Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #2268 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru inkluż is-segretarju parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru inkluż is-segretarju parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub għadu qed jiġi vverifikat u tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru inkluż is-segretarju parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-nefqa totali fuq reklamar jew public relations mill-Ministeru tiegħi, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn kienet ta’ €77,919.11 VAT mhux inkluż. Dan ir-reklmar sar fuq Gazetti, Internet, Radju, Rivisti u Televiżjoni permezz ta’ diversi aġenziji jew kumpaniji fosthom Alert Creative, Union Print, Media Consulta, MEPA, Printex LTD, University of Malta, Focused Knowledge, Ikona Artworks, DOI u Facebook. F’kull każ ġew rispettati r-regolamenti dwar sejħiet għall-offerti.

Ministeru għat-Trasport — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (MIZZI, JOE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru inkluż is-segretarji parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Impjegati nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn nisa li jaħdmu fuq bażi full-time? Kemm huwa t-total ta’ nisa li jaħdmu part-time bħalissa? Kemm hawn nisa li għandhom ’il fuq minn 50 sena li jaħdmu full-time? Teżisti pay gap bejn nisa u rġiel? Jekk iva, jista’ jgħid f’liema impjiegi u f’liema etajiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li, fl-aħħar ta' Mejju 2013, in-numru ta' nisa li kienu qed jaħdmu 'full-time' kien ta' 54,822 filwaqt li dawk li jaħdmu 'part-time' bħala l-uniku xogħol tagħhom kien ta' 18,937. In-numru ta' nisa li għandhom minn 50 sena 'il fuq li jaħdmu 'full-time' kien ta' 9,402. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma jkollhiex informazzjoni fir-rigward tal- 'pay gap' bejn nisa u rġiel.

Korsijiet universitarji online

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux korsijiet universitarji online? Jekk iva, liema huma u kemm hemm studenti li qed jipparteċipaw fihom? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu introdotti? Hemm il-ħsieb li jiġu introdotti eżamijiet online?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-korsijiet universitarji li jsiru online u n-numru ta’ studenti rreġistrati fuq kull wieħed minnhom, huma kif ġej: KORS NUMRU TA’ STUDENTI – 2012/3 B.Sc. (Hons) Health Science 127 Master in Contemporary Diplomacy 30 Master in Performance Studies (Dance) 5 Il-korsijiet tal-Università, kemm dawk ta’ matul il-ġurnata kif ukoll dawk ta’ filgħaxija, jużaw il- virtual learning environment (VLE) li jagħti l-faċilità lil-letturi biex jipprovdu l-materjal tal-kors u l-materjal għall-qari online . Il-letturi jistgħu wkoll jżommu kuntatt mal-istudenti tagħhom permezz tal-VLE. Għaldaqstant, il-programmi kollha għandhom komponent online li jintuża xi ftit jew wisq skont dak li jixtieq il-lettur. Is-Senat tal-Università waqqaf kumitat li jinkludi fih letturi, staff tal-IT Services u tal-amministrazzjoni li ħafna minnhom għandhom esperjenza ta’ korsijiet online għax huma stess segwew korsijiet b’dan il-mod ma’ universitajiet varji barranin. Dan il-kumitat qiegħed jara xinhu meħtieġ bħala riżorsi – umani, infrastrutturali, taħriġ u inċentivi – biex jgħinu lill-fakultajiet kollha tal-Università jfasslu korsijiet li jkunu mogħtija online b’mod professjonali li jistgħu jikkompetu ma’ korsijiet online offruti madwar id-dinja kollha u b’hekk jattiraw ħafna studenti internazzjonali minn barra minn Malta u Għawdex. Wieħed irid isemmi wkoll li għadd ta’ korsijiet li jsiru fil-kampus ta’ Malta jiġu mogħtija wkoll Għawdex permezz ta’ video conferencing . B’hekk studenti Għawdxin jistgħu jsegwu dawn il-korsijiet mingħajr il-bżonn li jiġu Malta għal lectures . L-Università qiegħda wkoll f’diskussjonijiet biex tibda toffri xi eżamijiet online fil-futur.
Leg 12 PQ #4312 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

End-of-life protocol għall-pazjenti b’mard terminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid teżistix end-of-life protocol għal pazjenti li għandhom mard terminali?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li ma jeżisti ebda ‘End of life Protocol’ għal pazjenti li għandhom mard terminali. Dawn il-pazjenti u qrabathom jingħataw l-għajnuna kollha speċjalment dik li hija l -palliative care ġewwa l-Isptar Boffa. Hu l-ħsieb li quddiem dan jibda jseħħ fiċ-ċentru l-ġdid.
Leg 12 PQ #4313 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Problema ta’ obeżità – ħidma dwar nutrizzjoni fl-iskejjel

Question

Peress li f’Malta u f’Għawdex għandna problema ta’ obeżità, jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux servizzi professjonali ta’ nutrizzjoni fl-iskejjel? Jista’ jgħid jekk hemmx pjanijiet dwar tagħrif dwar in-nutrizzjoni fl-iskejjel u jekk jeżistux lezzjonijiet fin-nutrizzjoni għall-istudenti kollha?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Edukazzjoni.

Segretarju Parlamentari għall-Kompetitività u Tkabbir Ekonomiku – riżenja ta’ ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetitività u Tkabbir Ekonomiku f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li offrew ir-riżenja tagħhom, kif ukoll lista tal-persuni ġodda li nħatru mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetitivita’ u Tkabbir Ekonomiku. Bħalma jsir normalment qabel kull elezzjoni, iċ-chairpersons u l-Membri tal-Bordijiet u Kumitati offrew ir-riżenja tagħhom.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – Riżenja ta’ ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-unika rizenji kienu fuq il-Bord ta l-addozzjoni . Dr Ruth Farrugia minħabba li qegħda Chairperson tal-Kummisjoni Nazzjonali ta’Strateġija u Policy tat-tfal u Dr Ray Fenech u Ms Connie Griffiths Bianchi minħabba pressjoni ta xogħol. Minflok inħatru Dr Adrian Camilleri, Dr Francis Fenech u Dr Dione Mifsud.

Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva – riżenja ta’ ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-ufficju Segretarju Parlamentari ghad-Drittijiet ta’ Persuni b’Dizabilita’ u Anzjanità attiva f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ħadd li rriżenja mill-10 ta’ Marzu ‘l hawn.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – riżenja ta’ ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien l-ebda persuna maħtura mill-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali f’kariga uffiċjali jew bord, li offriet ir-riżenja tagħha.
Leg 12 PQ #4562 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – riżenja ta’ ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għall-Finanzi f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma – riżenja ta’ ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Sur Anthony Valvo rriżenja u nħatar is-Sur Tony Meilaq. Il-Bord tal-ARMS ra li jkun fl-interess tal-kumpanija li titpoġġa taħt ic-chairmanship tal-WSC.

toroq residenzjali — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-programm ta' diversi xogħlijiet fuq toroq residenzjali li kien ilu għaddej b’ritmu mgħaġġel għal dan l-aħħar erba’ snin hux se jibqa’ għaddej?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ser tkompli bil-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali. Dan sabiex il-Gvern ikollu kontroll tax-xogħol li jsir kif suppost u bl-inqas inkonvenjent u dan biex ma jerġax jiġri kif ġara mill-amministrazzjoni preċedenti. Hija priorità li meta jibda xogħol fuq triq, sakemm ma jinqalawx problemi li ma jkunux previsti, dan l-istess xogħol għandu jibda u jitkompla mingħajr interruzzjonijiet u jsir dejjem bl-inqas spejjeż possibli u ta’ kwalità.

Il-Marsa – junction

Question

Jista’ l-Ministru jivverifika jekk il-junction temporanja li saret fi Triq Diċembru 13, il-Marsa, qabel l-islip road li minnha tagħżel tmurx lejn Triq Reġjonali jew lejn il-Belt fihiex dawl, flashers u diversion signs biżżejjed biex ma tkunx ta' periklu għal min jużaha?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara spezzjoni li saret minn Transport Malta fil-ħinijiet ta’ matul il-lejl tal-junction temporanja li saret fi Triq Diċembru 13, il-Marsa, ġie konkluż li d-dawl tat-triq huwa dak li kien hemm eżistenti qabel ix-xogħlijiet. Apparti minn dan, uffiċċjali ta’ Transport Malta innutaw li kien hemm arblu tad-dawl tal-Enemalta li ma kienx qed jaħdem u għalhekk l-Awtorita' avżat lill-Enemalta sabiex twettaq it-tiswijiet neċessarji. F'dan ir-rigward, Transport Malta se terġa’ tispezzjona t-triq wara li jsiru dawn it-tiswijiet sabiex tikkunsidra l-ħtieġa ta’ aktar dawl u jekk ikun deċiż hekk, titlob lill-kuntrattur tagħha sabiex jiġu nstallati flood lights temporanji addizzjonali sabiex iżidu l-viżibilita’. Rigward il-flashers, Transport Malta tħoss li hemm biżżejjed, iżda l-Awtorità tispezzjona regolarment minħabba nuqqasijiet potenzjali relatati ma’ serq u/jew vandaliżmu. Fir-rigward is-sinjali tat-traffiku, Transport Malta talbet lill-kuntrattur tagħha biex jistalla chevrons addizzjonali sabiex il-kurva fit-triq tiġi aċċenwata aktar. Ta’ min wieħed iżid li l-kawtela tax-xufiera kif ukoll l-osservazzjoni tas-senjaletika u l-veloċità ndikata għandhom jiġu dejjem ikkunsidrati. Dan għaliex il-miżuri addizzjonali li qed jiġu rrakkomandati ma jkunux neċessarji kemm-il darba kulħadd josserva s-senjaletika u l-limitu ta’ veloċità stipulati.

Strateġija Nazzjonali dwar it-Trasport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hux se tibqa’ taħdem fuq l-Istrateġija Nazzjonali dwar it-Trasport li din l-Awtorità bdiet taħdem fuqha fl-2012 u li kienet approvata fil-prinċipju mill-Ministru ta' dak iż-żmien?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, fosthom Malta, qegħdin fil-proċess li jippreparaw l-istrateġiji nazzjonali għat-trasport rispettivi tagħhom għall-programm ta’ koeżjoni, bil-għan li jagħtu priorità lill-investimenti fil-qasam tat-trasport għall-perijodu 2014-20. F’Lulju ta’ din is-sena, l-iskop ta’ dawn l-istrateġiji tat-trasport ġew imwessa’ sabiex jinkludu l-mezzi kollha ta’ trasport, li fil-każ ta’ Malta jinkludu toroq, trasport marittimu, portijiet, multimodal links u infrastruttura fil-qasam tal-avjazzjoni. F’dan ir-rigward, Transport Malta qed tkompli bl-iżvilupp tal-Istrateġija Nazzjonali dwar it-Trasport li se tkopri il-perijodu sas-sena 2030.
Leg 12 PQ #4735 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Mental Health Screening fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix mental health screening fl-iskejjel? Jekk le, hemm il-ħsieb li jiġi introdott?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li is-Servizzi tas-Saħħa Mentali jikollaboraw kontinwament mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni biex meta jkun hemm tfal identifikatti li għandhom bżonn għajnuna fuq problem ta’ saħħa mentali dawn jiġu indirizzati malajr kemm jista' jkun.

Żieda ta’ lockers fl-iskejjel

Question

Peress li l-basktijiet tal-iskola jkunu tqal bil-kotba, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibbiltà li jiżdiedu l-lockers fl-iskejjel għal kull student?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-maġġoranza tal-iskejjel Sekondarji għandhom lockers għall-użu tal-istudenti. Dieħla wkoll il-kultura li jkun hemm il-lockers fl-iskejjel Primarji. Kull skola tevalwa l-bżonnijiet tagħha u tiddeċiedi jekk tagħmilx użu mill-lockers. Jekk ikun hemm skejjel li jiddeċiedu li għandhom bżonn il-lockers u ma għandhomx il-fondi sabiex jinxtraw, dawn it-talbiet ikunu kkunsidrati mid-Dipartiment għar-Riżorsi fl-Iskejjel.