti li attendew korsijiet fl-Iskola tal-Arti f'Għajnsielem matul is-sena skolastika 2012/2103 u kemm huwa n-numru tal-istudenti li bdew korsijiet fis-sena skolastika 2013/1014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-għadd ta' studenti li bdew korsijiet fl-Iskola tal-Arti f'Għajnsielem fis-snin skolastiċi msemmija mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:- Sena Skolastika 2012/2013 - 1,149 sena Skolastika 2013/2014 - 1,065

In-Nadur – Skola tad-Drama – kors ikkanċellat

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-korsijiet tal-ballet li dejjem saru fl-iskola tad-drama tan-Nadur din is-sena mhux qed isiru u hemm studenti li applikaw u ġew infurmati li l-korsijiet mhux se jsiru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-lezzjonijiet fl-iskola tad-Drama u ż-Żfin fin-Nadur Għawdex, li jikkonċernaw id-dixxiplina tal-ballet bdew nhar l-Erbgħa - 9 ta’ Ottubru 2013 bi ħdax-il klassi kif indikat hawn taħt: Ballet recreational (3 klassijiet) Ballet Grade 1 (klassi waħda) Ballet Grade 5 (klassi wahda) Ballet Grade 6 (2 klassijiet) Ballet Grade 7 (2 klassijiet) Ballet advanced (klassi waħda) Ballet intermediate (klassi waħda) Il-klassijiet li għadhom ma bdewx huma: Ballet Pre Primary i (klassi waħda) Ballet Pre Primary ii (klassi waħda) Ballet Primary i (klassi waħda) Ballet Primary ii (klassi waħda) Ballet Grade 2 (klassi waħda) Ballet Grade 3 (klassi waħda) Ballet Grade 4 (klassi waħda) Ir-raġunijiet 'l għaliex dawn il-klassijiet fil-Ballet għadhom ma bdewx huma: 1) L-edukaturi (kollha part-time) li applikaw ma jistgħux joffru aktar ħin għall-lezzjonijiet mitluba; 2) L-edukatriċi li għandha l-ħin biex toffri dawn il-lezzjonijiet mhux kwalifikata li tressaq lill-istudenti għall-eżamijiet tar-Royal Academy of Arts; 3) L-edukatriċi li hi kwalifikata u li kienet disponibbli biex tieħu il-klassijiet li għadhom ma bdewx ma setgħetx tibda tgħallem. Jirriżulta però li nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Ottubru, din setgħet tapplika (u hekk għamlet) fejn applikat għas-sejħa għall-edukaturi tal-adulti ppublikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern datata 20 ta’ Settembru 2013. L-istudenti li għadhom ma bdewx il-lezzjonjiet kollha ġew avżati li minħabba li preżentement ma hemmx min jgħallem, dawn ikunu infurmati aktar ‘l quddiem hekk kif jinstab l-għalliem/a kwalifikat/a biex toffri t-tagħlim.
Leg 12 PQ #5410 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Skola tal-Arti — korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'għamel hu bħala Ministru għal Għawdex biex jara li fl-Iskola tal-Arti f'Għajnsielem ma jonqsux korsijiet li kienu jsiru sa sena ilu? Huwa veru li din l-iskola issa ma għadhiex taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex minkejja li ġiet imwaqqfa mill-istess Ministeru u sa tmien xhur ilu kienet operata mill-istess Ministeru? Bħala Ministru responsabbli għall-affarijiet konnessi ma’ Għawdex x'għamel u x' qed jagħmel biex jara li ma jkunx hemm dawn in-nuqqasijiet?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 12 PQ #5411 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Skola tad-Drama – korsijiet ikkanċellati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'għamel hu bħala Ministru għal Għawdex biex jara li fl-iskola tad-Drama fin-Nadur ma jkunx hemm is-sitwazzjoni li hemm illum, fejn studenti li applikaw għal korsijiet, issa ġew infurmati li mhux se jsiru, meta dawn il-korsijiet sa tmien xhur ilu kienu jsiru kull sena? Huwa veru li din l-iskola issa ma għadhiex taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex minkejja li ġiet imwaqqfa mill-istess Ministeru u sa tmien xhur ilu kienet operata mill-istess Ministeru? Bħala Ministru responsabbli għall-affarijiet konnessi ma’ Ghawdex x'għamel u x'qed jagħmel biex jara li ma jkunx hemm dawn in-nuqqasijiet?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.

Ħlas ta’ kera – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hijiex qed tħallas l-ammont ġust fuq il-kera tar-residenza tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont totali tad-dħul tal-konjuġi kkonċernati jammonta għal-€32,409,60. Dan l-ammont jinkludi wkoll l-għaxra (10%) fil-mija tad-dħul tal-wild. Peress li din il-familja qabżet d-dħul ta’ € 19,274 mhijiex intitolata għall-ebda sussidju fuq il-kera. Għaldaqstant il-kera li din il familja hija obbligata li tħallas hija ta’ €1,327.74, ċjoè €331.94 kull tlett xhur. Mitluba wkoll sabiex iħallsu €163.06 fis-sena tal-partijiet il-komuni.

Benefiċċji soċjali – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jiġi revedut il-benefiċċju soċjali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li taħseb li hemm xi żball?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tas-sinjura reġa' ġie rivedut u instab li huwa maħdum tajjeb. Il-persuna kkonċernata ġiet infurmata bil-miktub.

Dar tal-Anzjani – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara jekk hux possibbli li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi trasferita minn dar tal-anzjani għal oħra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna inkwistjoni trid timla l-applikazzjoni ta’ rilokazzjoni biex ikun jista’ jsir tali trasferiment. Il-persuna ħa titbagħtilha il-formula b’email.
Leg 12 PQ #5417 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni Maltija fi New York — spejjeż

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4917 u jgħid minn min kienet komposta d-delegazzjoni Maltija li akkumpanjatu fi New York għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f'Settembru 2013? Jista' jgħid kemm kienet l-ispijża tal-flights tiegħu u tad-delegazzjoni kollha li akkumpanjatu? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża tal-akkomodazzjoni tiegħu u tad-delegazzjoni kollha li akkumpanjatu u fejn kienu alloġġjati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #5418 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni Maltija fl-Iżrael u l-Palestina

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn min kienet komposta d-delegazzjoni li akkumpanjat lill-Prim Ministru fl-Iżrael u l-Palestina u min kienu l-persuni li akkumpanjawh? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża tal-flights tiegħu u tad-delegazzjoni kollha li akkumpanjatu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża tal-akkomodazzjoni tiegħu u tad-delegazzjoni kollha li akkumpanjatu? Fejn kienu alloġġjati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Għall-viżta li kelli f’Iżrael u l-Palestina bejn il-15 u s-17 t’Ottubru d-delegazzjoni li akkumpanjatni kienet magħmula mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella, mill-Ministru tat-Turizmu Karmenu Vella, mill-Onor. Charles Buhagiar, minn Mark Farrugia, Johann Grech u Pamela Seychell membri tas-Segretarjat Privat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mis-sinjuri Joseph Zahra u Carlo Micallef li assistew lill-Ministri msemmija iktar ‘il quddiem u mis-sur John Portelli, uffiċjal tas-sigurta. Fuq stedinit speċifici kemm tal-gvern Izraeljan u anki tal-gvern Palestinjan, akkumpanjatni wkoll matul il-vizta, il-mara tiegħi. Għal dik li hija spiża tal-flights, din laħħqet l-€14,400. Din kienet l-iktar waħda vantaġġjuza u kienet tkopri wkoll l-ispejjeż tal-membri tal-media li vvjaggaw mad-delegazzjoni. Għal dik li hija spiża ta’ akkomodazzjoni, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern Iżraeljan ħallas l-ispejjeż tad-disa' membri tad-delegazzjoni. L-ispiza tal-akkomodazzjoni li ħallas il-Gvern Malti kienet ta’ € 2,619. Dettalji dwar fejn id-delegazzjoni kienet alloġjata ma jistgħux jingħataw minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.
Leg 12 PQ #5419 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni Maltija fil-Libja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn min kienet komposta d-delegazzjoni li akkumpanjat lill-Prim Ministru fl-aħħar żjara tiegħu fil-Libja u min kienu l-persuni li akkumpanjawh?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Id-delegazzjoni li akkumpanjatni fl-aħħar żjara tiegħi fil-Libja kienet maghmula mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr George Vella, miċ-chief of staff tas-Segretarjat Privat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, is-sur Keith Schembri, mill-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern, is-sur Kurt Farrugia u minn membri tas-sigurtà.
Leg 12 PQ #5420 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni Maltija fil-Libja – spejjeż

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-flights tiegħu u tad-delegazzjoni kollha li akkompanjatu fl-aħħar żjara tiegħu fil-Libja?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-ispejjez tal-flights imsemmija minnu kienu koperti mill-Gvern Libjan.

Korp tal-Pulizija — overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati mal-MPA rigward il-wegħda elettorali li l-membri tal-Korp jitħallsu tal-overtime pendenti mill-1993?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Malta Police Assocation għadha kemm ġiet rikostitwita , fil-jiem li ġejjin hemm il-ħsieb li ssir laqgħa ma’ din l-assoċjazzjoni kif ukoll mal-Bord tan-Negozjati.

MPA – laqgħat bejn unions u d-direttur tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-MPA hiex inkluża fil-laqgħat li qegħdin isiru bejn il-unions u d-direttur tax-xogħol rigward il-wegħda elettorali li l-membri tal-Korp dixxiplinati jssieħbu f’union?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi għaddejin laqgħat bejn il-unions u d-direttur tax-xogħlijiet u li hemm il-ħsieb li jattendu għalihom ukoll membri ta’ Korpi Dixxiplinati.
Leg 12 PQ #5431 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma – post quddiem il-Kamra tal-Kummerċ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-post quddiem il-Kamra tal-Kummerċ fi Triq ir-Reppublika (ex HSBC), li kien ingħata lill-Avukat Ġenerali issa ttieħed mill-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma? Jekk dan hu minnu, l-Avukat Ġenerali se jingħata post alternattiv, u jekk iva, fejn? Kemm se tiġi tiswa l-ispiża u jista’ jingħata breakdown tan-nefqa? Jista’ jgħid ukoll x’sar mill-oġġetti li kien hemm fil-post u fejn tqiegħdu sakemm tlesta x-xogħol? Se terġa’ tintuża l-istess għamara jew se tinxtrara għamara ġdida? Jekk inxtrat il-ġdida, kemm se tiġi tiswa u minn fejn inxtrat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ir-Rabat (Malta) – Triq Ħal Tartarni – arblu tal-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitneħħa l-arblu tal-elettriku (li r-ritratt tiegħu qed jintbagħad separatament) li jinsab f’nofs bankina dejqa fil-bidu ta’ Triq Ħal Tartarni ir-Rabat Malta, kważi kantuniera ma’ Triq il-Buskett, għaliex qiegħed ikun ta’ periklu għal min juża l-bankina u kif ukoll għal min isuq fit-triq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3884, ninfurmah ukoll illi sal-ġimgħa li ġejja se jkunu inħarġu s-sejħiet għall-offerti biex isir ix-xogħol meħtieġ.

Problema fl-arloġġ tal-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema fl-arloġġ tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu għamel talba biex isir trasferiment ta' meters minn fuq sid preċedenti għal fuq ismu. F'dan il-każ it-trasferiment ma jistax isir minħabba li hemm dejn pendenti u qabel dan jitħallas ma jistax isir it-trasferiment mitlub.