Skola tas-Subien Ninu Cremona – użu għad-dixxiplina tal-atletika
Question
Peress li qed ikun hemm diversi lmenti fis-sens li għandna ħafna tfal u persuni oħra li jixtiequ jipprattikaw id-dixxiplina tal-atletika, u hemm il-faċilitajiet fl-iskola tas-subien Ninu Cremona fir-Rabat Għawdex iżda mhux qed jitħallew jużaw dawn il-faċilitajiet, jista’ l-Ministru jispjega għaliex qed isir dan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed jirċievi diversi talbiet biex organizzazzjonijiet sportivi f'Għawdex ikunu jistgħu jipprattikaw id-dixxiplina tal-atletika u sport ieħor. Ix-xogħol fuq il-faċilità fl-iskola tas-Subien Ninu Cremona tal-Kulleġġ ta' Għawdex huwa kważi lest.
Kif inhi l-prattika u l-proċedura, ladarba jitlestew ix-xogħlijiet fuq dawn il-faċilitajiet sportivi, jibdew il-proċeduri għall-użu tagħhom billi ssir talba mill-Kunsill Malti għall-Isport lid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi sabiex isir il-kuntratt bejn din l-entita' u d-Direttorat. B'hekk jiġi assigurat li l-affarijiet isiru skont il-proċedura.
Dokument ta' ftehim fuq provvista ta' gass mal-privat
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 432, ġaladarba jeżistu numru ta' kuntratti b'kondizzjonijiet differenti, u allura iktar u iktar m'għandux ikun hemm diffikultà biex iqiegħed dokument wieħed ta' kuntratt bi ftehim ta' prezz fiss għal 10 snin, jista’ l-Ministru allura jkun daqstant indulġenti u fil-fatt jqiegħed tali dokument wieħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'tali parametri?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tali kuntratti jeżistu f'kemm kundizzjonijiet u anki b'mekkaniżmi differenti.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — transfers ta' impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 459 u jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — transfers ta' impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 458 u jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jitnaqqas it-tul rikjest tal-applikanti fl-ingaġġ li jmiss tal-Korp tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi r-rekwiżit tat-tul għall-ingaġġ fil-Korp tal-Pulizija huwa dak indikat fis-sejħa ghal-applikazzjonijiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta’ Settembru 2013
Uffiċċju tal-Prim Ministru — reklamar u public relations
Question
Jista' l-Prim Ministru inkluż is-segretarju parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — reklamar u public relations
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru inkluż is-segretarju parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mis-servizz pubbliku jaħdmu fis-segretarjat tal-Ministeru u kemm hemm ħaddiema minn barra s-servizz pubbliku jaħdmu fl-istess segretarjat? Jista' jgħid kemm hemm konsulenti mal-Ministeru għal Għawdex u kemm qed jitħallas kull konsulent?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-Segretarjat Privat tieghi hemm sitt impjegati mis-servizz pubbliku u hdax-il impjegat li huma minn barra s-servizz pubbliku. Barra minn dan, is-Segretarjat Privat ghandu konsulent li hu ntitolat ghal dawn il-beneficcji:
- Salarju fuq skala 3 li jithallas pro-rata skond in-numru ta' sighat
- Car allowance ta' €4,569 fis-sena
- Mobile u ADSL Connection sa massimu ta' €815 fis-sena
- Expense allowance ta' €2,000 fis-sena
- Expertise allowance ta' €3,183 fis-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tiġi tiswa uniformi tal-iskola tal-iskejjel tal-Knisja u tal-Gvern (l-ogħla ammont u l-inqas ammont)? Jista’ jgħid kemm-il darba inbidlu l-uniformijiet f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant rigward l-iskejjel tal-Gvern tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward l-iskejjel tal-Knisja, l-inqas ammont għall-uniformi ġie rrapurtat li huwa €85 filwaqt li lk-għola ammont huwa ta' €296.50.Skola tal-Knisja f’Għawdex irrapurtat bdil fil-kulur tal-uniformi. Skejjel oħra irrapurtaw tibdil żgħir għall-bidla fil-materjal tad-dublett użatt waqt attivitajiet sportivi jew l-introduzzjoni ta’ ġgieget tax-xita bħala parti mill-uniformi.
L-ebda Skola tal-Knisja ma kkonfermat illi t-tfal kellhom jibdlu l-uniformi minħabba dawn it-tibdiliet f’dawn l-aħħar ħames snin.
Ġenerazzjoni tal-Enerġija mill-mewġ tal-baħar — studji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-riżultati ta’ studju li kien sar dwar il-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-mewġ tal-baħar? Hemm ħsieb li nsegwu dan il-kunċett bħala parti mill-energy mix tal-pajjiż?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.
Persuni li għandhom ’il fuq minn 61 sena u għadhom jaħdmu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn individwi f’Malta u f’Għawdex li għandhom ’il fuq minn 61 sena li għadhom jaħdmu? Kemm minnhom jaħdmu part-time u kemm minnhom jaħdmu full-time? Kemm minn dawn jaħdmu mal-Gvern u kemm minnhom jaħdmu mal-privat? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ta’ tip ta’ xogħol li qegħdin jagħmlu dawn il-persuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, in-numru ta' persuni li għandhom 'l fuq minn 61 u li għadhom jaħdmu mal-Gvern u mal-Privat kien ta' 10,369, li minnhom 4,685 qed jaħmu fuq bażi full-time filwaqt li 5,684 qed jaħdmu fuq bażi part-time (skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata f'April 2013). Il-figuri tal-Gvern ma jinkludux kumpaniji parastatali jew awtoritajiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm minn dawn jaħdmu mal-Gvern u kemm minnhom jaħdmu mal-Privat u t-tip ta' xogħol li qed jagħmlu.
Università ta’ Malta — Ċentru Ewropew tal-Ġerontoloġija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iċ-Ċentru Ewropew tal-Ġerontoloġija fl-Università ta’ Malta hux rikonoxxut mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) bħala Collaborating Centre for Healthy Ageing? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt bejn iċ-Ċentru Ewropew tal-Ġerontoloġija fl-Università ta’ Malta u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapporti ta’ ftehim tal-WHO Collaborating Centre for Healthy Ageing għas-snin 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jgħid minn min hu ffurmat il-Bord tat-Tmexxija tal-WHO Collaborating Centre for Healthy Ageing?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ċ-Ċentru Ewropew tal-Ġerontoloġija fl-Università ta’ Malta li qabel kien jismu l-Istitut tal-Ġerontoloġija kien ġie rikonoxxut mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) bħala Collaborating Centre for Healthy Ageing nhar il-11 ta’ Settembru 1995 skont l-ittra li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan wara diversi taħdidiet li kienu saru bejn Dr Hana Hermanova li kienet id-direttriċi tal-WHOAging Unit ġewwa Copenhagen, ir-rettur tal-Università ta’ Malta ta’ dak iż-żmien, il-Ministru tas-Saħħa ta' dak iż-żmien Dr Louis Deguara u l-Professur Joseph Troisi.
Bejn l-14 u s-17 ta’ Frar 1996, l-Istitut tal-Ġerontoloġija bħala
Collaborating Centre for Healthy Ageing
kien organizza workshop ta’ esperti bl-għan li jiżviluppa curriculum għal Primary Care Workers li jieħdu ħsieb l-Anzjani. Għal dan il-workshop, li kien sponsorjat mill-WHO Euro Aging Unit ġewwa Copenhagen, u li sar ġewwa lukanda f’Tas-Sliema, kienu ġew Malta erba’ esperti barranin mill-Israel, l-Amerika, u l-Iżvizzera.
Għal numru ta’ snin, l-Istitut tal-Ġerontoloġija fl-Università ta’ Malta kien jipparteċipa fil-meetings tal-Collaborating Centres Ewropej for Healthy Ageing li kienu jsiru ta’ kull sena fi bliet Ewropej differenti. Dawn il-meetings kienu sponsorjati mill-Ageing Unit ġewwa r-Regional Office for Europe f’Copenhagen. B’kollox kien hemm seba’ collaborating centres for healthy ageing. Minbarra Malta kien hemm ċentru ġewwa l-Awstrija, il-Ġermanja, il-Fillandja, l-Italja, l-Ungerija u l-Ukraina.
Skont dan l-agreement kienu ngħataw scholarships mill-istess Għaqda Dinjija lil ħames studenti li kienu ġew Malta bejn l-1996 u l-2001 għal post graduate Diploma kors fil-qasam tal-Ġerontologija u Ġerjatrija, imniedi mill-Istitut tal-Ġerontologija f’Malta.
Il-Collaborating Centre for Healthy Ageing tilef l-importanza tiegħu meta l-Ageing Unit ġewwa r-Regional Office for Europe f’Copenhagen kien tilef il-funzjoni tiegħu. Il-fondi li kellu dan il-Unit kienu spiċċaw. Fl-istess żmien l-Istitut tal-Ġerontologija fl-Università ta’ Malta ma baqax Istitut tal-Ġerontologija iżda kien sar dipartiment fl-Istitut tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-noll ta’ cruise liner biex jidħol fil-Port ta’ Malta u dan kif jikkumpara ma’ portijiet ta’ pajjiżi oħra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-noll li jħallas cruise liner ivarja skont id-daqs tal-bastiment, u japplikaw tariffi bħal port dues, pilotage u mooring dues.
L-operatur tat-terminal fejn ikun trakka l-bastiment japplika rati oħra addizzjonali. Barra minn hekk, tariffi oħra jiġu applikati skont servizzi oħra li jiġu pprovduti.
It-tariffi applikati fil-portijiet ta’ Malta huma kompetittivi u kkunsidrati orħos meta mqabbla ma’ dawk ta’ pajjiżi oħra.
Peress li fil-Ħdud u l-festi, filgħaxija, l-unika spiżerija miftuħa (apparti tal-isptar) hija tal-ajruport, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm oħra fit-Tramuntana ta’ Malta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Gvern hu konxju mill-obbligu li hu għandu biex jassigura qafas regolatorju li jassigura ambjent fejn il forżi tas suq jitħallew jaħdmu b'mod li l-pażjent li jiffrekwenta spiżeriji privati jingħata servizz tajjeb bl-aħjar prezz, filwaqt li l-operaturi ta spiżeriji jagħmlu qliegħ gust li jippermettilhom jagħmlu l-investiment neċessarju biex il-kwalita tas- servizz offrut minnhom tkompli titjieb.
Hu fil-qafas ta dawn id-dmirijiet li jġorr il-Gvern li t-talba ta l-Onorevoli Membru ser tkun mistħarrga fid-dettall u bir-reqqa kollha.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – riżenja ta’ ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba hi fin-negattiv.
Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali – riżenja ta’ ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – riżenja ta’ ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm persuna waħda li minħabba impenji oħra irriżenjat mill- Street Naming Committee. Din il-persuna diġa ġiet issostitwita.
Ministeru għal Għawdex – riżenja ta’ ħaddiema – riżenja ta’ ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għal Għawdex f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – riżenja ta’ ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru tgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kien hemm persuna waħda li wara li inħarġet il-ħatra tagħha infurmat lid-Direttur tax-Xogħol li minħabba mpenji ta’ xogħol ieħor ma kienx possibbli għaliha li tidħol għal dan l-inkarigu.
Minflok din il-persuna, li ddettalji tagħha qed jingħataw lill-Onor. Interpellant b’mod kunfidenzjali, għadu ma nħatar ħadd.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – Riżenja ta’ ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li offrew ir-riżenja tagħhom, kif ukoll lista tal-persuni ġodda li nħatru mill-Ministeru ghall-Ekonomija, Investiment u Intraprizi Żgħar. Bħalma jsir normalment qabel kull elezzjoni, ic-Chairpersons u l-Membri tal-Bordijiet u Kumitati offrew ir-riżenja tagħhom.
Il-Copyright Board għadu ma ġiex iffurmat waqt li Ricasoli Tank Cleaning Ltd u Malta Export Credit Insurance Co Ltd għaddejjin mill-proċess ta likwidazzjoni.