Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5340 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Primary Health Care — Kap Eżekuttiv – performance appraisals

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4207, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-ex Kap Eżekuttiv li ssir referenza għalih fit-tweġiba żammx l-istess kundizzjonijiet ta’ xogħol u jgħid x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha li għandu llum?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-pakkett finanzjarju huwa salarju bażiku ta’ €55,000; vettura fully expensed u fuel; allowance ta’ professional membership sa massimu ta’ €466 fis-sena (mhux kumulattiv); allowance ta’ continuous development sa massimu ta’ €971 fis-sena (mhux kumulattiv); u sa massimu ta’ 10% performance bonus fis-sena.
Leg 12 PQ #5341 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – kodiċi ta’ etika tal-ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4206, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kodiċi ta’ etika li japplika għall-ħaddiema fid-dekasteru tiegħu? Jista’ jikkonferma li ma jeżisti l-ebda kodiċi ta’ etika u/jew imġiba professjonali u/jew dokument intiż biex iservi għal għanijiet simili fis-settur tas-saħħa kollu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Kodiċi ta’ Etika li hemm fl-Ewwel Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika japplika għall-impjegati pubbliċi kollha. Impjegat pubbliku tinkludi inter alia uffiċjali pubbliċi u impjegati ta’ aġenziji tal-Gvern u entitajiet tal-Gvern. Madankollu minħabba eżiġenżi tal-Professjonijiet Medikali taħt dan id-dekasteru, l-Artiklu 26 tal-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa joħloq "l-Kunsill tal-Professjonijiet Komplimentari għall-Mediċina." Wieħed mill-funżjonijiet tiegħu huwa li jżomm standards professjonali u etiċi dwar il-professjonijiet komplimentari għall-mediċina. Dawn l-professjonijiet komplimentari huma dawk imsemmija taħt it-tielet skeda ta’ dan l-Att. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra koppja tal-kodiċi tal-istandards professjonali u etiċi dwar il-professjonijiet komplimentari għall-mediċina u koppja tal-ewwel Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.
Leg 12 PQ #5342 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet — konsulenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4177, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-konsulenti li ssir referenza għalihom fit-tabella annessa humiex kollha mħallsa minn fondi pubbliċi? Jekk iva, jista’ jgħid għal liema raġuni l-ismijiet tal-istess konsulenti mhumiex ippubblikati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5343 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet — konsulenti

Question

B’referenza għat-tabella annessa mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4177, jista’ l-Ministru jagħti l-isem ta’ kull konsulent li jikkorrispondi mal-ittra/i indikat fl-ewwel kolonna tal-imsemmija tabella u jgħid ukoll in-numru totali ta’ sigħat li kull wieħed minn dawn il-konsulenti ħadem fl-imsemmi perijodu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – contract for service

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5149 u tgħid min huma dawk il-persuni li ngħataw contract for service mid-9 ta' Marzu 'l hawn? Tista' tgħid kemm tħallsu s'issa? Tista' tqiegħed kopja tal-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — Bord ta’ Skema Kiri

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5144, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-Bord ta’ Skema Kiri tal-Awtorità tad-Djar ma reġax ġie rikostitwit?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali – allokazzjonijiet finanzjarji

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5151 u tiċċara jekk l-allokazzjoni finanzjarja li ġiet allokata għal din is-sena hux se tkun biżżejjed sabiex jitħallsu fuq accrual basis l-operat kollu tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Familja u s-s-Solidarjetà Soċjali għal din is-sena?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mistoqsijiet Parlamentari

Question

B’referenza għal numru ta’ każijiet fejn il-Ministru naqset milli tagħti risposti għal mistoqsijiet parlamentari li sarulha, b’rispett lejn din il-Kamra, tista’ l-Ministru tara li jitwieġbu l-mistoqsijiet parlamentari kollha li jsirulha u mhux sempliċement tirrispondi illi t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra (eżempju Seduta 66 minn sitt tweġibiet li pprovdiet il-Ministru, ħamsa minnhom kienu mwieġba b’dan il-mod) jew li ma jitweġbux bħal W93, W98 u oħrajn?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

bordijiet, kummissjonijiet u kumitati fil-qasam soċjali, tal-anzjani u tad-diżabilità

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5144, tista’ l-Ministru tikkonferma li l-informazzjoni mogħtija lil din il-Kamra hija fil-fatt korretta u li kull persuna li qed tissemma li qiegħda fuq bord li jaqa’ taħt il-Ministeru tagħha fil-fatt ma rriżenjatx, ma skadilhiex it-terminu jew ma tneħħietx mill-kariga?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Lotteries and Gaming Authority — Chairman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament hux se jkopri l-kariga ta’ chairman eżekuttiv tal-Lotteries and Gaming Authority u x’se jkun il-pakkett ta’ rimunerazzjoni lilu inkluż bonuses u allowances oħra?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija għandu l-kariga ta’ chairman eżekuttiv tal-Lotteries and Gaming Authority b’salarju ta €68,500 bħala CEO, €13,000 bħala Non-Executive Chairman, karozza , fuel, mobile phone u Health Insurance.

Traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn jinsabu t-traffic lights li għandna madwar Malta, lokalità lokalità? Kemm ilhom f'posthom dawn l-istess lights? Billi qed jingħad li saru aġġustamenti għal dawn il-lights, għal dak li jikkonċerna l-kontroll tat-traffiku, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm minn dawn il-lights ġew aġġustati, u kif? Meta sar dan l-istess aġġustament? Fiex kien jikkonsisti dan il-bdil li seħħ?

Response (MIZZI, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ traffic lights li għandna madwar Malta, lokalità lokalità, u kemm ilhom f'posthom dawn l-istess lights. Jien infurmat li ġew aġġustati s-sistema ta’ traffic lights tal-junction bejn Triq Labour, kantuniera ma’ Vjal Santa Luċija, u kantuniera ma’ Vjal Sir Paul Boffa, Marsa u s-sistema ta’ traffic lights tal-junction bejn Triq l-Imrieħel u Triq l-Imdina, Birkirkara. Dan l-aġġustament sar fuq bażi tar-riżultati tal-queues, delays and traffic count surveys li saru f’dawn il-junctions. Dawn l-aġġustamenti saru skont il-bżonn sabiex dawn il-junctions jaħdmu bl-aktar mod effiċjenti. Il-bdil li seħħ kien fil-ħinijiet tal-programm fejn żdiedu jew naqsu xi sekondi skont ir-riżultati tas-surveys li saru.
Leg 12 PQ #5560 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar – bini ta’ kumpless sportiv

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5285 mwieġba mill-Ministru tal-Edukazzjoni, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’konsultazzjoni saret dwar dan mall-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, jekk saret? Jekk iva, x’kienet ir-reazzjoni tal-Kunsill Lokali dwar dan il-fatt? Jekk ma saritx konsultazzjoni, x’kienet ir-reazzjoni tal-Kunsill Lokali?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-konsultazzjoni dwar il-materja li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, għadha fil-proċess li ssir.

Agrikoltura — Serer

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5349, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu t-talbiet għall-bini ta’ serer għal skop agrikolu li ġew approvati minn xi dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu matul din is-sena? Meta saru l-approvazzjonijiet u kemm kienet l-area li kellha tingħata għass-serer? Fejn jinsabu l-istess applikazzjonijiet li ġew approvati?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli kien hemm ħames talbiet li ġew approvati għal-serer f’żoni rurali, hekk kif murija fit-Tabella mehmuża li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Biedja u sajd — diskussjonijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5352, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu r-rakkomandazzjonijiet li saru waqt il-laqgħat imsemmija fir-risposta li ġew aċċettati? Jista’ jagħti tagħrif dwar liema mir-rakkomandazzjonijiet ġew aċċettati u mwettqa?

Response (BRINCAT, LEO)

L-Onor. Interpellant żgur li japprezza li f-laqgħat ta’ din ix-xorta, li minnhom saru mijiet mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura, jiġu diskussi suġġetti varji u jittieħdu deċiżjonijiet skont il-ħtieġa ta’ dak il-mument partikolari u s-settur speċifiku li jkun qed jiġi diskuss. Bħalma sar fil-leġislaturi preċedenti, m’hijiex il-prassi tal-Ministeri li jippublikaw il-kontenut ta’ laqgħat, speċjalment fejn jingħataw dettalji kunfidenzjali, għaliex il-partijiet ikollhom fiduċja reċiproka li hija essenzjali f’dawn it-tip ta’ laqgħat.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5127 u tagħti lista aġġornata tal-persuni li għandha jaħdmu fil-Ministeru tagħha? Kemm minn dawn ma kinux jaħdmu fis-settur pubbliku qabel ġew ingaġġati mal-Ministeru?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.

Segretarju Parlamentari għall-persuni b’diżabilità u anzjanità attiva – ingaġġ ta’ persuni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5129 u tagħti lista aġġornata ta’ persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-persuni b’diżabilità u anzjanità attiva? Kemm minnhom ma kinux jaħdmu fis-settur pubbliku qabel ġew ingaġġati fis-segretarjat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.

Wied il-Għajn — Park tal-Familja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm dam magħluq il-park tal-familja f’Wied il-Għajn irċeviex xi korrispondenza biex jinfetaħ dan il-park mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun, tal-Fgura u ta’ Wied il-Għajn? Jekk iva, jista’ jqiegħed din il-korrispondenza fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li uffiċjalment l-ebda kunsill minn dawk indikati m’għamel kuntatt miegħi.

Rapporti dwar pompi tal-magni diesel

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni Enemalta waslulhiex rapporti konsistenti dwar ħsarat li qed iseħħu fil-pompi tal-magni diesel, liema ħsarat, skont dawk li għandhom dan it-tip ta' vetturi huma riżultat ta' kwalità ta' diesel li mhux sodisfaċenti? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm bidliet fit-tip ta' diesel li qed jiġi impurtat hawn Malta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5376.

Sa Maison – rwejjaħ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru investigax ir-raġuni li għaliha, matul l-aħħar żmien qed jerġa' jkun hemm riħa qawwija u tinten, fl-inħawi ta' Sa Maison? Jekk investiga, x'kienu r-riżultati? Jekk le, jista' jinvestiga s-sors ta' din ir-riħa?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-sors ta' din ir-riħa hija l-isbroff ta' drenaġġ fl-inħawi u għaldaqstant dan l-ilment għandu jiġi riferut lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn.