Legislature:
Category:
Reset
Active:

Public Service Commission – risposta ta’ ittra dwar recall ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta tal-Public Service Commission għall-ittra tal-Gvern datata 17 ta' April 2013 lill-istess Public Service Commission dwar ir-recall tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, lura fil-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ittri ta’ recall jinħarġu mill-Prim Ministru għalhekk din id-domanda trid tiġi indirizzata lil Ministru konċernat.

Liċenzja għal xiri ta’ armi moderni

Question

Jista’ l-Ministru jara għala persuna li għandha l-licenzja ta’ Collector Licence A mhux qed titħalla mill-Pulizija tixtri armi moderni (u ċjoè dawk ta’ wara l-1945) kif jipprovdi l-avviż legali li ġie fis-seħħ fl-2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Persuni li għandhom liċenzja ta’ Kolletur A qegħdin jingħataw permess sabiex jixtru Armi moderni (u ċjoè dawk ta’ wara l-1945) kif provdut fl-avviż legali li ġie fis-seħħ fl-2013 bil-kundizzjoni li jekk in-numru ta’dawn l-armi jaqbeż l-għaxra dawn l-armi ma jistgħux jinbiegħu qabel ma jgħaddu ħames snin mid-data illi fihom inxtraw.
Leg 12 PQ #2260 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 457, filwaqt li nroddlu ħajr għas-serħan il-moħħ li huwa tani, jista’ l-Prim Ministru jeskludi li f'ebda ċirkostanza u ma ħadd, minn Ġunju 2008 'l hawn, ma ddiskuta xi applikazzjoni pendenti jew futura quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) b'xi impenn li l-permess tal-awtorità joħroġ fi żmien definit wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lil Onor Interpellant għat tweġiba għal mistoqsija parlamentari 457.

Direttorju ġdid tal-fixed lines

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi ppubblikat direttorju pprintjat ġdid tal-fixed lines li jinkludi numri tat-telefown ta’ postijiet residenzjali kif ukoll kummerċjali?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni qiegħda attivament issegwi l-proċess biex tassigura li d-direttorju jiġi stampat kemm jista’ jkun fi żmien qasir.

materjal radjuattiv — Importazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jiġi importat materjal radjuattiv f’Malta kull sena? Min jagħmel użu minnu? Min hu responsabbli għat-trasport tiegħu? Fejn u kif jiġi dispost materjal żejjed jew il-by products tiegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Siġar — Drip Irrigation

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mis-siġar li għandna f’Malta u f’Għawdex, speċjalment dawk li tħawlu reċentement, għandhom drip irrigation?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kull fejn issir tħawwil tas-siġar u jkun hemm l-infrastutura eżistenti għall-tisqija bid-drip, din tiġi estiża għas-siġar il-ġodda li jkunu tħawwlu. Ninsab infurmat ukoll li fejn ikun hemm nuqqas ta’ faċilitajiet, eżempju ġibjun jew ħażna oħra t’ilma, t-tisqija jsir permezz tal-bowser.

Trattament tad-Drenaġġ – produzzjoni ta’ ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jiġi prodott ilma kuljum mit-trattament tad-drenaġġ? Fejn jintuża (perċentwal)? Kemm tiswa din il-produzzjoni? Kemm swiet l-istess produzzjoni bir-reverse osmosis bejn l-2008 u l-2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Użu ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm intużaw fondi mill-Unjoni Ewropea s’issa? Fejn ġew allokati dawn il-fondi?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4894 u nitolbu jispeċifika għal liema fond qed jirreferi.
Leg 12 PQ #4270 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Anzjani li jgħixu fi djar kbar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani li għandhom 'il fuq minn 65 sena li jgħixu waħidhom fi djar kbar? Hemm xi pjan biex dawn jiġu megħjuna jċekknu u jingħataw kumpens ta’ dan il-proċess?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat illi informazzjoni maħruġa miċ-Ċensiment Tal-Popolazzjoni u D-Djar li twettaq f’Novembru 2011, tindika illi f’Malta kien hawn 14,188-il persuna li għandha ‘il fuq minn 65 sena u li tgħix weħidha ġo dar privata. Din hija informazzjoni provi¿jonali li l-Uffiċċju Nazzjonali Tal-Istatistika għandu bħalissa. Madanakollu, tajjeb li l-Onorevoli Membru jiċċara għal-liema tip ta’ djar qed jirreferi bil-kliem“djar kbar”. In¿id ngħid illi s’issa m’hemm l-ebda skema li tgħin lill-anzjani li għandhom ‘il fuq minn 65 sena biex iċekknu djarhom.
Leg 12 PQ #4325 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Laqgħat ta’ Capacity Building

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tad-dati li fih saru l-laqgħat tal-capacity building u liema sejħiet għall-applikazzjonijiet (interni u esterni) ġew approvati f’kull laqgħa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej – riżenja ta’ ħaddiema

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (GRECH, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jispjega x’qiegħed jifhem bit-terminu kariga uffiċċjali

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – riżenja ta’ ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (VELLA, GEORGE)

L-uffiċċjali li offrew ir-riżenja tagħhom mill-10 ta' Marzu sal-lum u min inħatar minflokhom jinsabu fil-listi hawn taħt : Isem Grad Raguni Min inħatar minflokha Cesareo Agius Alex Ambassador NRA Slovenia Skont il-Kuntratt N/A Galea Frank Ambassador NRA Azerbaijan Skont il-Kuntratt N/A Mifsud George Ambassador NRA Republic of Bulgaria Skont il-Kuntratt N/A Grech Laurence Ambassador NRA Baltic States Skont il-Kuntratt Charles L Mifsud De Bono Anthony Ambassador NRA Hashemite Kingdom of Jordan Skont il-Kuntratt N/A Toledo Peter Ambassador NRA Lebanon Skont il-Kuntratt Judge Philip Sciberras Vella John Ambassador NRA Czech Republic Skont il-Kuntratt Godfrey A Pirotta Bonello J.G.P Ambassador NRA Albania Skont il-Kuntratt N/A Bonello Paul Ambassador NRA Iceland Skont il-Kuntratt N/A Borg Simone Ambassador Climate Change Skont il-Kuntratt Ir-riżenja tagħha ma ġietx aċċetata Borg Oliver De Puget Albert Ambassador NRA Brazil & Mexico Skont il-Kuntratt Pius Camilleri Busuttil George N Ambassador NRA Uruguay Skont il-Kuntratt N/A Buttigieg Gregory George Ambassador NRA Sovereign Militarty Order of Malta Skont il-Kuntratt Ir-riżenja tiegħu ma ġietx aċċetata Filletti Joseph Judge Ambassador NRA Portugal Skont il-Kuntratt N/A Ganado Antonio Ambassador NRA Holy See Skont il-Kuntratt George G Buttigieg Hyzler George M Ambassador NRA South Africa Skont il-Kuntratt Ir-riżenja tiegħu ma ġietx aċċetata Mangion Alfred M Ambassador NRA Turkey Skont il-Kuntratt N/A Mercieca Ray Ambassador NRA Croatia Skont il-Kuntratt N/A Mifsud George Ambassador NRA Bulgaria Skont il-Kuntratt N/A Mizzi Ian J Ambassador NRA Morocco Skont il-Kuntratt N/A Muscat Inglott Albert V Ambassador NRA Principality of Liechtenstein Skont il-Kuntratt N/A Psaila Savona Antony Ambassador NRA Montenegro Skont il-Kuntratt N/A Vassallo Carmel Permanent Rapresentation of International Maritme Organisation Skont il-Kuntratt Ir-riżenja tiegħu ma ġietx aċċettata Rizzo Naudi John M Junior Ambassador NRA Malaysia Skont il-Kuntratt N/A Vella Ivan Ambassador NRA Peoples Democratic Republic of Algeria Skont il-Kuntratt N/A Balzan Walter Ambassador Athens Skont il-Kuntratt Charles Stafrace Camilleri Victor Ambassador Libya Skont il-Kuntratt Emanuel Galea Cassar George Ambassador Cairo Skont il-Kuntratt N/A Cassar Joseph Ambassador Beijing Skont il-Kuntratt Clifford Borg Marks Cremona Vicky Ann Ambassador Tunis Skont il-Kuntratt Carmel Inguanez Licari Joseph Ambassador Coucil of Europe Strasbourg Skont il-Kuntratt Judge Joseph A Filletti Montanaro Godwin Ambassador Warsaw Skont il-Kuntratt Pierre Clive Agius Tabone Francis High Commissioner Canberra Skont il-Kuntratt Charles Muscat Vella Tanya Ambassador Madrid Skont il-Kuntratt Mark Anthony Micallef Xuereb Karl Ambassador Berlin Skont il-Kuntratt Albert Friggieri Zammit Tabona Joseph High Commissioner London Skont il-Kuntratt Norman Hamilton Bondin Raymond Permanent Representative UNESCO Skont il-Kuntratt Mons Joseph Vella Gauci Attard David Prof Adviser Offra r-riżenja tiegħu għax kien ingaġġat bħala persuna ta’ Fiduċja Ir-riżenja tiegħu ma ġietx aċċettata Busuttil Salvinu Prof Adviser Offra r-riżenja tiegħu għax kien ingaġġat bħala persuna ta’ Fiduċja Ir-riżenja tiegħu ma ġietx aċċettata Stephen Calleya Prof Adviser Offra r-riżenja tiegħu għax kien ingaġġat bħala persuna ta’ Fiduċja Ir-riżenja tiegħu ma ġietx aċċetata Fsadni Ranier Dr Adviser Offra r-riżenja tiegħu għax kien ingaġġat bħala persuna ta’ Fiduċja Ir-riżenja tiegħu ma ġietx aċċetata Bedingfield Glenn Communications Coordinator Ħa kariga fis-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru N/A Leslie Agius Adviser Offra r-riżenja tiegħu għax kien ingaġġat bħala persuna ta’ Fiduċja N/A Persuni maħtura mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin f’bord, offriet ir-riżenja tagħha Isem Pożizzjoni Raġuni Min inħatar minflokha Council of Maltese Living Abroad Rodrick Bovington Membru Għax talab hu Inħatar il-Prof. Stephen Gatt National Authority for the Implementation of Chemical Weapons Convention John Sammut Inspector Għax talab hu Marie Bernardette Mallia Kristina Farrugia Membru Bdil fid-dmirijiet Mark Ciscaldi
Leg 12 PQ #4548 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – riżenja ta’ ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għat-Turiżmu f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kien hemm żewg persuni li offrew ir-riżenji tagħhom. Uffiċjal tas-Segretarjat, irriżenjat sabiex tavvanza fil-karriera tagħha u l-post għadu vakant, filwaqt li membru fuq il-Bord tal-Airmalta, irriżenjat għal raġunijiet personali. Minflokha inħatret persuna oħra.
Leg 12 PQ #4549 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali – riżenja ta’ ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġiet offruta l-ebda riżenja minn persuni maħtura minn dan l-Uffiċċju, f’kariga uffiċjali jew bord.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – riżenja ta’ ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – riżenja ta’ ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm il-persuna mahtura mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li sad-data ta' din it-tweġiba żewġ persuni maħtura mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-iSport offrew ir-riżenji tagħhom. Dawn huma s-Sur Sandro Mangion u s-Sur Jonathan Barbara li kienu jokkupaw il-post ta' Kap tas-Segretarjat u Chairman tal-Kunsill Malti Għall-Isport rispettivament. Is-Sur Mangion offra r-riżenja tiegħu għaliex ried li jfittex opportunitajiet oħra għall-avvanz tal-karriera tiegħu filwaqt li r-raġuni tas-Sur Barbara kienet fuq bażi personali. Sal-lum ma nħatar ħadd permanenti minflokhom.

tħaffir għaż-żejt – area 4

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-kumpaniji Mediterranean Oil and Gas u General Energy li għandhom il-liċenzja ta’ parti kbira ta’ area 4 se jħaffru l-ewwel bir taż-żejt fil-konċessjoni tagħhom?

Response (MIZZI, JOE)

Il-kumpanija Mediterranean Oil and Gas u General Energy għandhom iħaffru l-ewwel bir f'Area 4 fl-ewwel kwart ta' 2014.

Tħaffir għaż-żejt – prospett ‘Tarxien’

Question

Jista’ l-Ministru joħroġ opinjoni teknika u indipendenti dwar il-potenzjal taż-żona fejn għandu isir it-tħaffir f’area 4, jiġifieri fil-prospett imsejjaħ Ħaġar Qim? Jista’ l-Gvern jgħid għalfejn mhux qed jinsisti biex il-prospett imsejjaħ ‘Tarxien’ jitħaffer ukoll meta dan jixbaħ struttura ġeoloġika li tipproduċi ż-żejt fil-Libja? X’kienu il-kriterji ta’ din l-għażla?

Response (MIZZI, JOE)

Qabel ma’ l-Gvern jidħol fi ftehim ta' 'Production Sharing' ma’ kumpanija taż-żejt, il-Gvern jaċċerta ruħu li l-kumpanija taż-żejt hi kapaċi biex teknikament u finanzjarjament twettaq l-obbligi tal-kuntratt. Fil-fatt dan huwa imniżżel fil-kuntratt bejn il-partijiet. Barra minnhekk, il-kuntratt ukoll jispeċifika li l-kuntrattur għandu jwettaq l-operazzjonijiet għat-tiftix u l-esplojtazzjoni taż-żejt f'isem l-Gvern u l-kuntrattur jassumi esklusivament r-riskju u spejjeż kollha involuti. Fil- kaz tal-esplorazzjoni f'Area 4, il-kumpaniji konċernati għamlu studji tekniċi sabiex jistabbilixxu liema struttura hi l-aħjar li titħaffer l-ewwel. Barra mill-istudji li saru mill-kumpaniji konċernati, l-istess kumpaniji qabdu kumpanija indipendenti sabiex tagħti l-opinjoni teknika tagħha u tagħmel studju profond sabiex tistabilixxi l-aħjar prospett meta tevalwa il-parametri kollha. Dawn l-istudji jikkunsidraw diversi parametri, minn ġeoloġija sa ekonomija. L-istudji kollha stabilixxew illi l-prospett Ħaġar Qim hu aktar vantaġġjuż mit-Tarxien u għalhekk proponew lill-Gvern sabiex dan il-prospett jitħaffer fl-ewwel fażi ta' esplorazzjoni. Il-kuntrattur huwa obligat li jħaffer bir fl-ewwel fażi ta' esplorazzjoni u l-kuntrattur għandu obligu li jħaffer aktar bjar jekk hu jagħżel li jidħol fil-fażijiet l-oħra ta' esplorazzjoni.

Manhole covers — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jfassal programm ta' xogħol tal-manutenzjoni meħtieġa fuq diversi manhole covers u gradilji li jinsabu f'diversi toroq arterjali, distributorji u dawk prinċipali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manhole covers u gradilji li jinsabu fit-toroq arterjali u distributorji ssirilhom manutenzjoni waqt ix-xogħlijiet ta’ resurfacing. Jekk ikun il-każ li manhole jew gradilja partikolari jkollha bżonn manutenzjoni mmedjata din tissewwa skont il-każ.