Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru Għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tagħha jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Problema bl-arloġġ tal-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema fuq l-arloġġ tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-konsumatur ġie kkuntattjat fid-29 t'Ottubru 2013.
Leg 12 PQ #5524 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi – safar minn ministeru preċedenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa tal-Ministri preċedenti u ċjoè dawk inkarigati mill-ekonomija,mill-investiment u minn negozji żgħar f’safar matul l-aħħar leġiżlatura? Jista’ jagħti rendikont ta’ kull safra, il-kompożizzjoni tad-delegazzjoni, ir-raġuni ta’ kull safra u n-nefqa għal kull safra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — safar minn ministeru preċedenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa tal-Ministri preċedenti u ċjoè dawk inkarigati mill-ekonomija, mill-investiment u minn negozji żgħar f’safar matul l-aħħar leġiżlatura? Jista’ jagħti rendikont ta’ kull safra, il-kompożizzjoni tad-delegazzjoni, ir-raġuni ta’ kull safra u n-nefqa għal kull safra?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.

għaqdiet tal-konsumatur — għajnuniet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'għajnunijiet qed tagħti inklużi dawk finanzjarji liż-żewġ għaqdiet tal-konsumatur u dan minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid jekk hijiex qed tikkunsidra li toffri post ċentrali minn fejn dawn iż-żewġ għaqdiet ikunu jistgħu joperaw u jaqdu aħjar ix-xogħol tagħhom? Tista' tgħid jekk għandhiex il-ħsieb li tgħin liż-żewġ għaqdiet jingaġġaw uffiċjal full-time?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm Assoċjazzjoni waħda rreġistra – l-Għaqda tal-Konsumaturi – Malta. L-għajnuna li ngħatat lil din l-Għaqda minn Marzu 2013 sal-lum hija l-użu ta’ Uffiċċju, servizz ta’ l-internet u linja tat-telefon mingħajr ħlas. Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur m’għandu ebda talba pendenti mingħand xi Assoċjazzjoni tal-Konsumaturi. Dwar post ċentrali fiss nista ninforma lil Kamra li l-Għaqda ingħatat l-użu ta’ post fi Triq l-Ifran il-Belt. Qed tiġi kkunsidrata l-għajnuna msemmija mill-Onor. Membru.

MCCAA — budget

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4485 u 5230 u tgħid jekk il-budget tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi — budget

Question

Tista' l-Ministru twiegeb mistoqsijiet parlamentari 4486 u 5231 u tgħid jekk il-budget tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

Dipartiment tad-Drenaġġ – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ jaraw it-talba tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħarġet il-Letter of Acceptance lill-kuntrattur biex isir ix-xogħol meħtieġ.
Leg 12 PQ #5550 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – kuntratti ta’ impjieg

Question

B’referenza għall-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx imġedda kuntratti ta’ impjieg mid-9 ta’ Marzu sal-lum? Jekk iva, kemm?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-OHSA ġeddet kuntratt wieħed ta’ persuna li qed jirriplejsa persuna oħra li qegħda fuq career break. Dan il-kuntratt jiġġedded minn sena għal sena, u sar bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 12 PQ #5551 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – kuntratti ta’ impjieg

Question

B’referenza għall-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatawx kuntratti fuq bażi individwali lill-impjegati fi ħdan l-Awtorità mid-9 ta’ Marzu sal-lum?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li L-OHSA tat żewġ kuntratti fuq bażi individwali u għal terminu ta’ sentejn lil żewġ impjegati. Dawn il-kuntratti kellhom l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 12 PQ #5552 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Vaċċin tal-influwenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-vaċċin tal-influwenza bediex jingħata? Jekk beda jingħata, lil min qed jingħata? Jekk għadu ma bediex jingħata, jista’ jgħid meta se jibda jingħata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li t-tilqim kontra l-influwenza beda fil-21 t’ Ottubru 2013. Kienu eliġibbli għat-tilqima b’xejn il-kategoriji li se nsemmi: - Impjegati tal-Ministeru tas-Saħħa u oħrajn li għandhom kuntatt mal-pazjenti, - Impjegati fil- - Korp tal-Pulizija - Forzi Armati - Protezzjoni Ċivili - Ċentri ta’ Detenzjoni u Ċentri Miftuħa - Servizzi Veterinarji - Biċċerija - Dipartiment ta’ Tindif Publiku - Dwana - Faċilita’ Korettiva ta’ Kordin u anke r-residenti f’din il-Faċilita’ - Persuni residenti f’istituzzjonijiet; - Studenti li jattendu ċ-Ċentri ta’ Riżorsi Speċjali tal-Edukazzjoni - Persuni minn 55 sena ‘l-fuq; - Tfal ta’ bejn is-sitt xhur u l-ħames snin - Persuni ta’ kull eta’ li jbatu minn – Ø Mard kroniku tan-nifs Ø Mard kroniku tal-qalb Ø Mard kroniku tal-fwied Ø Mard kroniku tal-kliewi Ø Dijabete Ø Kull stat ta’ nuqqas ta’ immunita’ inklużi l-HIV jew l-AIDS Min-nhar it-Tnejn 5 ta’ Novembru it-tilqima kontra l-influwenza ser tingħata b’xejn lill-publiku ġenerali miċ-Ċentri tas-Saħħa.
Leg 12 PQ #5553 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Skrivani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: a) Kemm hemm skrivani tal-Gvern u tal-kuntratturi jagħtu servizz fl-Isptar Mater Dei; b) Kemm minn dawk il-kuntratturi li applikaw mal-Gvern fl-aħħar sena u kemm ġew minnhom ingaġġati; u c) Jekk hemmx diskrepanza fis-salarji bejn dawk tal-Gvern u dawk tal-kuntratturi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5554 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Rappport taċ-Chartered Institute of Public Finance and Accountancy – Accrual Accounting

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-punti ewlenin li ħarġu mir-rapport taċ-Chartered Institute of Public Finance and Accountancy dwar it-transizzjoni għall-accrual accounting?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Kumitat ta’ Koordinament – tnaqqis fit-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti ddiskuta l-kumitat tal-koordinament li jaqa’ fi ħdan id-dekasteru tiegħu bil-għan li jonqos it-traffiku fit-toroq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li bħalma hija l-prassi il- kordinament dwar it-traffiku isir minni bħala Ministru flimkien mal-Pulizija, Transport Malta u entitajiet oħra meta jkun il-bżonn. S’issa ġew diskussi l-areas kollha fejn hemm bottleneck u kull fejn ġie irrappurtat li qed tinħoloq problema ta’ traffiku fit-toroq. L-għan ta’ dan huwa sabiex jittieħdu passi immedjati fejn huwa possibli u biex jinstab rimedju kemm fuq bażi short-term kif ukoll long-term.

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu allegat każ ta’ diskriminazzjoni fuq il-pensjoni li jingħata?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.

Pulizija – mobile squad — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura hemm disponibbli fil-preżent għall-mobile squad tal-Pulizija? Ta' liema marka huma dawn il-vetturi? Kemm minnhom qed ikunu assenjati għal kull shift?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kif diġà kelli l-okkażżjoni ninforma lill-Kamra, b’effett mill-1 ta’ Lulju ta’ din is-sena l-Iskwadra tal-Mobile u l-Special Assignment Group fil-Korp tal-Pulizija kienu ġew amalgamati fi skwadra waħda magħrufha bħala Rapid Intervention Unit. Fil-preżent din it-Taqsima għandha għad-dispożizzjoni tagħha 30 vettura tal-marka Ford Focus, 4 Landrovers u 4 Kia Sedona u 2 vannijiet wieħed Ranault u l-iehor Ford Transit. Dawn jintużaw skont kif ikunu l-ħtiġijiet tax-xift.

Korp tal-Pulizija – servizz barra l-Korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija fil-preżent li qed jaqdu d-doveri tagħhom ma' dipartimenti oħra mhux fil-Korp tal-Pulizija, u fejn qegħdin jaqdu dawn id-dmirijiet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 64 membru tal-Korp li huma assenjati xogħol f’Dipartimenti jew Entitajiet oħra barra mill-Korp, kif ġej: Visa office 2 Ministeru għas-Saħħa 1 Ministeru għall Energija u Konservazzjoni tal-Ilma 1 Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà 1 Dipartiment tal-Protezzjoni Civili 1 Uffiċċju tal-Avukat Generali 1 L-Uffiċċju tal-Prim Imħallef 1 Faċilità Korretiva Kordin 15 Servizz tas-Sigurtà 41

Korp tal-Pulizija – ċirkolari dwar reduced hours

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċirkolari li ħareġ il-Kummissarju tal-Pulizija l-ġimgħa li għaddiet dwar reduced hours?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.