Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Marsa fis-snin 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrapurtat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.
Gwardamangia u Pietà – rapporti ta’ reati kriminali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalitajiet ta' Gwardamangia u Pietà fis-snin 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrapurtat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li n-National Police System hija sistema komuni għall- ġbir ta’ rapporti tal-Pulizija. Il-lokalitajiet inkorporati fis-sistema huma bbażati fuq il-Kunsilli Lokali u peress illi Gwardamanġia m’għandiex Kunsill Lokali għaliha, din ma tagħmilx parti mill-lista ta’ lokalitajiet inklużi fis-sistema.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn m'hemmx servizz ta' tabib fl-Isptar Zammit Clapp? Huwa minnu li r-residenti li jkollhom bżonn tabib, iridu jħallsu €20 kull darba li jżurhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27706 u jgħid x’wassal biex fl-2016 kien hemm żieda ta’ trabi li nżammu għall-kura fin-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żieda fin-numru ta ' pazjenti fit-taqsima li qed issemmi hi, tkompla mat-trend ta' l-aħħar snin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28637 u jelenka d-direct orders kollha li huwa awtorizza fl-2015 u fl-2016? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25723, 25569, 24002, 21476, 14906, 13015, 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid:
a. l-isem tal-persuna appuntata;
b. il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna;
c. id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna;
d. min għażel lill-persuna;
e. il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna;
f. x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata;
g. min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum;
h. jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’
position of trust
jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; u
i. jikkonferma jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal-ewwel parti tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29338.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29200, jista’ l-Ministru jgħid meta qed tkun miftuħa l-Fibromyalgia Clinic fiċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Floriana? Jista’ jikkonferma li minħabba nuqqas ta’ persuni speċjalizzati biex jaħdmu f’dan il-qasam, il-Fibromyalgia Clinic mhux qed tkun miftuħa kif indikat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Fibromyalgia Clinic fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana tkun miftuħa kull nhar ta’ ġimgħa wara nofs inhar. Ninformaha ukoll li din il-klinika baqgħat tinfetaħ kull gimgħa sa mill-bidu tal-ftuħ tagħha sal-lum.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25722, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti reġistrati li qed jistennew data biex jagħmlu operazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ pazjenti rreġistrati jistennew biex jagħmlu operazzjoni sal-aħħar ta’ Diċembru tal-2016 kien ta’ 14,009. Tajjeb li nfakkarha illi għal aħħar tal-2012 taħt gvern preċidenti, kif taf hi n-numru ta’ pazjenti jistennew għal-operazzjoni kien eluf aktar minn dak preżenti.
FTS – Skola tal-bniet f’Tal-Ħandaq f’Ħal Qormi — tender għall-provvista u tqegħid ta’ madum u irħam
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) kienet ħejjiet rigward Tender CT 2206/2011 għar-rigward ta’ Provvista u Tqegħid ta’ Madum u Irħam fl-iskola ġdida tal-bniet f’Tal-Ħandaq f’Ħal Qormi li tifforma parti mill-Kulleġġ Sant’Injazju, liema rapport kien tħejja bħala risposta għall-kummenti li kien ressaq il-kuntrattur?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Kopja tar-rapport mitlub qed tingħata lill-Onorevoli Interpellant separatament.
Ħal Qormi – Skola tal-Bniet f’Tal-Ħandaq – laqgħat mal-kuntrattur dwar tqegħid ta’ madum u irħam
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa formali saret mal-kuntrattur li kien responsabbli mill-provvista u tqegħid ta’ madum u irħam fl-iskola ġdida tal-bniet f’Tal-Ħandaq f’Ħal Qormi, liema skola tifforma parti mill-Kulleġġ Sant’Injazju, minn Marzu 2013 ‘il hawn li fiha kien hemm rappreżentanti tiegħu jew tal-Ministeru tiegħu fejn ġew diskussi ħlasijiet pendent, rigward Tender CT 2206/2011? Min kienu dawn ir-rappreżentanti? Meta saru dawn il-laqgħat u fejn saru dawn il-laqgħat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont dokumentazzjoni, miżmuma mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS), kienet saret laqgħa waħda fl-uffiċini tal-Fondazzjoni nhar il-5 ta' Settembru, 2013. Għaliha kienu attendew dawn il-persuni:
Għall-FTS: Il-Perit Samuel Formosa (FTS Chairman), Is-Sur Anthony Muscat (FTS Chief Operations Officer), u Is-Sur Chris Pullicino (FTS Chief Finance Officer);
Għall-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Is-Sur Michael Ferry
Għal Avantgarde Ltd.: Is-Sur Joseph Vella (Direttur), is-Sur Robert Chetcuti (Debt Collector), u s-Sur Matthew Bugeja.
L-FTS ma għandhiex dokumentazzjoni ta' laqgħat formali oħra jekk saru xi mkien ieħor.
FTS – Skola tal-Bniet f’Tal-Ħandaq f’Ħal Qormi — ħlas lill-kumpanija fir-rigward ta’ tqegħid ta’ madum u irħam
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm, skont il-management tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS), kienet id-differenza f’ewros bejn il-kont li ppreżenta l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u dak li kien wasal għalih bħala pendenzi dovuti lill-istess kumpanija skont il-management tal-FTS għar-rigward ta’ Tender CT 2206/2011 (Provvista u Tqegħid ta’ Madum u Irħam fl-iskola gdida tal-bniet f’Tal-Ħandaq f’Ħal Qormi, liema skola tifforma parti mill-Kulleġġ Sant’Injazju)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont riferut huwa ta' €368,030.18.
FTS – Skola tal-Bniet f’Tal-Ħandaq f’Ħal Qormi — ittri/emails dwar dewmien fil-provvista u tqegħid ta’ madum u irħam
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ittra jew email intbagħtu mill-management tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, minħabba dewmien fil-performance ta’ provvista u t-tqegħid ta’ madum u irħam b’konnessjoni ma’ Tender CT 2206/2011 (Provvista u Tqegħid ta’ Madum u Irħam fl-iskola gdida tal-bniet f’Tal-Ħandaq f’Ħal Qormi, liema skola tifforma parti mill-Kulleġġ Sant’Injazju)? Jista’ jgħid meta ntbagħtu l-ittri u/jew e-mails lil din il-kumpanija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-files relattivi jinsabu għand l-Internal Audit and Investigations Department (IAID), il-korrispondenza mitluba ma tistax tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
FTS – Skola tal-Bniet f’Tal-Ħandaq f’Ħal Qormi — provvista u tqegħid ta’ madum u irħam
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull korrispondenza li kien hemm bejn il-management tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) u l-Ministru għall-Finanzi u/jew il-Kumitat tal-Kuntratti għar-rigward tat-Tender CT 2206/2011 (Provvista u Tqegħid ta’ Madum u Irħam fl-iskola ġdida tal-bniet f’Tal-Ħandaq f’Ħal-Qormi, liema skola tifforma parti mill-Kulleġġ Sant’Injazju)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-files relattivi jinsabu għand l-Internal Audit and Investigations Department (IAID), il-korrispondenza mitluba ma tistax tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
FTS – Skola tal-Bniet f’Tal-Ħandaq f’Ħal Qormi — provvista u tqegħid ta’ madum mill-kuntrattur
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) qattx ġiet mitluba jikkwantifika d-danni minħabba dewmien fil-performance ta’ supply u tqegħid ta’ madum mill-kuntratur b’konnessjoni ma’ Tender CT 2206/2011 (Provvista u Tqegħid ta’ Madum u Irħam fl-iskola ġdida tal-bniet f’Tal-Ħandaq f’Ħal-Qormi, liema skola tifforma parti mill-Kulleġġ Sant’Injazju)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) ġiet mitlub tikkwantifika d-danni minħabba dewmien fil-performance ta’ supply u tqegħid ta’ madum mill-kuntrattur.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi rranġat saqaf ta’ kamra tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li minkejja li rrappurtat dan sena ilu, ħadd għadu ma kellimha? Jista’ jara li l-ħaddiema jaraw l-ilment u jieħdu azzjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar, ma jidhirx li dan l-ilment kien ġie rrapurtat qabel. Madanakollu l-inkwilina msemmija ġiet ikkuntatjata, u ttieħdet nota tal-ħsarat filwaqt li ġiet mgħarrfa li għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar sabiex jiġi vverifikat l-ilment.
San Pawl il-Baħar u Mellieħa — Toursim Police Zone
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (Buġibba/Qawra) matul din is-sena hux se jibda jkollom is-servizz ta' Tourism Police Zonesu dan anke fid-dawl li din hija l-iktar żona f'pajjiżna li fil-konfini tagħha hemm l-aktar numru ta' sodod mifruxa fuq l-akbar numru ta' lukandi u appartamenti f'pajjiżna apparti attrazzjonijiet oħra bħal bajjiet li jirriżulta ukoll li f'din iż-żona wieħed isib l-akbar numru ta' bajjiet f'pajjiżna?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li qed isiru diskussjonijiet mal-Ministeru għat-Turiżmu rigward il-possibilita` ta’ estensjonijiet fit-Tourism Police Zones.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29915 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għat-Turiżmu — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29916 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29917 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari 29917.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' single mothers li joqogħdu l-Mellieħa u n-Naxxar rispettivament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux statistika ta’ min huwa single mother ġewwa l-ebda lokalità f’Malta jew Għawdex.