B'referenza għal artiklu f'gazzetta lokali tal-1 ta' Ottubru 2013, jista’ l-Ministru jgħid kemm:
a) il-post ta' parkeġġ hemm fil-Belt Valletta
fiż-żona tas-CVA;
i) kemm minnhom huma riservati għar-residenti (
parking bays
ħodor);
ii) kemm minnhom huma riservati għar-residenti filgħaxija biss (
parking bay
blu);
iii) kemm minnhom huma riservati għall-Ministeri li huma stazzjonati fil-Belt Valletta;
iv) kemm minnhom hemm riservati għad-dipartimenti/entitajiet tal-Gvern;
v) kemm minnhom huma
loading/unloading bays
vi) kemm minnhom huma riservati għall-persuni b’diżabilità;
b) il-post ta' parkeġġ hemm fil-Belt Valletta barra miż-żona tas-CVA;
i) kemm minnhom huma riservati għar-residenti (
parking bays
ħodor);
ii) kemm minnhom huma riservati għar-residenti filgħaxija biss (
parking bay
blu);
iii) kemm minnhom huma riservati għall-Ministeri li huma stazzjonati fil-Belt Valletta;
iv) kemm minnhom hemm riservati għad-dipartimenti/entitajiet tal-Gvern;
v) kemm minnhom huma
loading/unloading bays
vi) kemm minnhom huma riservati għall-persuni b’diżabilità?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3832.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W52, jista’ l-Ministru jgħid jekk ikun hemm ħaddiema oħra fil-Belt li japplikaw għall-eżenzjoni mis-sistema tas-CVA, dawn jiġux eżentati u fuq liema kriterju?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minbarra l-eżenzjoni li nħolqot għall-għalliema hemm kategoriji oħrajn ta’ eżenzjonijiet mis-sistema tas-CVA li jolqtu diversi ħaddiema li jkunu jaħdmu l-Belt. Dawn huma:
1. Vetturi reġistrati u użati minn persuni b’diżabilita li huma ċertifikati bħala tali mill-KNPD u li jkunu jaħdmu fiż-żona ġewwa l-Belt fejn l-aċċess tagħha huwa bi ħlas.
2. Vetturi li jintużaw għall-ġarr jew bejgħ ta’ merkanzija. Dawn għandhom eżenzjoni ta' ċertu sigħat hekk kif stipulat fir-Regolamenti tal-2007 dwar Aċċess Kontrollat ta’ Vetturi f’Ċerti Żoni.
3. Vetturi li jintużaw minn bejjiegħa tal-Monti għandhom eżenzjoni mill-ħlas ta’ disgħin minuta qabel il-ħin tal-ftuħ u disgħin minuta wara l-ħin tal-għeluq tas-suq.
4. Vetturi li jintużaw meta jkun irid isir xi xogħol bħal dak ta’ kostruzzjoni jew xogħol ieħor kemm ta’ toroq kif ukoll f’residenzi ġewwa l-Belt Valletta. Dawn jingħataw eżenzjonijiet temporanji.
5. Każijiet uniċi fejn vetturi jiġu kkunsidrati mill-Bord għall-eżenzjoni, peress li jkunu qed joffru servizz pubbliku hekk kif stipulat fir-Regolamenti tal-2007 dwar Aċċess Kontrollat ta’ Vetturi f’Ċerti Żoni.
Jista’ l-Ministru jgħid min talab li Triq il-Lanċa, fil-Belt Valletta tiġi one-way? Il-Kunsill Lokali kien ikkonsultat qabel ma’ din it-triq ġiet maqluba għal one-way?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li ħadd ma talab sabiex id-direzzjoni tat-traffiku ta’ Triq il-Lanċa fil-Belt Valletta tiġi lejn direzzjoni waħda (one way) u għaldaqstant din it-triq ma nqalbitx għal direzzjoni tat-traffiku f’direzzjoni waħda.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 961 u jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex tiddaħħal xi forma ta' sistema ta' reimbursement għas-sistema tal-għoti ta' mediċini mis-sistema nazzjonali tas-saħħa, inkluż mis-sistema tal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? X`konsultazzjonijiet beħsiebhom isiru mal-imsieħba soċjali involuti f`dan il-qasam? Min se jiġi kkonsultat?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li filwaqt titkompla titħaddam il-politika tal-Gvern sabiex is-servizzi tas-saħħa jibqgħu b’xejn għal kullħadd, il-bieraħ fil-qari tal-Budget ġie mħabbar li l-Ministeru tas-Saħħa se jniedi numru ta’ White Papers bil-għan li jissaħħu s-sistemi preżenti. Il-White Papers huma miftuħin għal kullħadd u għadaqstant kullħadd huwa mistieden biex jikkontribwixxi.
Foundation for Medical Services — Management accounts
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4156, 4166 u 4168 u b’referenza għall-management accounts li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru jerġa jpoġġi dawn l-istess accounts u fihom jinkludi ċ-ċifri komparattivi għall-istess perijodu fis-sena ta’ qabel?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija parlamentari 4156 ma’ tappartjieni l-ebda management accounts.
Filwaqt li l-
management accounts
tal-mistoqsijiet parlamentari 4166 u 4168 jinsabu annessi.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex sat-8 ta’ Ottubru 2013 ma kienx f’pożizzjoni li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għax-xahar ta’ Lulju 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat illi management accounts sax-xahar ta’ Ġunju 2013 qed jiġi ffinaliżżati u la jitlestew, jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni intitolati għall-kartuna s-safra, xahar b’xahar, minn Jannar 2012 sa Settembru 2013? Għal kull xahar jista’ jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet ġodda, kemm żdiedu persuni ġodda intitolati u kemm kien hemm persuni li nqatgħu minnha?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minħabba limitazzjonijet fis-sistema kurrenti tal-IT li writna minn gvern preċedenti, mhux possibli nipprovdu l-informazzjoni mitluba, għaldaqstant il-gvern preżenti qed jagħmel minn kollox sabiex intejbu din is-sistema.
Sptar Monte Karmeli – Chief Operating Officer — interviewing panel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni fuq l-interviewing panel għall-għa¿la taċ-Chief Operating Officer li għadu kemm inħatar fl-Isptar Monte Karmeli?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-kariga ta’COO ġewwa l-isptar Monte Karmeli hija ta’ position of trust u saru l-proċeduri kollha meħtieġa għal din il-ħatra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet mal-Università ta’ Pisa (Italja) wara li kien ġie ffirmat Memorandum of Understanding xi żmien ilu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li matul ix-xahar ta’ Settembru ġiet referuta l-ewwel pazjenta fl-Isptar ta’ Pisa fejn ġiet sottomessa għal numru ta’ testijiet. Għaldaqstant il-ftehim mar-reġjun ta’ Toscana issa qiegħed jiġi imwettaq.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5058, jista’ l-Ministru jgħid min hi din il-mentor?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Mentor hi persuna ta’ ħila u esperjenza. Hija persuna li qabel kienet Direttur fil-qasam tal-anzjani u li bħallisa tokkupa l-pozizjoni ta’chairperson tal-grupp tat-tmexxija.
B’referenza għall-ilmenti li qed jaslu dwar il-kwalità ta’ diesel li hawn bħalissa li qed jikkaġuna diversi ħsarat fil-pompi tal-karozzi li jaħdmu bid-diesel, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta wasluliex dawn l-ilmenti? Jekk iva, x’passi ħadet? Saru testijiet u, jekk fl-affermattiv, f’liema laboratorji saru u meta saru dawn it-testijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta waslulha lmenti dwar il-kwalita’ tad-diesel. Saru testijiet fuq kampjuni ta’ diesel meħuda mill-bowsers qabel ma marru fil-petrol stations. Ir-riżultat ikkonferma li d-diesel kien skont l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej.
Dawn it-testijiet saru mill-kumpanija
Inspectorate
fil-11 t’Ottubru 2013.
bordijiet, kummissjonijiet u kumitati fil-qasam soċjali, tal-anzjani u tad-diżabilità
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5144, tista’ l-Ministru tgħid x’inhu r-rwol tal-Management Committee tar-Residenza San Vinċenz de Paul? Meta twaqqaf għall-ewwel darba dan il-management committee? X’inhuma terms of reference ta’ dan il-management committee? X’miri ġie mitlub jilħaq dan il-kumitat u sa meta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk qiegħed jirreferi għal Kumitat ta’ Tmexxija Konsultattiv tar-Residenza ta’ Vinċenz de Paul, it-twaqqif tiegħu seħħ fit-13 ta’ Mejju 2013. It-termini ta’ referenza tiegħu huwa li jipprovdi gwida fuq l-implimentazzjoni ta’ politika sostenibbli u prattiċi tajbin li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti f’din il-faċilità ta’ kura. Il-Kumitat huwa mitlub li jippreżenta 4 rapporti kull kwart ta-sena u ieħor annwali lill-Ministeru.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5144, tista’ l-Ministru tgħid x’inhu r-rwol tal-Kummissjoni dwar l-Active Ageing? X’inhuma t-terms of reference tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-irwol u t-termini ta’ referenza tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva huwa li jagħti pariri lill-Gvern dwar it-twaqqif tal-Politika Nazzjonali Strateġika għall-Anzjanità Attiva.
Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Policy għat-Tfal
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5144, tista’ l-Ministru tgħid x’inhu r-rwol tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Policy għat-Tfal? Meta twaqqfet għall-ewwel darba din il-Kummissjoni Nazzjonali? X’inhuma terms of reference ta’ din il-Kummissjoni nazzjonali? X’ miri ġiet mitluba tilħaq din il-Kummissjoni nazzjonali u sa meta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Policy għat-Tfal
Question
Tista’ l-Ministru tgħid il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Policy għat-Tfal hix qed tissostitwixxi xi struttura oħra? Peress li l-Politika Nazzjonali għat-Tfal hija waħda pjuttost riċenti, tista’ l-Ministru tgħid għaliex inħass il-bżonn li titfassal politika oħra kompletament ġdida f’daqstant żmien qasir?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – line votes
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5147 u tgħid kemm huwa stmat li hu meħtieġ bħala allokazzjoni finanzjarja addizzjonali taħt il-line votes tal-personal emoluments tal-vot tal-Ministeru u tal-vot tad-Dipartiment sabiex jitħallsu r-remunerazzjonijiet kollha tal-ħaddiema sal-aħħar tas-sena?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuni
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija 5148 u tagħti d-dettalji kollha, inkluż tip ta’ xogħol, karigi, esperjenza u kwalifiċi, salarji u perkaċċi, ta' dawk il-persuni li mid-9 ta' Marzu 'l hawn ġew ingaġġati mal-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, inkluż is-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, bħala persons of trust? Tista' l-Ministru tqiegħed kopja tal-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Tista' tgħid x’inhu t-total ta’ pagi tagħhom fis-sena b’mod kumulattiv?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru, permezz tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, jieħu l-passi neċessarji biex Triq Għawdex tiġi rranġata qabel ma tkun kawża ta’ xi inċident fatali?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li hekk kif ikun hemm il-fondi disponibbli, issir il-manutenzjoni meħtieġa fit-triq in kwistjoni.
Pulizija – membri stazzjonati fil-mechanical garage
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li membri tal-Korp stazzjonati fil-mechanical garage (xufiera) għadhom ma tħallsux għall-ħidma tagħhom fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellnt illi peress li l-Malta Police Assocation għadha kemm ġiet rikostitwita, fil-jiem li ġejjin hemm il-ħsieb li ssir laqgħa ma’ din l-assoċjazzjoni kif ukoll mal-Bord tan-Negozjati.